Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
06 analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum 'Iż-żwiemel' tal-Elezzjoni 2022: L-aqwa 10, MARIANNA CALLEJA Robert Abela jġib inqas minn Joseph Muscat u Bernard Grech inqas minn Simon Busuttil. Ministri jiddominaw fil-lista tal-aktar popolari tal-PL imma uċuħ ġodda jitfaċċaw fil-lista tal-aktar popolari tal-PN. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aqwa għaxar kandidati taż-żewġ partiti, l-aqwa sitt nisa u fuq kollox l-aqwa mexxejja fl- aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali... dejjem skont il-voti tagħkom stess. Il-poplu tkellem ċar f 'din l-elezzjoni. Jekk hux billi ta n-numru wieħed lil partit li s-soltu ma jivvotax inkluż liż- żgħar, jekk marx jivvota u kitibx kliem ikkulurit minflok numri jew inkella jekk qabadx u rema' l-vot mil-ewwel, il- poplu tkellem. Ħafna huma mxebbgħin u dan ħareġ fit-turnout miżeru mill- Indipendenza 'l hawn. Rekord ta' 85.5% jew inkella 304,050 persuna li tefgħu l-vot tagħhom, tnaqqis straordinarju ta' 10,646 vot mill-elezzjoni tal-2017. Minnhom 8,802 invalidaw il-vot, żieda qawwija ta' 4,771 mill-elezzjoni tal- 2017. Jekk imbagħad inħarsu lejn kif marru l-partiti l-kbar, dawn ukoll m'għandhomx wisq biex jieħdu gost lanqas, għax filwaqt il-Partit Laburista naqqas 8,263 vot mill-elezzjoni preċedenti – kif kien sa ċertu punt imbassar minħabba raġunijiet bħall- ambjent, korruzzjoni, għoli tal-ħajja u r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 – il-Partit Nazzjonalista xorta naqqas 12,463 vot. Ma nistgħux ngħidu l-istess għal partiti ż-żgħar hekk kif l-ADPD iggwadanjaw doppju tal-voti. Meta fl-2017 ikkontestaw taħt l-isem Alternattiva Demokratika, il-Partit tal- Ħodor ġab 2,564 iżda f 'din l-elezzjoni l-Partit ADPD ġab 4,747 vot. Magħhom gawdew ukoll il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti li ġabu total ta' 4,561 vot, żieda ta' 3,132 vot mill-2017. Induru issa fuq il-mexxejja. Għalkemm ir-rebħa tal-Partit Laburista kienet kbira b'distakk ta' 39,474 vot, il- mexxej tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela xorta kiseb ħafna inqas voti mill-predeċessur tiegħu Joseph Muscat, li fl-2017 kien ġab 27,560 vot waħdu. Rekord personali ieħor għal Muscat, b'żieda ta' 1,390 vot mis-26,170 li kien ġab fl-2013. Għaldaqstant Abela ġab 21,690 vot fl- ewwel għadd fuq l-istess żewġ distretti (it-Tieni u l-Ħames), 5,870 vot inqas minn Muscat. Fuq ix-xeqliba l-oħra insibu lil Bernard Grech li ġab 15,249 vot b'kollox fl-ewwel għadd (fil-Ħames u 11-il distrett). Dan ifisser 6,441 vot inqas mill-Prim Ministru. Jekk wieħed jikkumpara dan ir-riżultat ma' dak li kiseb Simon Busuttil, il-Kap tal-PN fl- 2017, jara differenza sostanzjali ta' 5,406 voti. Busuttil kien kiseb b'kollox 20,655 fl-ewwel għadd (fil-11 u 12-il distrett.) TURNOUT PL PN ADPD OĦRAJN INVALIDI 2017 314,696 2017 170,970 2017 135,696 2022 123,233 2,564 2017 1,429 2017 2017 4,031 2022 2022 162,707 2022 2022 4,561 2022 8,802 -10,646 - 8,263 304,050 - 12,463 4,747 + 2,193 + 3,132 + 4,771 L-elezzjoni f'numri Joseph Muscat 27,560 Robert Abela 21,690 Simon Busuttil 20,655 Bernard Grech 15,249 2 0 1 7 2 0 1 7 2 0 2 2 2 0 2 2 Voti Mexxeja fl-2017 u fl-2022