Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 Kull vot jgħodd N har l-Erbgħa, flimk- ien ma' Ralph Cassar Segretarju Ġenerali tal-Partit, f 'isem ADPD ippreżentajt kawża kostituzzjonali dwar ir-riżultat elettorali li ġie ppubblikat f 'dawn il-ġranet. Is-sistema elettorali, tul is-snin, ġiet żviluppata fl-interess esklussiv tal-PLPN, iżidu is-siġġijiet għalihom u jinjoraw lill-bqija. Għandna sistema elettorali mbagħbsa, mhux denja ta' pajjiż demokratiku. F'demokrazija b'saħħitha, kull vot jgħodd: il-valur tiegħu m'għandux jiġi mkasbar għal kwalunkwe raġuni. Sfortunatament, f 'Malta, il-leġislazzjoni elettorali hi iddiżinjata b'mod diskriminatorja, u dan bil-kompliċità tal- Parlament. Hi sistema elettorali diskriminatorja favur il-PLPN li bejniethom ikkontrollaw lill- Parlament sa mill-1966, u jridu jibqgħu għaddejjin hekk. Vot favur l-ADPD għandu l-istess valur daqs vot favur il-PLPN. Imma l-liġi hi diskriminatorja għax tagħti valur u piż lill-voti tal-PLPN u tinjora lill-bqija tal-voti tal-Maltin u l-Għawdin. Dan hu riżultat ta' żewġ miżuri speċifiċi: waħda dwar il-proporzjonalità u l-oħra dwar il-bilanċ tal-ġeneru. It-tnejn jiffavorixxu lill-PLPN u huma diskriminatorji fil-konfront tagħna, it-tielet partit, kif ukoll huma diskriminatorji kontra l-partiti l-oħrajn ukoll. Id- diskriminazzjoni li qed niffaċċjaw hi parti integrali mill-liġi elettorali. Nhar it-Tnejn 28 ta' Marzu 2022 kien imħabbar li r-riżultat elettorali kien aġġustat billi mal- lista tal-membri parlamentari eletti żdiedu tnejn oħra mil- lista tal-kandidati ippreżentata mill-PN. Din iż-żieda saret biex ikun hemm aġġustament għall- proporzjonalità bejn il-voti miksuba mill-partiti parlamentari fl-ewwel għadd tal-voti u s-siġġijiet parlamentari miksuba. Meta sar dan l-aġġustament ġew injorati l-voti miksuba mill-partit ADPD fl-ewwel għadd tal-voti, liema voti kienu jammonta għal 4,747 vot, ammont li hu ikbar mill-kwota nazzjonali. Din id-diskriminazzjoni tiżvaluta l-proċess demokratiku u dan billi l-voti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista qed jingħataw valur billi jittieħdu in konsiderazzjoni biex isir l-aġġustament għall- proporzjonalità filwaqt li l-voti ta' ADPD qed ikunu skartati kompletament. Il-proċess elettorali hu mistenni li jkompli fil-ġranet li ġejjin u dan billi l-emendi kostituzzjonali tas-sena l-oħra jipprevedu li wara li jkun konkluż il-proċess ta' bye- elections assoċjati mal-elezzjoni ġenerali, l-Kummissjoni Elettorali talloka mhux iktar minn tnax-il siġġu parlamentari addizzjonali, sitta lil kull naħa biex jonqos l-iżbilanċ tal-ġeneru fil-Parlament. Dan ser ikompli jżid il-problema ta' rappreżentanza parlamentari billi ser iżid ir-rappreżentanza tal-partiti parlamentari u jkompli jinjora lill-bqija. Il-prinċipju tal-proporzjonalità li diġa huwa applikat b'mod dgħajjaf ser ikompli jiġi mnawwar bħala riżultat ta' dan. Il-kawża kostituzzjonali hi dwar dan it-taħwid kollu. Qed nitolbu lill-Qorti li issib li hemm ksur ta' diversi drittijiet umani liema drittijiet huma mħarsa kemm mill-kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem. Hemm ukoll ksur tal-artiklu 3 tal- protokol numru 1 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal- Bniedem u dan dwar id-dritt ta' elezzjonijiet ħielsa. Qegħdin nistennew rimedju kontra d-diskriminazzjoni li seħħet diġa meta l-Partit Nazzjonalista ngħata siġġijiet Parlamentari u aħna b'mod diskriminatorju ma ngħatajniex, kif ukoll protezzjoni mid-diskriminazzjoni addizzjonali li ser isseħħ fil-ġranet li ġejjin meta jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu korrettorju dwar il-bilanċ tal- ġeneru. Is-sistema elettorali Maltija mhiex isservi l-interessi tal-pajjiż imma biss tal-interessi tal-PLPN li kkapparraw ukoll l-istituzzjonijiet. Il-voti ta' kulħadd għandhom valur u jeħtieġ li jkunu rispettati, mhux biss dawk tal-PLPN. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Is-sistema elettorali Maltija mhiex isservi l-interessi tal- pajjiż imma biss tal-interessi tal-PLPN li kkapparraw ukoll l-istituzzjonijiet Carmel Cacopardo opinjoni IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022