Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 niċċelebraw biex nidhru? diversi nies taw ħasla papali lill- Papa tad-diskors li kien għamel, b'mod partikolari fejn jidħlu l-korruzzjoni u l-immigrazzjoni, żewġ kwistjonijiet li ddominaw in-narrattiva politika f 'pajjiżna fl- aħħar snin. Hawn huwa rrimarka li wieħed għandu jkun konsistenti f 'dak li jipriedka u l-azzjonijiet tiegħu. "Meta aħna nitkellmu fuq għajnuna lill-immigranti, jien għalija kienet partikolari ħafna li waqt li l-Papa kien qiegħed hawn kien hemm dgħajsa b'90 ruħ li ma tħallietx tidħol Malta," saħaq il- Kappillan. Huwa qal li hemm bżonn li l-Papa nnifsu u l-aktar nies qrib tiegħu, lil hinn mid-diskorsi, jistaqsu x'qed jagħmlu fil-prattika biex ikunu ta' għajnuna għall- immigranti. Miegħu qabel Dun Joe Borg li jemmen bi sħiħ li mhux id-diskorsi biss li jgħoddu iżda li jsiru proposti konkreti ta' dak li qal il-Papa, kemm fuq livell politiku kif ukoll fil-prattika. Dun Marc Camilleri rrefera wkoll għall-Papa Piju XII li fit- Tieni Gwerra Dinjija kien jgħin ħafna lil-Lhud billi jagħtihom refuġu fil-palazzi u l-kunventi kollha ta' Ruma. Jgħid li huwa ma kienx qed jitkellem ħafna iżda kien qiegħed jgħin b'mod ieħor. Minn naħa l-oħra jgħid li l-kwistjoni tal-immigranti, il- Maltin tweġġahom ħafna għax pajjiżna huwa wieħed żgħir u għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. "Ma nistgħux niħu l-bibien u jidħol kulħadd, impossibli. Allura meta jkun hawn dan il-ħafna diskors tibda' tistaqsi imma min tant qed jitkellem, x'qed jagħmel?" Mistoqsi proprju dwar hekk, Dun. Borg qal huwa wkoll li, "kienet ipokrezija kbira li waqt li l-President ta' Malta kien qiegħed jgħid lill-Papa kemm nilqgħu lill- immigranti, dawn qed jintbagħtu lura l-Libja." Il-Kappillan ta' Raħal Ġdid spjega li lil hinn milli nkunu ta' spalla għal dawk l-imigranti li jaħarbu minn pajjiżhom irridu naraw ukoll għaliex qed jaħarbu u jingħataw l-għajnuna biex jibqgħu jgħixu f 'art twelidhom. 'Għandna dnubiet u diffikultajiet iżda hemm min qed jagħmel sforz' Mistoqsi fuq il-kritika li jirċievu xi membri tal-kleru mill-pubbliku Camilleri jgħid li l-Knisja hija magħmula u mmexxija mill- bnedmin u li dawk li qed imexxuha għandhom difetti daqs dawk li huma parti minnha. Kompla jgħid li, "dan ifisser li iva għandna x'nikkritikaw iżda fl-istess ħin irridu napprezzaw, li minkejja d-diffikultajiet u d-dnubiet kbar li għandna, hemm min qed jagħmel sforz u bl-awtorità u bil-ministeru li għandu f 'idejh qed jagħmel dak li jista'". 'Mhu qed isir xejn!' Din il-gazzetta tistaqsi wkoll dwar il-problema ta' nuqqas ta' qassisin. Għal dan huwa wieġeb li l-problema hija waħda enormi. Huwa rrakkonta li 11-il sena ilu meta ġie ordnat is-seminarju kienu 36 b'kollox. B'dispjaċir jinnota li llum-il ġurnata lanqas ikun hemm tużżana seminaristi. Qal li din il-kwistjoni hija sikkina taqta' minn żewġ naħat. Minn naħa hemm saċerdoti li jippruvaw ilaħħqu mas-servizz li kienu jagħtu numru ikbar ta' qassisin fil-passat. Minn naħa l-oħra dan in-nuqqas jinħass fil-parroċċa "għax in-nies jistennew ħafna mill-qassisin. Iżda ma tistax tippretendi l-istess affarjiet b'inqas saċerdoti". Kompla jgħid li din hija kriżi kbira li sfortunatament "l-istess donnu mhu qed isir xejn dwarha, biex nippruvaw naraw minn fejn hi ġejja u kif nistgħu naħdmu biex intaffuha." Min-naħa tiegħu Dun Borg, jisħaq li huwa minnu li hemm nuqqas kbir ta' qassisin ġodda. Minkejja dan jemmen li pajjiżna għandu jbiddel din il-problema f 'opportunità. Borg poġġa fuq il-mejda perspettiva ġdida li mhux ta' spiss nisimgħu dwarha. Jgħid li hemm bżonn li, "nagħmlu Knisja miuħa għal kulħadd u jidħlu kemm nisa u rġiel u b'hekk jiżdiedu aktar l-irwoli." It-tberik. Għadu jsir jew le? Iriduh in-nies? F'dawn iż-żminijiet dlonk naraw il-Kappillan idur fil-kommunità, ibierek id-djar u jgħid xi kelma jew oħra mal-paroċċani. F'postijiet fejn għad fadal, dan ikun akkumpanjat b'abbati li f 'idu jkollu s-sasla mimlija ilma mbierek. Nistgħu ngħidu li din kienet xi ħaġa oħra li tlifna kawża tal-pandemija, iżda minkejja dan, Camilleri jgħid li sa' issa kellu reazzjoni pożittiva. "Jiena fil-parroċċa tiegħi ddeċidejt li f 'Jannar nerġgħu nibdew. Il-maġġoranza tan-nies għadhom japrezzaw il-preżenza ta' saċerdot fid-dar tagħhom," qal Camilleri. Jisħaq li permezz tat-tberik, din isservi ta' opportunità biex jinbnew il-pontijiet bejn il-Knisja u l-kommunità. Jgħid li n-nies xi kultant jikkritikaw lill-qassis għax jarawh biss mill-bogħod u jaraw biss id-difetti tiegħu u għalhekk jisħaq fuq l-importanza li tibni relazzjoni tajba man-nies, "minkejja li ma tkunx perfett." Fl-esperjenza tiegħu Dun. Borg jgħid li kellu rispons tajjeb ħafna huwa wkoll. Ikompli jispjega kif minkejja li hemm persuni li ma xtaqux li jbierku d-dar għax ma kellhomx interess, kien hemm oħrajn li għadhom jaraw valur kbir fih. Huwa jgħid ukoll li apparti minn hekk hemm ir-realtà ta' persuni li minkejja li ma joġġezzjonawx għat-tberik ta' darhom, din ma tantx tkun possibli kawża ta' impenji tagħhom, fosthom li jaħdmu ħinijiet twal. 'Minkejja li mhux kulħadd se jieħu gost, xorta huwa ta' bżonn' Il-Kostituzzjoni ta' Malta tisħaq li pajjiżna huwa wieħed Kattoliku u dan jitlob li t-tagħlim Kattoliku jkun obbligatorju fl-iskejjel ta' madwar Malta. "Jiena niem li għall-ġid tal- istudenti għad hemm l-obbligu li jitgħalmu l-Malti, il-Matematika u l-Ingliż. Minkejja li mhux kulħadd jieħu gost xorta waħda huwa ta' bżonn għall-formazzjoni umana tal-istudenti. It-tagħlim reliġjuż huwa importanti wkoll biex jitnisslu fihom ċertu valuri li aħna nemmnu li jkunu ta' ġid għalihom u għas-soċjetà." Għal dan Dun Borg qabel u rrimarka li jekk s-suġġett tgħallmu b'mod kreattiv u interessanti jkompli jattira aktar studenti. "It-tagħlim tal-Ingliż hu obbligatorju. Jekk ikun mgħallem b'mod li jdejjaq lin-nies se jimbuttahom. Iżda jekk ikun mħallem b'mod pożittiv joħloq il-ġid u l-istess it-tagħlim tar- reliġjon," kompla jgħid Borg. 'Hemm dawk li jagħmlu l-magħmudija għax jemmnu. Oħrajn opportunità biex jieħdu r-ritratti' Rigward it-tradizzjonijiet reliġjużi, bħal magħmudija, Dun Camilleri jgħid li fis-soċjetà hawn naqra minn kollox. Hemm dawk li jagħmlu ċertu tradizzjonijiet għax verament jemmnu fihom, hemm dawk ukoll li jagħmluha għax hi drawwa u oħrajn li għalihom din hi opportunità għar-ritratti "u kultant skuża biex nagħmlu xi festin". Minkejja dan, jgħid li bħala Knisja iridu jgħinu lil persuni kollha jersqu lejn il-fidi u li jagħrfu l-importanza ta' dak li qed jagħmlu. Intant Dun. Borg spjega li għall- ħafna snin f 'pajjiżna, li tkun Malti tfisser li tkun kattoliku u minn hemm li l-fidi Nisranija ħadet dimensjoni kulturali kbira. "Dawk il-prattiċi kulturali bħal- festi baqgħu jeżistu u jikbru sa' llum. Dan mhux minħabba l-element reliġjuż iżda dak kulturali," temm jgħid Dun Joe Borg. Dun Marc Andre Camilleri 'Jien il-biża tiegħi hi li qed ngħidu ħafna u nagħmlu inqas' - Dun Marc Andre Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022