Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864
15 kultura illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 minn fejn oriġinat il-bajda tal-Għid? Tant kemm il-bajd tal-Għid huwa importanti fit-tradizzjoni Nisranija tal-pajjiżi tal-Lvant, li dawn saħansitra kienu u għadhom jingħataw bħala rigal. Ovvjament, is-sinjuri ma kinux jagħtu bajd iebes imma bajd magħmul bid- deheb u l-ħaġar prezzuż. L-aktar famużi huma dawk li kien jaħdem Peter Carl Faberge. Ta' min isemmi l-bajda prezzjuża li Czar Russu kien ta lil martu fl-1883 Meta l-ILLUM kienet intervistat lill-Papàs Zammit, dan kien fakkar fi tradizzjoni antika fejn il-Maltin kienu jmorru għand il-Papàs biex jieħdu dan il-bajd imbierek u jpoġġuh wara xi vettrina jew inkella fit-twieqi biex jipproteġuhom kontra s-sajjetti. Ma' dan il-bajd hemm ukoll diversi tradizzjonijiet li nibtu f 'pajjiżi differenti. Anke jekk illum dawn it-tradizzjonijiet huma sekulari għal kollox, l-oriġini tagħhom jibqa' dejjem marbut ma' dan is-sinifikat reliġjuż. Insemmu pereżempju t-tradizzjoni tal-Easter Egg Roll, famuża fl-Istati Uniti imma anke f 'xi pajjiżi Ewropej, fosthom fl-Iskozja. Illum hija sempliċiment logħba, fejn it-tfal jiġru jew jagħmlu tellieqa b'dan il-bajd jitrembel. Oriġinarjament, din il-bajda titrembel, kienet tixxebbaħ mal- ġebla li tpoġġiet fid-daħla tal-qabar ta' Kristu u li tremblet lil hinn mid- daħla fil-ħin tal-Qawmien tiegħu mill-mewt. Bħal dejjem, meta jkollok tradizzjoni antika bħal din, magħha dejjem ikun hemm marbuta xi leġġenda u waħda minn dawn hemm f 'nofsha Marija Madalena. Skont it-tradizzjoni, popolari l-aktar fil-pajjiżi tal-Lvant, Marija Madalena kienet sabet ruħha quddiem l-Imperatur Tiberius f 'Ruma u bdiet tipprova tikkonvinċih li Ġesù qam mill- mewt u li Pilatu kkundanna għall- mewt raġel innoċenti. Biex tfisser aħjar il-messaġġ tagħha ħadet magħha bajda. Il-leġġenda tgħid li l-Imperatur beda jwaqqagħha għaċ-ċajt u qaliha li Ġesù huwa ħaj daqskemm kienet ħamra l-bajda li kellha f 'idha. Sakemm kien għadu jitkellem, il- bajda li Marija Madalena kellha f 'idha, saret ħamra. Meta ra dan, l-Imperatur emminha u kien neħħa lil Pilatu minn Ġerusalemm. Imma għaliex il-Madalana ħadet bajda quddiem l-Imperatur? Dan għax leġġenda oħra tgħid li meta Marija Madalena marret ma' Marija omm Ġesù u xi nisa oħra biex jidilku l-ġisem ta' Ġesù bil- fwejjaħ, ħadet magħha qoffa bajd biex jikluhom sakemm jistennew lil min jiaħ il-qabar. Madanakollu, meta waslu u sabu l-qabar miuħ, hi baqgħet dieħla u l-leġġenda tgħid li l-bajd li kellha fil-qoffa saru ħomor. Sal-lum il-ġurnata għadek issib ikoni li fihom Marija Madalena tidher b'bajda ħamra f 'idha. Lilhinn mit-tradizzjonijiet, il- bajda tibqa' tradizzjoni u simbolu ċentrali tal-Għid il-Kbir. Anke jekk illum it-tfal iridu biss iċ-ċikkulata u s-sorpriża li din tkun fiha, jibqa' l-fatt li bħalma s-sorpriża fil-bajda tal-Għid tmur lilhinn miċ- ċikkulata li tostorha, hekk ukoll is-sinifikat tal-bajda jmur lilhinn minn sempliċiment rigal li t-tfal ikunu qed jistennew kull sena. Qassis Ortodoss ibierek il-bajd tal-Għid qabel jitqassmu lill-kongregazzjoni