Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182
kultura IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum 24 NIKO DEMOS | Id-Dumnikani Beltin jirritornaw bid-dramm tal-Passjoni Sa mill-1974, bi storja twila u esperjenza vasta, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet bis-sħiħ biex ittella' dramm tal-passjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm illum tista' tgħid huwa marbutsewwa mal-ġranet tar-Randan u dawn l-festi tradizzjonali, kulturali u reliġjużi, li huma mfittxija ħafna f 'pajjiżna. Id-dramm tal- Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin jista' jitqies bħala l-aktar wieħed antik f 'Malta u minn dejjem kien minn ta' quddiem f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kostumi mirquma u tal-epoka ta' Ġesu`, xeni maħduma b'tant ħila u ta' kwalità għolja li jinbidlu minn sena għall-oħra, mużika u effetti viżwali li jkomplu jdaħħluk aktar fl- atmosfera ta' dan iż-żmien għall-qalb ħafna dilettanti Maltin. Matul is- snin, mal-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin, dejjem taw is-sehem tagħhom diversi atturi, minn dawk magħrufa sew fuq it-televiżjoni lokali sa dawk b'talent ġdid. Id-dramm tal-2022, wara stennija ta' sentejn minħabba l-pandemija, għandu t-titlu ta' NIKO DEMOS – Rebħa ta' Poplu u jorbot direttament mal-karattru ta' Nikodemu li miegħu se ddur l-istorja kollha ta' din is-sena. Fl-istess waqt NIKO (Rebħa) u DEMOS (Poplu) jirreferu għar- rebħa li kiseb Ġesu Kristu fuq l-għuda tas-salib, ir-rebħa tad- dawl fuq id-dlam. L-istorja tad-dramm ta' din is- sena ħarġet mill-pinna ta' Etienne Micallef li fil-passat tagħna drammi oħra bħal Mnara Dawl, is-Siġra tal-Ħajja, Vera Ikona u Faxex li kiseb ħafna kliem ta' tifħir meta ttella' fl-2019. Id-direzzjoni se tkun tal-veteran Frank Micallef, li għandu esperjenza kbira fejn jidħlu dawn it-tip ta' drammi tal- jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Id-dramm għandu storja movimentata u li tħallik b'nisfek maqtugħ sal-aħħar minħabba l-kobba mħabbla li jidħlu fiha żewġ familji minn ambjenti differenti; familja sinjura Lhudija u familja Rumana viċin ħafna ta' Pilatu. Dan għaliex filwaqt li d-dramm hu mibni fuq fatti storiċi li jirrakkontaw il- passjoni, il- mewt u l-qawmien ta' Kristu, fih ukoll stejjer oħra li jduru ma' Nikodemu, li mar għand Ġesù billejl. U dan jagħmlu l-għaliex ma xtaqx li sħabu, l-imlaħħqin tas- Sinedriju, isiru jafu fuq din il-laqgħa li kellu ma' Ġesù. It- tagħlima li toħroġ mill-persuna ta' Nikodemu hija li jien ma nistax nogħġob lil Alla u lid- dimonju jew lil Ġesù u lin-nies. Nikodemu eżista tabilħaqq imma għad-dramm inħolqot il-familja tiegħu li hija mibnija kollha b'karattri immaġinarji li ħarġu mill-moħħ u l-pinna tal- awtur u li b'xi mod dawn ifakkruna f 'temi li għadhom topiċi jew sħan sal-lum. Temi bħad-diversità, l-imħabba bejn persuni tal-istess sess li dak iż-żmien kienet xi ħaġa li lanqas wieħed joħlomha u allura kienet tibqa' mistura, l-idea li tarbija titħares mill-ġuf, l-idea tad-differenza fil-klassi soċjali u l-importanza tal-ġenituri li għandhom ikunu preżenti meta wliedhom ikunu qed jikbru. Il- missier patrijarkali li jagħżel is- sieħeb ta' bintu mingħajr ma' din ikollha għażla li tirriuta jew li taċċetta. Temi tassew b'saħħithom li huma minsuġa sew bejn dawn iż-żewġ familji ta' Nikodemu u ċ-ċenturjun Lonġinu. Ma jonqsux xeni emozzjonanti, xeni ħelwin li jnisslu tbissima u oħrajn xi it xokkanti li jqanqlu ċertu mistoqsijiet. U dak kien l-għan ewlieni ta' Etienne Micallef, li permezz ta' dramm li normalment jitqies minn xi uħud bħala 'dejjem l-istess storja', l-udjenza tersperjenza mumenti mqanqla li jħallu effett fuqek. Se jsiru tliet rappreżentazzjonijiet fis-sala Dumnikana fil-Belt Valletta fejn se jinżammu l-miżuri kollha marbuta mal-Covid 19. Dawn se jkunu t-Tnejn 11 t' April 2022 fis-7:15pm, l-Erbgħa 13 t'April 2022 fis-7:15pm, u l-Ġimgħa 15 t'April 2022 (il-Ġimgħa l-Kbira) fid-9:30am fis-sala San Duminku Triq il- Merkanti l-Belt Valletta. Kontinwità | Wirja ta' pittura u fotografija mill-artist Pawlu Camilleri Cauchi u l-fotografu Lorella Castillo Għal dawk li għandhom għal qalbhom il-pittura u l-fotografija, żgur m'għandhomx jitilfu din il- wirja unika bl-isem ta' Kontinwita' li ser tkun qed tittella' fil-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Banca Giuratale, r-Rabat, Għawdex. Il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi żgur m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni f 'dik li hija arti f 'pajjiżna. Bla tlaqliq nistgħu ngħidu li Pawlu huwa wieħed mill- aqwa artisti lokali, artist li żejjen tant soqfa ta' knejjes lokali, kif ukoll diversi binjiet prominenti f 'pajjiżna, kif ukoll lil hinn minn xtutna. Dan minbarra n-numru kbir ta' xogħolijiet li jinsabu f 'kollezzjoni privata. F'din il-wirja, Pawlu ser ikun qed jesebixxi diversi pitturi, li jvarjaw minn arti sagra għal dik profana, kemm fuq stil tradizzjonali kif ukoll kontemporanju. Għalkemm dawn l-aħħar snin saru diversi wirjiet personali ta' dan l-artist f 'dan iz-zmien partikulari ta-sena, din id-darba se tkun wirja b'differenza. Dan għaliex flimkien miegħu ser naraw għall-ewwel darba d-debutt tan-neputija tiegħu, il-fotografa Lorella Castillo, li se tkun qed tippreżenta selezzjoni zgħira mill- aqwa xogħlijiet tagħha fil-qasam tal-fotografija. Lorella, minkejja l-età tenera tagħha, diġa' hija fotografa stabbilità f 'pajjiżna u x-xogħlijiet tagħha jixhdu li l-arti qed tiġri f 'demmha. Il-fotografija tagħha hija ta' natura partikolari, kreattiva u b'kompożizzjoni eċċellenti, xogħlijiet li diġa' huma mfittxija minn bosta. Dan kollu jwassal għal din il- wirja 'Kontinwità', fejn l-arti, li minn dejjem ixxettlet fl-artist Camilleri Cauchi, u li wiret u trawwem fid-demm mingħand missierul-iskultur u statwarju l-Kav. Wistin Camilleri, għadha tbaqbaq u tħeġġeġ. U b'din il-wirja dan kollu qiegħed jisseddaq, bit- tkomplija fl-arti tal-fotografija minn għajnejn Lorella. Il-wirja fetħet il-bibien tagħha f 'Jum id-Duluri u tibqa' miuħa sal-Ħadd 24 t'April. Matul il- ġimgħa, l-wirja tkun miuħa bejn it-8am u s-2.30pm u s-Sibtjiet bejn id-9 am u nofsinhar. Ħadd il-Palm, Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgha l-Kbira, il-wirja tkun miuħa bejn it-8am u nofsinhar u bejn is-6pm u l-10pm. F'Ħadd il-Għid u l-Ħadd 24 t'April, il- wirja tkun miuħa bejn id-9 a.m u nofsinhar. La Semana Santa de España fl-Imqabba tirritorna wara nuqqas ta' sentejn, akbar u differenti mis-soltu Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Mqabba matul il- ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa se tkun qed itella', edizzjoni oħra tal-wirja 'La Semana Santa de Espana fl-Imqabba'. Kull minn iżur il-wirja La Semana Santa se jinnota bidla, fejn apparti li żdiedu diversi statwi ġodda, inbidel ammont kbir ta' vestwarju ta' statwi oħra. Din il-wirja tofri esperjenza differenti minn wirjiet oħra tradizzjonali li nsibu kważi f 'kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex, hekk kif hija wirja unika u oriġinali li tiffoka kompletament fuq il- Ġimgħa Mqaddsa fi Spanja partikolarment fuq ir-reġjun ta' Andalucia bħal ma huma l-ibliet ta' Sevilla u Malaga; il-mekka tal-Ġimagħ Mqaddsa fi Spanja. La Semana Santa tikkonsisti fil- fuq minn 200 vara żgħar repliki ta' dawk li naraw fl-ibliet Spanjoli; wieħed isemmi vari bħal 'La Cena', 'El Borriquita', 'El Huerto', 'La Esperanza Macarena' u 'El Resucitado', fost l-oħrajn. Il-ġranet u l-ħinijiet tal-uħ huma kif ġej: Bejn is-6 u s-17 ta' April Matul il-ġimgħa bejn is-6:00pm u d-9:30pm Il-Ħadd, 10 ta' April (Ħadd il- Palm) 9.45am - 12:30pm, 5:30pm - 10:00pm Il-Ħamis, 14 ta' April (Ħamis ix- Xirka) 10:00am-12:00pm, 5:00pm - 12:00am Il-Ġimgħa, 15 ta' April (Il- Ġimgħa l-Kbira) 9:00am - 13:00pm, 5:30pm - 9:30pm Il-Ħadd, 17 ta' April (L-Għid il- Kbir) 10:00am - 12:00pm, 5:30pm - 9:30pm