Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

Mill-kċina ta' Barigozzi: 'Jien ma 12 intervista IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum Il-figolli tradizzjonali, prezzijiet ogħla tal- ingredjenti u passjoni li ma tmut qatt… L-ILLUM tiltaqa' ma' Vince Saffrett fit-tieni dar tiegħu, il-kċina ANTHEA CACHIA Mil-lum uffiċjalment nistgħu nieklu l-bajd tal-Għid u l-figolli! Għal ħafna Maltin il-figolli mhux sempliċement ħelu ordinarju li nikluh biss f 'dan il-perjodu tas-sena iżda magħhom hemm marbuta tradizzjonijiet li ilhom preżenti fil-gżejjer Maltin mijiet ta' snin. Oriġinarjament il-figolli ma twildux f 'Malta iżda l-Malti sab l-ispirazzjoni mill-ġirien tiegħu, l-Italja. Il-kelma figolla nnifisha kienet ġejja mill-kelma 'figura' u li din tirreferi għall-figuri ta' oġġetti, annimali u persuni li jintużaw biex jagħmlu l-forom għall-figolli. Proprju fuq hekk, it-tradizzjoni Maltija kienet li l-figolli jkunu f 'forma ta' ħuta li tissimbolizza l-fidi lejn Alla, f 'forma ta' qalb li tissimbolizza l-imħabba u f 'xi forma ta' qoffa li kienet tissimbolizza l-fertilità. Tradizzjoni oħra hija li t-tfal imorru fil- pjazza tar-raħal u jbierku l-figolla jew il- bajd tal-Għid qabel ma jittieklu fil-jum tal- Għid il-Kbir. Fid-dawl ta' dawn it-tradizzjonijiet kollha, l-gazzetta ILLUM tistaqsi jekk illum il-ġurnata n-nies għadhomx ifittxu dawn it-tradizzjonijiet ħelwin. Kif ukoll jekk il-Maltin għadhomx jistennew l-Għid sa' ma jieklu l-ewwel figolla jew jilħqu jieklu xi tnejn jew tlieta qabel ma' jasal Ħadd il- Għid. Proprju fuq hekk, din il-gazzetta marret fil-qalba ta' Birkirkara it passi 'l bogħod mill-Bażilika ta' Santa Elena fid-Dolceria Barigozzi, msemmija għall-fabbrika li ħadmet il-qanpiena l-kbira tal-Kolleġjata Bażilika ta' Santa Elena. Mal-ewwel tokki tad-disgħa l-ILLUM intlaqgħet b'ħeġġa kbira minn Vince Safrett hekk kif kien għaddej b'xogħlu fil-kċina, li malli tidħol fiha taqsamlek qalbek bir-riħa tfuh ta' pasti friski. Fuq l-element ta' tradizzjoni Saffrett jgħid li għad fadal dawk li għadhom iżommu ma' dak li kienu jagħmlu qabel. Jgħid ukoll li apparti l-figolli jimxu ħafna l-kwareżimal kif ukoll il-hot cross buns. "Il-kwareżimal jixtruh ħafna u jemmnu bih, bħall-figolli. Minkejja kollox xorta jibqgħu iżommu t-tradizzjoni li jiħuhom dakinhar tal-Għid u jikluhom wara l-ikla, għal dawk li jkunu qed jagħmlu s-sawm," qal Saffret. Fuq il-forom tal-figolli d-dulċier jgħid li sa' sentejn ilu kien jagħmel diversi forom, iżda llum il-ġurnata jippreferi jagħmel forom aktar sempliċi bħal qlub biex ilaħħaq jagħmel aktar figolli. 'Covid-19 jew le, in-nies xorta xtraw il- figolli' Mistoqsi jekk kellux impatt fuq il-bejgħ tal-figolli f 'dawn l-aħħar sentejn, li fihom Malta kienet nieqsa mill-ispirtu tal-Għid, huwa qal li n-nies xorta baqgħu jixtru l-figolli. "L-Għid le! Iżda imbagħad fil-Milied, lil hinn mill-festini żgħar li baqgħu isiru xorta, il-bejgħ naqas daqsxejn," kompla jgħid Safrett. F'dawn is-snin tal-pandemija d-dinja rat żieda fil-prezzijiet tal-qamħ u ċ-ċereali u bħal ħafna setturi oħra fid-dinja tax-xogħol dan il-qasam ġie affetwat ukoll. Saffrett jgħid li l-akbar impatt tal-prezzijiet raħ fuq il-margarine. "Iż-żejt ukoll għola, fejn qabel kont nixtrih €1.20 għal kull litru, illum nixtrih €3. Iżda dan mhu tort ta' ħadd, din qed tiġri madwar id-dinja kollha u kulħadd qed jintlaqat minnha." 'Sirt naf li pożittiv fil-11pm u kelli nċempel lin-nies inħassar l-ordnijiet' Hekk kif id-diskursata daret fuq il- Covid-19, id-dulċier irrakkonta esperjenza kiefra li għadda minnha minħabba l-pandemija. Jgħid li waqt żmien il-Milied ġie pożittiv għall-virus u minħabba f 'hekk kellu jgħalaq il-ħanut tiegħu mid-19 ta' Diċembru sat-8 ta' Jannar, f 'perjodu fejn ikollu ħafna xogħol. "Ma rriskjajtx. Kieku ridt għalaqt għajnejja imma ma ridtx nieħu dak ir- riskju. Niakar li sirt naf li pożittiv fil-11pm u kelli nċempel lin-nies inħassar l-ordnijiet. Peress li naħdmu l-familja kollha hawn kellna noqgħodu kollha flimkien ukoll," qal Vince Safrett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022