Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182
08 'Filwaqt li l-korruzzjoni qed tgħolli il-Gvern ta' Zelenskyy jagħlaq l-unika aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum Il-korruzzjoni fl-Ukrajna u l-effetti tagħha fuq is-suldati flimkien mat-tajjeb u l-ħażin tal-President Zelenskyy. Il-gazzetta ILLUM tikkomunika ma' ġurnalist Ukren, Alexey Osker, li bħalissa qiegħed jagħti ħajtu għal pajjiżu bħala voluntier. MARIANNA CALLEJA "Nistgħu nitilqu, bqajna hawn minn jeddna għax mhux se nibżgħu mis-suldati russi, mhux se nibżgħu nibqgħu Kjiv." Dawn kienu l-kliem ta' ġurnalist li bħalissa qiegħed jaħdem lejl u nhar biex jibqa' jitma' lis-suldati ukreni u jmatni l-familji li baqgħu fil-pajjiż. Huwa iktar ammirabbli kif dan il-kliem Alexey Osker qalu bla temtim ġurnata wara li sab ruħu fuq arkuptejh b'arma tan-nar ma' rasu mhedded li jekk ma jsoddx ħalqu se jsib moħħu mċafflas ma' ħajt. Il-ġurnalist u fundatur tal-Alexey Osker Charity Foundation qal mal- ILLUM li minkejja dan xorta hu lest jibqa' jgħin lis-suldati u lill-familji Ukreni filwaqt li jibqa' jiġġieled il- korruzzjoni li qed tgħolli rasha fl- Ukrajna iktar minn qatt qabel, issa li l-infurzar kontriha m'għadhux eżattament ta' prijorità. 'Mit-tfal sax-xjuħ, fejn hu sigur u anke fejn hemm il-periklu, lil kulħadd inqassmu' Ħames snin ilu Alexey Osker fetaħ fondazzjoni imma wara dawn is-snin kollha issa li vera qed jieħu l-frott minnha. L-Alexey Osker Charity Foundation, li għalih hija msemmija, qed tipprovdi għajnuna diretta lis-suldati Ukreni. Mill- binja tagħhom tipprovdilhom ikel, mediċina u ħwejjeġ militari fost ħafna aktar. Imbagħad permezz ta' karozza li ingħatat bħala donazzjoni lill-fondazzjoni, Osker flimkien ma' seba' żgħażagħ oħra qegħdin ukoll iwasslu qfief tal-ikel u bżonnijiet bażiċi lil familji fil-viċinanzi. Bid-dmugħ f 'għajnejh huwa spjega kif iħossu privileġġat li minn tifel orfni issa jinsab hawn jgħin lil dawn in-nies bi flusu. "Ma niakarx lill-ommi u lill-missieri ... niakar imma fl-ewwel ġimgħat tal-gwerra, tfal jispiċċaw orfni wkoll. Issa qed nieħdu ħsiebhom aħna filwaqt li jgħixu f 'istituzzjonijiet speċjali" qal mal-iILLUM. B'għajnejh ħomor mid-dmugħ huwa kompla li mill-ewwel mument li r-Russja invadiet l-Ukrajna seta' josserva l-paniku imma wkoll osserva familji sħaħ jitilqu minn djarhom u jimxu għal Kjiv għax bħala l-Belt Kapitali ħasbu li setgħet toffri l-kenn. 'Fid-dlam l-uman ifittex id-dawl, imma id-dawl tagħna mitfi wkoll' Alexey Osker qal mal-ILLUM li l-Ukreni qegħdin jiġġieldu żewġ gwerrer: dik kontra r-Russi u dik kontra minoranzi bħal uffiċjali korotti li minħabba fihom iċ- ċittadin qed jispiċċa bla riżorsi f 'nofs battalja. Kif irrapurtat diġà l-gazzetta ILLUM il-Ħadd li għadda, persentaġġ kbir tad-donazzjonijiet mhux isibu posthom ġewwa l-qalba tal-Ukrajna. Osker spjega li hemm tliet possibilitajiet ta' fejn tispiċċa donazzjoni. L-ewwel possibilità hi li tmur dirett fil-pajjiż li qed jilqa' numru sostanzjali ta' refuġjati bħal Polonja u l-Moldova. It-tieni, li donazzjoni tieqaf mal-fruntieri madwar l-Ukrajna fejn xi nies għadhom fil-proċess li jiltilqu mill- pajjiż. Intant it-tielet possibilità hi li qed togħrok għajn Alexey u attivisti oħra. Skont il-ġurnalist, mal-fruntieri hemm stazzjonati numru ta' uffiċjali li jgħaddu d-donazzjonijiet li jkunu se jidħlu ġewwa l-Ukrajna minn proċess li jieħu ġieli sa' ġimgħa. Hemm donazzjonijiet li jeħlu għax ikunu sempliċiment illegali imma hemm oħrajn li mhux jidħlu bi ħsieb. "Huma it, imma hemm uffiċjali korrotti li meta jidħlu d-donazzjonijiet iduruhom, issibu dak li hu ta' valur u jieħduhom għalihom," spjega aktar Osker. Dlonk għolla l-mobile mal- kamera tal-laptop, fetaħ il-kont tal-bank u wera' lill-ILLUM kont li fih 25,000 fi flus Ukreni. Dawn jammontaw bejn wieħed u ieħor it iktar minn €775. Osker ried juri lill-gazzetta li dawn huma l-aħħar flus li baqa' fil-kont tal-fondazzjoni. Iċċara li din mhux mal-gazzetta ILLUM biss għamilha. Minħabba li l-ġurnalist jemmen bi sħiħ fit-trasparenza, huwa qiegħed juri kull donazzjoni li jirċievi, anke jekk mhux flus, fuq il- paġna tiegħu ta' Facebook flimkien ma' kull tranżazzjoni li ssir fil-kont tal-bank tiegħu. Fil-fatt irrakonta li fost donazzjonijiet irċieva karozza, li biha xtaq iwassal iktar qfief lin- nies waqt li jdewwi lis-suldati li jiltaqa' magħhom matul il-vjaġġ. Sabiex iżommha din l-karozza, kellu joħroġ karti fuq karti, jgħaddi minn burokrazija żejda u jibqa' jippersisti biex ma jitliiex. Bil- liġi favurih, fl-aħħar Alexey Osker irreġistra l-karozza bħala "rigal." Sostna li mhux kulħadd hu bħalu u rrakkonta kif bosta innutaw li fuq l-ixkaffef tal-ħwienet qed isibu prodotti għal-bejgħ mingħajr isem, eżempju ċikkulata rinomata bħal 'snickers' li qed tinbigħ taħt isem ieħor jew bla isem ta' xejn. Dawn huma prodotti li jafu biċ-ċert li qed jinsterqu mid-donazzjonijiet sabiex jerġgħu jinbiegħu. Kompla kif dan hu biss l-bidu għax il-korruzzjoni fl-Ukrajna splodiet, bin-nies isiru aktar kreattivi mal-ħin biex issibu iktar modi biex jagħmlu l-flus. Qal li huwa qed jiaħ ammont sostanzjali ta' rapporti kontra nies bħal dawn bit-tama li jiġu investigati. Hawn fejn sab ruħu bejn basla u qoxritha. 'Sakemm il-pulizija kienu fi triqthom qaluli li se joqtluni u jgħidu lil kulħadd li jien kont spija' Kif diġà spjegajna, il-fondazzjoni ta' Osker taħdem dirett ma' suldati Ukreni. Meta jkun magħhom huma jsiru jafu l-xulxin u s-suldati mhux l-ewwel darba li qasmu miegħu l-inkwiet tagħhom. Osker jgħid mal-ILLUM li b'hekk sar jaf b'għaqda li riċentament l-fundatur tagħha ħa diversi ritratti jixtri televiżjonijiet u tablets u għalhekk staqsa lilu nnifsu: "F'nofs gwerra x'għandu bżonnhom?" u "Jekk jitfa' ritratti ta' miljuni ta' flus fuq Facebook allura għaliex lis-suldati jgħidilhom li għajnuna għalihom m'għandux?" Fil-filmat ta' Facebook u iktar tard ma' din il-gazzetta, Osker spjega kif fil-bidu ma riedx jemmen li qed jisma' u ddeċieda li jgħalaq għajn waħda. Aktar kemm beda' jgħaddi żmien, iktar suldati bdew jistaqsu lil Osker għal riżorsi militari bħala xi par boots jew helmet imma hu ma kellux flus biex jixtrihom. Ħassu ħażin u għalhekk bagħthom għand dan il-proxxmu. Is-suldati pero' ġew lura it jiem wara u qalulu li jew baqgħu bla risposta jew l-għaqda qaltilhom li ma tistax tgħin. Fil-filmat tkellem ukoll dwar kif dan il-persuna qed jisraq l-opportunità tas-suldati onesti li qed jiġġieldu għal pajjiżhom filwaqt li jagħmel il-flus minn fuq darhom. Kien hawn meta Alexey Osker akkuża lil dan il-persuna b'ħasil tal-flus pubblikament. "Allura l-flus fejn qed imorru? Jgħidilhom hekk imbagħad jieħu ritratt jixtri drone? Dan mhux ħasil tal-flus?" staqsa Osker. Żied li l-ikbar dispjaċir għalih jibqa' li dan il-persuna huwa prominenti fl-Ukrajna u qed jiġbor ammont eseġerat ta' flus minħabba l-fama tiegħu, iżda ma sab lil ħadd jgħidlu li akkwista għajnuna minn dawn il-flus. Wara li xerred l-istorja fuq il- midja soċjali tiegħu, innota li persuni pruvaw jidħlu fil-kont ta' Facebook personali tiegħu. Iktar kemm beda' jxerred stampi ta' evidenza kontra dan il-persuna, iktar bdew jiġu għandu suldati jaqsmu l-esperjenza tagħhom imma fl-istess ħin iktar beda' jinnota theddid. Irrakonta kif fl-aħħar irċieva invit mingħand dan it-tali u staqsih biex imur jiltaqa' miegħu. Alexey Osker mar u mhux waħdu iżda minflok konverżazzjoni sab jistennewh gwardjani tas-sigurtà. F'kamra magħluqa, maqtugħ minn sħabu, fuq għalkopptejh mal- art, b'gwardjan jipponta arma tan- nar lejh, l-istess persuna għamlitha ċara li dawn il-filmati u r-ritratti jridu jiġu mħassra immedjatament. Wara ħin twil abbuż psikoloġiku, b'tgħajjir kontinwu fuq Osker u sħabu, irnexxilu jagħmel kuntatt mal-pulizija. Sakemm kienu fi triqthom, "qaluli li se joqtluni u jgħidu lill-pulizija li kont traditur ta' pajjiżi." Alexey Osker