Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864
16 Kotba IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum 'Il-kittieba jridu jħammġu jdejhom' Glen ma jilqagħnix bis-soltu uniformi tal-artist għaddej b'xogħlu, il-fardal kollu żebgħa u titjir varju u l-wiċċ semi- imbegħren ta' min għandu biċċa xogħol li jlesti jew inkella ma jridx il-muża taħrablu. Nasal tikka kmieni Studio Solipsis, ir-Rabat hekk kif tkun tlajt is- Saqqajja, inċempel il-qanpiena darba darbtejn, u mbagħad messaġġ, u jinżel għalija bit- telefown ma' widintu, huwa u jipprova jsolvi intopp antipatiku tipiku mal-bank. Artist, anki f 'dan il-mument wisq prożajku: ħidmietu mhijiex biss ix-xalar fil-ħolqien, u l-għaraq mhuwiex biss dak tal-isforz kreattiv u d-dubji u l-isfidi li jġib miegħu, imma anki dak tal-burokrazija, il-frugħa u l-mili tal-flus, u l-ħsieb dwar min fejn ġej il- bukkun li jmiss. Nibdew bis-serjetà mill-ewwel, anki jekk għandna kunfidenza sew ma' xulxin. Fuq belgħa kafè taħraq, id-diskors jaqa' mill- ewwel fuq il-proġetti għaddejjin jew imfassla biex iseħħu, u kważi bilfors u bħal dejjem, fuq il- qagħda tal-industrija tal-ktieb, mill-pubblikaturi sal-awturi u l-bejjiegħa; u l-ilment (aktar tiegħi, u li issa qed isir ossessjoni) dwar id-dominju tas-suq anomalu fit-tqassim u l-bejgħ tal-kotba, u l-fatt li ili ma nidħol f 'ħanut tal- kotba żmien u għomor. Glen jaa l-industrija, anki għaliex l-attività ewlenija li sseħħ fis-sular arjuż fejn jaħdem huwa l-produzzjoni ta' kotba artiġjanali: Kotba Calleja (www.kotbacalleja.net) joħloq dak li nsejjaħ bibljomanufatti, kelma temporanja maħluqa biex tintuża did-darba biss, għaliex minkejja li l-oġġett maħluq huwa fl-aħħar mill-aħħar ktieb illegat, dak li jiġik f 'idejk imur lil hinn minn dan meta tqis ix-xogħol, il-materjali u l-kunċett li jkunu daħlu fih. Il-lant tax-xogħol (www. studiosolipsis.com) huwa dak li wieħed jimmaġina li jkun l-atelier tal-artist: tipo lo Newyorkiż fil- qalba tat-tipiċità raħlija tar-Rabat, bi spazju miuħ b'possibbiltajiet differenti ta' użu, speċjalment għal laqgħat, wirjiet u avvenimenti simili, filwaqt li xorta waħda jinħass is-sens tal-fabbrika u tal- ħolqien dejjem għaddej: rollijiet żgħar tal-kartun lesti biex isiru xi ħaġa oħra, riżmi ta' karta li ma ssibhiex kullimkien, il- geġwiġija neċessarja ta' għodod u remiżolji minkejja li fi spazju pjuttost organizzat u funzjonali. Hawnhekk hija wkoll dar il- HELA (www.helamalta.com), fejn titqarraq jekk tiġik f 'moħħok xi logħba ovvja bil-kliem: l-akronimu huwa għal Hub for Excellence in the Literary Arts, imma l-kunċett, wara li nġibditlek l-attenzjoni, huwa kollu kemm hu Malti. Organizzazzjoni li mhijiex klikka oħra, jien u nipprova nniggżu nofs kedda lil Glen, għax naf li mhijiex. Imma jispjegali sew li hija essenzjalment fondazzjoni li fiha tilqa' sħab ta' kull tip, tant li tista' tgħid huma rappreżentati l-għaqdiet letterarji u kulturali ewlenin, li f 'din is-sħubija jsibu post għal sinerġiji produttivi. Jaf diffiċli tfiehem eżatt fi it kliem x'inhu l-għan tal-HELA, imma mill-eżempji ta' xogħolha u minn ċertu stqarrijiet ta' Glen, nibda nieħu idea ċara. Bħala missjoni, essenzjalment, hija organizzazzjoni msejsa fuq iż- żewġ pilastri tal-aċċess għall- letteratura Maltija u tal-għarfien akbar tagħha. Imma 'letteratura Maltija' tfisser bosta affarijiet: fil-viżjoni tal-HELA, m'hemmx attitudni elitista li xxammar imneħirha lejn prodott jew ieħor, imma lanqas ma jfisser li kollox jitħalla jgħaddi. Anzi, huwa x'aktarx dan ir-razzjonal ewlieni tagħha: l-eċċellenza bħala l-kunċett ewlieni t'isem il-HELA tasal billi l-ewwel tingħaraf il-produzzjoni letterarja kollha, mingħajr diskriminazzjoni, sew fuq pjan storiku imma wkoll b'ħarsa lejn l-attwalità. Il-volum importanti daqs il-valur, jew forsi jiġi qablu: Għalhekk, lil hinn milli nitilqu bil-preġudizzju dwar x'jagħmel jew ma jagħmilx ix-xogħol tajjeb, hemm aktar attitudni ta' kurżità dwar kull ma nkiteb ilbieraħ, dak li qed jinkiteb illum u dak li qed jinbena għal għada, sabiex jirnexxilna nagħrfu tassew x'inhi d-dinja u l-ekosistema tal-kotba f 'Malta. 'Ekosistema', fil-fatt, hija kelma spissa fuq fomm Glen. Mhux biss ix-xibka kollha tal- fenomeni u l-prodotti letterarji u kif jeżistu flimkien, imma anki l-kumplessità wisq akbar tal- ħaddiema kollha li jmissu mal- Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb