Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 aħbarijiet Akkost ta' kollox il-Gvern ma jridx jgħolli kontijiet għax din tkun 'detrimentali ħafna' għall-ekonomija ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru Clyde Caruana qal lill- imsieħba soċjali f 'laqgħa li saret kmieni din il-ġimgħa u li trattat l-għoli tal-ħajja, illi l-Gvern se jkun qed joħroġ madwar €6 miljuni f 'sussidji għall-importaturi tal- qamħ u dan sabiex il-prezzijiet ta' diversi prodotti ma jibqgħux jogħlew bir-rata li qed jogħlew. Il-gwerra fl-Ukrajna - li wasslet biex eluf ta' bdiewa jabbandunaw arthom u jitilqu mill-pajjiż qed twassal għal żieda astronomika fil-prezzijiet tal-qamħ u ċ-ċereali u allura ta' diversi prodotti derivati direttament minnhom u tal-laħam. Dan hekk kif persentaġġ għoli ta' qamħ u ċereali li jidħlu fl-Unjoni Ewropea normalment jgħaddu jew ikunu ġejjin mill-Ukrajna. Fil-fatt skont statistika tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena 2020, l-Ewropa impurtat xejn inqas minn €1.55 biljun f 'valur ta' ċereali, ross u qamħ mill-Ukrajna, filwaqt li importat ukoll b'valur ta' €1.6 biljun f 'żejt tal-pjanti. Dawn il-prodotti bħalissa mhux talli għolew, talli wkoll hawn skarsezza tagħhom madwar l-UE kollha - inkluż Malta. B'kollox fl-2020 kienu importati €6 biljuni fi prodotti agrikoli mill-Ukrajna għal ġol-Unjoni Ewropea. Wara l-invażjoni Russa, l-infrastruttura tal-portijiet Ukreni fil-Baħar l-Iswed inqerdet jew ġiet imblukkata u dan meta 80% tal-prodotti jkunu esportati minn dan il-baħar. Jidher li l-Gvern se jkun qed joħroġ dan is-sussidju lill-importaturi, apparti dak li diġà qed joħroġ fuq l-enerġija. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li hekk kif skada il-ehim tal-Hedging għall-prezz gass il-Gvern se jibqa' jixtri bil-prezz tas-suq hekk kif bħalissa - bil-prezzijiet kif inhuma - ma jagħmilx wisq sens li l-Gvern jidħol fi ehim ġdid ta' Hedging. Dan huwa tip ta' ehim li jfisser illi l-Gvern jintrabat ma' kumpanija li jixtri l-gass jew iż-żejt għal numru ta' snin bi prezz fiss li ma jinbidilx, kemm jekk il-prezzijiet internazzjonali jorħsu pero' anke meta jogħlew. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi għal mistoqsijiet ta' dawk preżenti Caruana kien ċar li l-Gvern se jibqa' jagħmel tajjeb għal din iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija "kemm hemm bżonn" bil-ħsieb li f 'dan il-punt jekk jogħlew il-kontijiet tad-dawl jew it-taxxi l-ekonomija tieħu daqqa kbira ħafna. Il-Ministru Caruana wissa wkoll li l-problema tal-għoli tal-ħajja mhux se tkun xi ħaġa ta' xahar jew tnejn imma kwistjoni li taf ittul ħafna aktar, bil-biża' wkoll li tard din is-sena jew is-sena d-dieħla l-ekonomija ewropea tidħol f 'perjodu ta' staġnar u inflazzjoni (stagflation). Iż-żieda fil-prezz tal-qamħ u ċereali qed t w a s s a l għal żidiet fil- prezzijiet ta' prodotti bħall-ħobż u dak kollu li jinvolvi għaġina u dqiq, flimkien mal-ġwież li jingħata bħala ikel lill-annimali. Dan qed iwassal għal żieda qawwija ħafna fil-prezzijiet tal-laħam u dak kollu derivat bħall-ħalib, ġobon, yoghurts, butir, prieżet u aktar. Il-Ħadd li għadda din il-gazzetta tkellmet maż-żewġ rappreżentanti tal-unjins ewlenin f 'pajjiżna u anke kelliema tal- Kamra tal-SMEs li lkoll esprimew tħassib għal-għoli tal-ħajja. Josef Bugeja mill-General Workers' Union qal illi l-unjin kienet qed titlob għal-laqgħa filwaqt li esprima tħassib dwar l-iskarsezza tal-materja prima. Josef Vella mill-Union Ħaddiema Magħqudin minn naħa tiegħu qal illi parti mir-risposta tal-Gvern kontra l-għoli għandha tkun il-ġlieda kontra l-abbużi fuq il- post tax-xogħol u xogħol prekarju. Abigail Mamo mill-Kamra tal-SMEs għafset fuq l-importanza li l-Unjoni Ewropea ma tibqax dipendenti tant fuq pajjiżi terzi għall-prodotti daqstant ta' bżonn, xi ħaġa li jagħmel aċċenn għaliha wkoll mal-ILLUM l-MEP Malti Cyrus Engerer f 'intervista illi fiha jsostni li l-UE jeħtieġ issir indipendenti fl-oqsma tal- enerġija u l-agrikoltura.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022