Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864
Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. 06 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum 'Jekk naċċettaw li pajjiż kbir jista' jinvadi ieħor iżgħar irridu naċċettaw li dan jista' jsir fil-konfront ta' pajjiżna wkoll' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fir-realtà politika ta' Malta - bin-newtralità mnaqqxa fil- Kostituzzjoni - bosta jistaqsu għaliex il-Parlament Ewropew qed jieħu pożizzjoni daqstant antagonista kontra pajjiż u daqstant favur pajjiż ieħor. Oħrajn jinkwetaw li n-narrattiva antagonista kontra Putin qegħda sservi biex aktar jiqlielu u jiħraxu l-affarijiet. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-MEP Laburista u tal- S&D Cyrus Engerer u tistaqsih dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-Gwerra fl-Ukrajna. L-MEP Malti jgħid illi Malta se tibqa' dejjem pajjiż li taħdem kull fejn hemm bżonn favur il- paċi kemm fl-UE u anke lilhinn u jfakkar ukoll illi kif dejjem kien, l-irwol ta' Malta se jkun li fuq il- mejda tad-diskussjoni timbotta l-paċi u l-għajnuna umanitarja. "Dan filwaqt illi fid-dawl ta' invażjoni bħal dik tar-Russja jsiru l-kundanni meħtieġa, jekk hemm bżonn isiru sanzjonijiet - kif fil- fatt saru - u nibqgħu naħdmu għal soluzzjonijiet li jwasslu biex jiġu salvati n-nies," sostna Engerer mal- ILLUM. Huwa qal li għax Malta hija newtrali ma jfissirx li ma jsirux sanzjonijiet u naqblu magħhom kif naqblu ma' kundanni. Qal iżda li l-MEPs Maltin ġeneralment ma jivvotawx jew inkella jivvutaw kontra f 'każi ta' riżoluzzjonijiet favur intervent militari kontra r-Russja, jew kontra kwalunkwe pajjiż ieħor. Huwa fakkar illi kull Stat Membru għandu r-realtajiet tiegħu u mhux kulħadd huwa marbut bin-newtralità u kif aħna nistennew li ħaddieħor jirrispetta l-pożizzjoni tagħna, hekk ukoll aħna jeħtieġ nirrispettaw ta' ħaddieħor. Huwa qal li l-effetti tax-xogħol kbir li qed tagħmel Malta diġa' qed jidhru hekk kif madwarna hawn nies Ukreni li diġà qegħdin f 'impjieg, waqt li per eżempju jkomplu jistudjaw ukoll permezz tat-tagħlim online. "Ix-xogħol li qed tagħmel Malta huwa kbir," jisħaq Engerer. 'L-UE hemm bżonn tkun indipendenti fil-provvisti tal- enerġija u l-ikel' Induru mbagħad fuq l-istqarrija tal-President tal-Parlament Ew- ropew Roberta Metsola dwar Ew- ropa li tieqaf tixtri gass mir-Russ- ja u r-riżoluzzjoni sussegwenti tal-Parlament Ewropew li tħeġġeġ illi jkun hemm embargo fuq żejt, gass u uwils. Filwaqt li fuq il-kar- ta din tidher pożizzjoni iebsa u ta' prinċipju, din ma tiġix mingħajr l-effetti tagħha. Jekk dan jiġri l-Ew- ropa tiffaċċja skarsezza kbira ta' dawn il-prodotti u eventwalment żieda oħra qawwija fil-prezzijiet. Ma jaħsibx li qabel riżoluzzjoni bħal din il-Parlament kellu jassigu- ra lil kulħadd li għandu soluzzjoni- jiet għall-iskarsezza u l-prezzijiet, li wara kollox se jkun il-ħaddiem li jħallas għalihom? Engerer beda jirrispondi lil din il-gazzetta billi fakkar illi Roberta Metsola trid dejjem, b'dak li tgħid, tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament u mhux tagħha. Fakkar ukoll li riżoluzzjoni mhijiex liġi, imma stqarrija politika li qed jagħmel il-Parlament Ewropew. Engerer ammetta iżda li pass bħal dan iwassal għal skarsezza kbira u allura għoli fil-kontijiet tad-dawl u l-uwils, kif qal li qed jiġri madwar l-Ewropa kollha ħlief f 'Malta, fejn ifakkar li l-Gvern qed iħaddem politika li permezz tagħha jżomm il-prezzijiet stabbli. Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi minkejja dan, il-Maltin xorta qed jintlaqtu mill-għoli fil-prezzijiet, li qed iwassal għall-għoli fil-prezz tal- ikel, b'mod speċjali. Engerer jaqbel u jisħaq illi t-triq 'il quddiem għall-UE hija li ma tibqax wisq dipendenti fuq pajjiż terz - speċjalment f 'dak li jirrigwarda l-enerġija u ikel. Ifakkar li l-Unjoni Ewropea iġġib 75% tal-qamħ mill-Ukrajna, xi ħaġa li bla dubju ġiet impattata u kienet kaġun ta' żieda f 'ħafna prezzijiet. "Allura huwa importanti li l-politika agrikola tkun sostenibbli fuq bażi ewropea u li l-Ewropa tkun indipendenti fl-enerġija u l-ikel. Ma jistax ikun illi fuq affarijiet daqstant bażiċi niddependu fuq ħaddieħor, speċjalment meta dak il-ħaddieħor ikun Putin" sostna l-MEP Malti. Imma jara li din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew se twassal ximkien jew kollox jeħel fil- Kummissjoni jew il-Kunsill? Huwa qal illi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew hija importanti ħafna u jfakkar illi din l-istituzzjoni hija l-unika waħda eletta direttament mill- popli Ewropej. Fakkar ukoll illi l-President tal-Parlament Ewropew tattendi l-laqgħat tal-Prim Ministri fil-Kunsill Ewropew. "Naturalment hemm pajjiżi diversi, b'pożizzjonijiet differenti. Hemm dawk li ma jiddependux fuq ir-Russja għall-materja prima u allura qajla taffetwahom, hemm dawk li taffetwahom u xorta qed jieħdu pożizzjoni iebsa kontra Vladimir Putin u hemm dawk li jevlawaw il-pożizzjoni tagħhom aktar," sostna Engerer. Saħaq illi Malta aktar minn pajjiżi oħra jeħtieġ tiem kemm huwa importanti li jkun hemm din il-kundanna. "Huwa inaċċettabbli li pajjiż kbir jinvadi pajjiż żgħir u jagħmel bih li jrid. Jekk naċċettaw dan, inkunu qed naċċettaw li ħaddieħor jagħmel l-istess ma' pajjiżi żgħar bħal Malta," saħaq l-MEP Cyrus Engerer. 'L-eżempju ta' Malta għandu jkun il-pass li jsegwu pajjiżi ewropej oħrajn' Imma l-Parlament Ewropew qed ikun sensittiv lejn l-uġigħ tan- nies dwar l-għoli tal-ħajja? Charles Michel - President tal-Kunsill Ewropew - kien ammetta li se jkun hemm bżonn sagrifiċċji. Hekk se jgħildulhom lill-ħaddiema ewopej, 'paċenzja imma hekk hemm bżonn'? Engerer qal illi huwa f 'realtà bħal din li toħroġ id-differenza bejn il- partiti ewropej. Huwa qal li għall- Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fi żmien ta' sfidi, "hemm bżonn Gvernijiet bħal ta' Malta, li jinvestu fil-poplu tagħhom, kif nemmen li għamilna fil-każ tal-pandemija u konna storja ta' suċċess." Engerer - MEP fl-S&D fil-fatt - saħaq li l-eżempju ta' Malta għandu jkun il-pass li jsegwu pajjiżi ewropej oħrajn, it-triq mhux tal-awsterità iżda tal-intervent li jgħin u jwieżen. Huwa qal fil-fatt illi fl-2008 kien hemm każ ċar ta' kif meta ffaċċjati bi kriżi l-partiti tal-Partit Popolari Ewropew għażlu l-awsterità. 'Le għal sħubija fast track' Finalment l-ILLUM tistaqsi lil Engerer x'jaħseb dwar l-idea ta' sħubija fast track għall-Ukrajna. L-MEP Malti ma jaqbilx u jfakkar li biex pajjiż isir membru tal-UE irid ikun qed jirrispetta l-kriterji ta' Copenhagen, "inti min int jew int liema pajjiż int." Hija qalet illi fis-sitwazzjoni li qegħda fiha l-Ukrajna, anke qabel biss bdiet il-gwerra, mhux f 'qagħda li tidħol fl-UE. "Fast track li tkun assoċjata mal-UE, iva. Imma sħubija fast track le. Inkella jekk se ndgħajfu l-kriterji biex pajjiż jidħol fl-UE, irridu nagħmlu l-istess għall- pajjiżi kollha," temm jgħid l-MEP Laburista Cyrus Engerer. Il-Parlament Ewropew qed juża narrativa iebsa kontra r-Russja u saħansitra thedded li tieqaf tixtri l-gass, fjuwil u żejt minn dan il-pajjiż. Imma l-Parlament qed jieħu in kunsiderazzjoni kemm se jogħlew il-prezzijiet u l-iskarsezza? U dan l-antaganiżmu qed jgħin jew jiggrava l-affarijiet? Cyrus Engerer iwieġeb... Cyrus Engerer