Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
jidħlu fl-Ukrajna' qal li l-għan ewlieni tagħhom hu li dawn l-affarjiet jidħlu fl-Ukrajna. Filwaqt li qal ukoll li għandhom xi kuntatti ma' persuni li qed jirċievu r-refuġjati fi djarhom, fosthom qassisin u kunsilliera. 'Xtrajt vann minn buti biex nittrasporta l-affarjiet' "Irnexxielna nixtru vann!" qal Caruana. Minkejja dan huwa kompla jispjega kif kienet sfida, għaliex biex żgur ma jintużawx il-flus li ngħataw mill-Maltin u Għawdxin, inxtraw mill-but tal- familja Caruana. Qal li minkejja li din il-vettura, hija proprjetà tagħhom, f 'Malta ma jistgħux isuquha għal kuljum minħabba l-kobor tagħha. "Bħalissa jinsab għand il- mekkanik u qiegħed jissewwa biex naraw li huwa sigur biex jinstaq 3,000 kilometru. Imbagħad għandna erbat 'ijiem insuqu bla waqfien ħlief biex nistriehu għal it sigħat, fil-vann stess. La darba naslu fl-Ukrajna nkunu nistgħu nqassmu l-affarjiet li diġà bagħtna hemm," qal Caruana. 'Aħna ma nistgħux nieħdu ħsieb lil kulħadd' Caruana tenna li diversi nies għamlu talbiet biex jingħataw l-għajnuna iżda huma għażlu li jiffukaw il-ħidma tagħhom fuq l-Ukreni li bħalissa jinsabu maqbuda f 'nofs gwerra. Kien hawn li huwa fakkar li fuq il-paġna ta' Facebook 'Ukranians for Malta', hemm lista sħiħa ta' nies li qed jilħqu numru kbir ta' Ukreni li ġew Malta għal rifuġju. "Ħafna Maltin qed joffru wkoll akkomodazzjoni għal xahar, xahrejn u anke għal aktar. Aħna ma nistgħux nieħdu ħsieb lil kulħadd, għaliex kulma aħna - jien u l-mara - volontiera. Xorta qed ngħaddi din l-informazzjoni lin-nies u jekk aħna ma nistgħux ngħinuhom, ta' l-inqas jingħataw dak li għandhom bżonn," saħaq Caruana. Żied jgħid li fil-bidu kellu t-talba wkoll biex jinġabar l-ikel għall- annimali. "Ma konniex qed nieħdu ħsiebha, għaddejniha lil ħaddieħor u bdew iwassluhom mal-fruntiera. L-istess, ġol pajjiż mhux jidħol l-ikel tal-annimali, sal-fruntiera biss." Kien għalhekk li mill-ġimgħa l-oħra fetħu l-bibien għal donazzjonijiet tal-annimali, li se jitilgħu magħhom fil-vjaġġ lejn l-Ukrajna. Anthony qal li diġà għandhom kuntatt ma' nies li jistgħu iqassmu l-ikel tal-annimali wkoll. 15 analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 ILLUM: Il-Gwerra, se tolqotna lilna? Qiegħda tinkwetak? "Hemm ħafna opinjonijiet fuq hekk. Meta l-Vladimir Putin staqstewh xi jrid mill-Ukrajna qal, 'jien m'għandix x'nambiha l-Ukrajna'. Allura d-domanda tibqa', mela allura għaliex qed tattakkaha? Jiena nara l-Ukrajna qisha Malta. Il-Gżejjer Maltin huma fiċ- ċentru tal-Mediterran, meta mbagħad tħares lejn il-mappa Ukrena, din tgħaqqad il-Lvant ma' xi sitt pajjiżi Ewropej bir- Russja fuqha. Simili għall-istorja ta' Malta, li dejjem pruvaw jakkwistawha, l-Ukrajna dejjem pruvaw jieħdu minnha, għaliex il-kummerċ huwa fiċ-ċentru tagħha. F'dan il-każ l-Ukrajna jien naraha bħala bażi u forti li jekk taqa', ir-Russja hemm ċans li se tinvadi l-Ewropa. Jiena nemmen li Malta bħalissa diġà qiegħda tbati, speċjalment meta tħares lejn l-ikel. L-Ukrajna għalhekk għandha l-bandiera isfar u blu għax l-isfar jirrappreżenta l-qamħ u l-blu l-arja. Bażikament, diġà rajt ukoll li qed jinħass in-nuqqas tad-dqiq u dan għadu biss il-bidu tal-gwerra. Timmaġina jekk din il-gwerra jkollha tkarkar sena, sentejn jew anke 15-il sena?"