Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

Il-Kabinett: Min tela', min niżel, min 12 analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-Kabinett il-ġdid li fforma l-Prim Ministru Robert Abela. Diversi baqgħu fejn kienu, oħrajn ħadu promozzjoni, iżda oħrajn niżlu xi ftit 'l isfel ukoll jew saħansitra tħallew barra. Jidher li l-Prim Ministru żamm quddiem għajnejh ix-xogħol li twettaq fi żmien il-pandemija u żamm fl-istess irwoli lil dawk li kienu strumentali f'perjodu diffiċli għall-pajjiż YENDRICK CIOFFI Nhar l-Erbgħa li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar il-Kabinett il-ġdid tiegħu. Ħafna baqgħu fejn kienu, iżda oħrajn ħadu promozzjoni tajba, b'mod partikolari dawk li ġew eletti għall-ewwel darba. Mill-banda l-oħra, oħrajn qalgħu xi it ta' daqqa 'l isfel hekk kif tilfu rwoli importanti fil-Gvern. F'dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn il-Kabinett il- ġdid u tanalizza kif marru d-Deputati tal- Gvern, kemm dawk ġodda u anke dawk li issa huma uċuh familjari ma' ħafna. Min mar tajjeb? Jonathan Attard Fl-aħħar leġislatura kien diġà Deputat iżda wara li ġie co-opted. Din kienet l-ewwel Elezzjoni Ġenerali tiegħu u ġie elett minnufih fuq ir-raba' distrett. Attard ħa l-akbar promozzjoni f 'dan il-Kabinett hekk kif inħatar Ministru għall-Ġustizzja minflok Edward Zammit Lewis Aaron Farrugia Din mhijiex l-ewwel leġislatura ta' Aaron Farrugia. Fl-aħħar leġislatura huwa serva bħala Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar. Huwa ġie elett mill-Ewwel Distrett anke jekk ir-riżultat li ġab ma kienx l-aħjar wieħed. Fil-fatt, huwa ġie elett wara Keith Azzopardi Tanti (wiċċ ġdid) u anke wara Deo Debattista. Mis-seba' distrett, li fih Ian Borg kaxkar, Farrugia ma ġiex elett. Madanakollu huwa ngħata l-Ministeru importanti li kien f 'idejn Ian Borg. Issa se jkun il-Ministru għall-Infrastruttura, it-Trasport u l-Proġetti Kapitali, rwoli li kienu f 'idejn Ian Borg. Miriam Dalli Miriam Dalli żgur li mhijiex wiċċ ġdid. Serviet bħala Ewroparlamentari sakemm fl-aħħar leġislatura, Robert Abela sejħilha biex tkun co-opted fil-Parlament u minnufih għamilha Ministru responsabbli mill-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. F'din l-Elezzjoni Ġenerali, hija ġiet eletta mill-ħames u l-ħdax-il distrett b'numru kbir ta' voti. Hija se tkun qed iżomm il-Ministeru għall-Enerġija iżda issa se tkun ukoll responsabbli mill-ambjent u mill-wiegħda tal-Partit Laburista li jwettaq xejn inqas minn €700 miljun fi proġetti għal aktar spazji ħodor f 'żoni urbani, inkluż fi Triq Sant'Anna fil-Furjana. Stefan Zrinzo Azzopardi Stefan Zrinzo Azzopardi ġie elett mill-Ħames Distrett hekk kif il-Partit Laburista reġa' rebaħ dan ir-raba' siġġu. Fl-aħħar leġislatura huwa kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej imma issa l-Prim Ministru għażlu bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Ippjanar u l-Awtorità għall-Kostruzzjoni. Keith Azzopardi Tanti Keith Azzopardi Tanti kien Sindku tal- Pietà u nhar il-Ħadd li għadda kien l-ewwel kandidat Laburista li ġie elett fuq l-Ewwel Distrett, qabel il-Ministru Aaron Farrugia u qabel Deo Debattista. Il-Prim Ministru ma setax jinjora dan u fil-fatt, inħatar Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir- Riċerka u l-Innovazzjoni. Min baqa' fejn kien? Clyde Caruana Għal Clyde Caruana din kienet ukoll l-ewwel Elezzjoni Ġenerali li kkontesta. Fl-aħħar leġislatura huwa kien ġie co- opted fil-Parlament u minnufih inħatar Ministru għall-Finanzi. Issa li ġie elett, kienet ċertezza li Caruana se jżomm dan il- Ministeru. Huwa wieħed mill-akbar imħuh li għandu l-Gvern u għamel biċċa xogħol tajba fi żmien il-pandemija meta ffaċċjat bi sfidi bla preċedent Chris Fearne Din hija t-tielet leġislatura għal Chris Fearne li huwa wkoll id-Deputat Prim Ministru. Timmaġina Ministeru għas- Saħħa mingħajru la reġa' ġie elett? Kienet ukoll ċertezza li Fearne se jkun qed iżomm l-istess Ministeru. Fil-pandemija ħadem fuq li ħadem u ġaladarba din għadha magħna, l-istabbilità f 'dan il-Ministeru hija importanti. Clint Camilleri Camilleri kaxkar fil-voti ta' Għawdex anke jekk il-kandidat frisk Nazzjonalista, Alex Borg, tah it tal-kompetizzjoni mhux ħażin. Ġaladarba kien l-aktar kandidat li ġab voti mill-Għawdxin, postu bħala Ministru għal Għawdex kien issiġġillat. Anton Refalo Mhuwiex wieħed mill-akbar ministeri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022