Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

ma nirtira qatt!' 13 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 id-dulċier. 'Kellna rispons tajjeb ħafna!' Din id-dolċerija hija mmexxija mill- familja u l-passjoni ta' din il-familja tidher mill-prodotti friski u ġenwini tagħhom. Tant hu hekk li dawn l-aħħar ġimgħatejn, il-figolli kienu qed jinħmew u jiġu mżejna ta' kuljum biex il-klijentela tagħhom tgawdi biss minn prodotti friski. Apparti l-figolli, l-kwareżimal u l-hot cross buns, "dawn l-aħħar sentejn it-tifla tiegħi kienet qed tagħmel ukoll il-bajd tal- Għid biċ-ċikkulata tradizzjonali mżejna bil- uri. Ir-rispons kien wieħed tajjeb ħafna." Apparti minn hekk din id-dolċerija tagħmel ukoll figolli speċjali. F'dan l-Għid partikolari huwa għamel figolla kbira għall- klabb tal-futbol ta' Birkirkara. Hawn id- dulċier, b'ċajta żgħira mal-ILLUM jgħid li xorta kien lest li jagħmel din il-figolla minkejja li huwa jżomm ma' Valletta FC. Din il-gazzetta tistaqsi wkoll jekk jagħmilx figolli għal dawk li jbatu minn xi kundizzjonijiet bħalma huma c-celiac u dawk li jkunu alerġiċi għall-glutina. Jgħid li huwa jagħmel biss meta jitlobuh u ma jagħmilx biex ibigħ lill-massa għax biex jagħmel dawn it-tip ta' figolli, irid inaddaf il-kċina b'reqqa kbira biex jevita l-kontaminazzjoni. Dan għaliex, għal min ikollu l-marda tac-celiac, anke l-kontaminazzjoni - jiġifieri li jintuża l-istess spazju fejn kien hemm dqiq normali - tkun perikoluża għall-ġisem. L-aqwa figolla: Naspru jew ċikkulata? Ma nistgħux ngħidu li aħna l-Maltin ma nħobbux żaqna. Ta' sikwiet issib lil xi grupp ta' Maltin jiddibattu liema platt tipiku hu l-aħjar, jekk hux il-fenek jew il-laħam taż- żiemel jew inkella l-pastizzi tal-piżelli jew pastizzi tal-irkotta. Dan id-dibattitu qabditu wkoll l-ILLUM u stqasiet lil Safrett liem figolla jippreferi jekk hux dik miksija biċ-ċikkulata jew bin- naspru. Għal dan bi tbissima qal, "jien bħall- antiki, in-naspru. Imma ċ-ċikkulata dieħla sew." 'Jien ma nirtira qatt' Fl-aħħar din il-gazzetta staqsiet lil Saffret x'kien il-pjan tiegħu għall-Barigozzi wara li jirtira. Għal dan, pront qal li mhu beħsiebu jirtira qatt u li beħsiebu jaħdem sal-aħħar nifs tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022