Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 14 kultura IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum Lilhinn miċ-ċikkulata u s-sorpriża ... YENDRICK CIOFFI Illum it-tfal ikunu qed jistennew bil-ħerqa l-mument li jkunu jistgħu jiħu l-bajd tal-Għid li jkunu qalgħu bħala rigal mingħand il-ġenituri jew in-nanniet tagħhom. Jekk dalgħodu żżur il-Kottonera u anke rħula oħra fejn issir il- purċissjoni tal-Irxoxt, x'aktarx se tara ħafna tfal bil-bajd tal- Għid f 'idhom, jgħolluhom meta l-Irxoxt F'ħafna postijiet, waqt l-istess purċissjoni, isir it-tberik tal-istess bajd tal-Għid. Tista' tgħid li llum il-bajd tal-Għid huwa parti integrali miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir. Imma minn fejn oriġinat din it-tradizzjoni tal-bajd taċ-ċikkulata? X'għandha x'taqsam mal-Irxoxt? Jekk illum il-bajd tal-Għid huwa sempliċiment ħelu tradizzjonali b'sorpriża fih, liema żvilupp huwa wieħed pjuttost riċenti, l-oriġini tiegħu huwa wieħed reliġjuż u jmur lura mijiet ta' snin. Fil-Knisja tal-Lvant, sal-lum il-ġurnata, is- sinifikat tal-bajd tal-Għid huwa wieħed liturġiku. Fil-fatt, sal-lum il-ġurnata l-Ortodossi u anke l-Kattoliċi tar- Rit Grieg jew Biżantin għadhom iqassmu l-bajd ta' veru li jkun twebbes. Dan ġeneralment ikun impitter aħmar u ġieli jkun ukoll imżejjen b'diversi dekorazzjonijiet u anke ikoni. X'aktarx li din id-drawwa bdiet fil-Mesopotamja fost l-Insara bikrija. Il-Papàs, (saċerdot tar- Rit Biżantin), il-Professur Martin Zammit, spjega mal-gazzetta ILLUM kif il-bajda hija simbolu ta' ħajja ġdida u tinżebagħ bil-kulur aħmar biex tissimbolizza d-demm ta' Kristu. Imma jekk irridu, nistgħu saħansitra mmorru anke aktar lura fiż-żmien. Il-bajda, għar-Rumani, l-Eġizzjani, il-Persjani u qawwiet oħra minn dejjem kienet is-simbolu ta' ħajja ġdida fir-rebbiegħa. Li ġara huwa, li meta twieled il-Kristjaneżmu u beda jinxtered, l-Insara ma baqgħux jaraw fil- bajda simbolu ta' twelid tan-natura fir-rebbiegħa, kif kienu jagħmlu l-pagani, imma saret is-simbolu tal- ħajja l-ġdida fi Kristu Rxoxt. Dan is-simboliżmu malajr inxtered fost l-Insara tal-Lvant. Fil-fatt, fi tmiem il-Liturġija tal- Għid, fil-knejjes Ortodossi u anke fil-Knejjes Kattoliċi li jiċċelebraw bir-Rit Biżantin, bħalma nsibu fi Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta, dan il-bajd iebes miżbugħ aħmar, imżejjen jew ikkulurit, jiġi mbierek u mqassam lill-kongregazzjoni. F'xi postijiet, it-tradizzjoni hija li t-tfal jew żewġ persuni, jħabbtu dan l-istess bajd, biex ikissru l-qoxra u hekk ikunu qed jawguraw lil xulxin ħajja ġdida, ħajja li wara kollox offra Kristu bil-mewt u l-Qawmien tiegħu mill-mewt. F'xi kulturi, din it-tradizzjoni nbidlet ukoll f 'logħba. Għalhekk, fi kliem sempliċi, il- bajda kienet imxebbħa mal-qabar li minnu Kristu rxoxta. Ta' min insemmu li Santu Wistin, Isqof u Duttur tal-Knisja, kien xebbaħ il- Qawmien ta' Kristu mill-Imwiet mal-ħajja ġdida li toħroġ mill-bajda meta tfaqqas. Ta' min ifakkar ukoll li l-bajd kien wieħed minn dak l-ikel li l-Insara ta' qabilna ma kinux jieklu tul ir-Randan kollu bħala parti mis- sawm u l-penitenza tagħhom. Dak iż-żmien, li jkollok it-tiġieġ kienet xi ħaġa komuni ħafna. It-tiġieġ kien jibqa' jagħti l-bajd xorta waħda u allura dan kien jitwebbes biex jiġi ppreservat biex ikun jista' jittiekel wara l-Għid. Allura bajd iebes kien ikollhom kemm trid. Maż-żmien żviluppaw ukoll il- bajd tal-injam li jkunu miżbugħa ħomor u ddekorati anke bi xbiehat qaddisa fuqhom. Dawn jitbierku u jinżammu wkoll fid-djar. Il-pellegrinaġġ bix-xbieha devota tad-Duluri Fuq: L-Arċipriet tal-Isla jbierek il-bajd tal-Għid waqt il-purċissjoni tal-Irxoxt Lemin: Bajd tal-Għid tradizzjonali miżbugħ aħmar simbolu tad-demm ta' Kristu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022