Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 'Il-maġġoranza tal-€200 miljun li ntefqu sa issa marru għall-enerġija' CARUANA DWAR IN-NEFQA TAL-GVERN MILL-BIDU TAL-GWERRA FL-UKRAJNA Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana dwar l-ispejjeż tal-Gvern mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna sa issa filwaqt li tagħti ħarsa wkoll lejn il-flejjes li ntefqu waqt il-pandemija, li jagħtu stampa aktar ċara ta' kemm fil- fatt il-Gvern kellu u għad għandu spejjeż quddiemu... MARIANNA CALLEJA Il-madwar €200 miljun li l-Gvern diġa' nefaq fuq il- Gwerra tal-Ukrajna marru l-aktar għal spejjeż relatati mal- enerġija. Mistoqsi mill-gazzetta jekk il-Gvern hux jonfoq dan l-ammont bil-għan li jaħseb għal xi tip ta' provvista jew ħażna ta' gass, Caruana spjega li Malta m'għandhiex il-faċilità li taħżen u b'hekk "ħa jkollna nkunu skjavi tas-suq." Il-Gvern kien ħabbar illi qed joħroġ flus li permezz tagħhom qed jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal- enerġija u anke għal dawk tal- uwils li fil-verità splodew għal diversi raġunijiet, mhux l-inqas l-effetti tal-pandemija, problemi fil-fornitura u anke l-instabilità kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna. Il-Gvern Malti kien sostna illi dan l-arranġament se jibqa' fis-seħħ sal-aħħar tal-2022. Fl-istess waqt matul din il- ġimgħa l-Parlament Ewropew għamel appell bla preċedent hekk kif talab għal "embargo sħiħ u immedjat fuq l-importazzjonijiet Russi ta' żejt, faħam, uwil nukleari u gass." Dan bil-għan li twiddeb kontra l-atroċitajiet imwettqa mill-forżi armati Russi. Iżda, qabel ma nippuntaw subgħajna lejn il-Gvern jew il-Parlament Ewropew għax il-kont tad-dawl jaf ma jibqax jiġi irħis, tajjeb nimu kif b'xi mod jew ieħor xorta konna se niġu milquta mill-gwerra, anke jekk konna għadna kif nibdew insibu saqajna wara l-pandemija. L-ikel u l-gass l-iktar milquta... Intant, bejn sanzjonijiet kbar kontra r-Russja u l-Belarussja mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hemm min jinsa li l-Ukrajna tibqa' l-esportatur ewlieni tal- qamħ u ċ-ċereali bħal mar-Russja hi l-esportatur ewlieni tal-gass. Għal kuntrarju tal-ħsieb ta' bosta li marru jixtru xi ħames ċilindri gass tal-forn, il-maġġoranza tal- gass fornut lis-suq domestiku Ewropej jintuża għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana. Ejja għal mument neskludu d-deċiżjoni tal-UE biex twaqqaf il-fornitura tal-gass mir-Russja. Dan il-pajjiż jipprovdi madwar 25% tal-gass naturali lill-Unjoni Ewropea; madwar 80% ta' dawk l-esportazzjonijiet jivvjaġġaw permezz ta' pajpijiet tal-gass taħt il-ħamrija Ukrena qabel ma jaslu fl-UE. Issa jekk hux bomba, tpattija mill-Gvern Russu jew is- s a n z j o n i e t , xorta kienet se tiġi affetwata l-provvista b'mod jew ieħor. Min-naħa l-oħra, għalkemm skont il-Eurostat Malta hi fost l-inqas mill-Istati Membri li timporta prodotti mill-Ukrajna, l-UE timporta biljuni ta' ewro f 'ammont sostanzjali ta' ikel l-iktar qamħ, qamħirrun u żjut taż-żerriegħa flimkien ma' materja prima bħal ħadid. Bħal ma l-pandemija kkawżat nuqqas sostanzjali ta' riżors uman fiċ-Ċina, l-istess għamlet il- gwerra lill-Ukrajna. Bħal ma ġara fiċ-Ċina fl-2020, dan qed jikkawża inflazzjoni bla rażan fuq prodotti tal-ikel bażiċi kkunsmati madwar l-Ewropa. Man-nuqqas ta' persuni li qed jaħdmu żdiedu issa bombi neżlin minn kull naħa tal-ajru fuq l-Ukrajna u suldati jattakkaw fuq l-art. Apparti li qed joqtlu kull persuna li jsibu fi triqthom, bħalissa r-Russi qed jwaqqfu sa 300 bastiment milli jitilqu l-Baħar l-Iswed. Il-pajjiżi weħidhom qed jindunaw li r-Russja qed jimblukkaw waħda mill-iktar rotot kummerċjali globali ewlenin għall-qamħ. Dak li l-ingliżi kienu jseħħu "the world's breadbasket" issa spiċċa biss taħt kontroll tal- ors Russu. Minkejja dan kollu, qabel ma nduru fuq in-nefqa tal-Gvern fil- pandemija, tajjeb nirrimarkaw illi skont il-Bank Ċentrali, "id- Dejn tal-Gvern Malti naqas minn madwar €8 biljuni għal €7.98 biljun fit-tielet kwart tal-2021." Il-pandemija forsi qed tbatti imma finanzjarjament issa l-pajjiż iħoss l-għafsa Fl-aħħar sentejn in-nefqa tal- pajjiż kibret. Bejn pandemija, elezzjoni u gwerra ma tantx tistenna xenarju differenti. Ma nistgħux ma nsemmux li l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juri kif il-Gvern fl-2021 nefaq 3.6% iktar mis-snin preċendenti b'mod speċjali fuq benefiċċji soċjali. Ir-raġuni wara din iż- żieda kienet żieda fin-nefqa kontributorja li b'kollox laħqet it-total ta' €914.2 miljun, jiġifieri żieda ta' 4.1% mill-2020. Dawn il-benefiċċji jinkludu pensjonijiet ta' rtirar u għaż-żewġ terzi, pensjonijiet għar-romol u benefiċċji għall-korrimenti industrijali fost oħrajn. Għaldaqstant, waqt il- pandemija l-Gvern nefaq total ta' €15.1 miljun f 'sentejn fuq benefiċċji biss skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. Ftit iktar minn €14.5 fl-ewwel sena biss sintendi maqsuma bejn benefiċċji għal ġenituri, nies b'diżabilità u benefiċċji mediċi. Ma' dawn iċ- ċifri ma hemmx inkluż l-iskemi finanzjari li inatgħu lin-negozji. Biex nieħdu indikazzjoni ta' dawk, nistgħu induru fuq statistika oħra maħruġa mill-NSO fejn ġie rraportat kif bejn Jannar u Ġunju tal-2021 intefqu 'l fuq minn €198.9 miljun fuq il-Programm ta' Assistenza għan-Negozji u €10 miljun oħra fuq l-Iskema ta' Vouchers ta' Riġenerazzjoni Ekonomika. Ma ninsewx ukoll li n-nefqa fuq Affarijiet Ekonomiċi ammontat għal €1,311.8 miljun, fl-2020, l-ogħla żieda fin-nefqa fuq l-2019, dik ta' €552.1 miljun. Kollu kawża tal-pandemija u l-miżuri sussegwenti tal-Gvern. Il-Ministru Clyde Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022