Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum BEJN KLIEM U FATTI HEMM BAĦAR JIKKUMBATTI… Niċċelebraw għax nemmnu jew niċċelebraw Għanda nipprattikaw it-twemmin Nisrani għax drajna hekk jew għax tassew nemmnu fih? Il-fidi għandna nsostnuha fil-Milied u l-Għid biss? L-ILLUM tistaqsi lil Dun Joe Borg u Dun Marc Andre Camilleri… ANTHEA CACHIA Fl-aħħar, wara sentejn neqsin, erġajna qed nassistu għall-Għid il-Kbir, biċ-ċelebrazzjonijiet kollha marbutin ma' din il- festa. Fil-verità għalkemm xi wieħed jew waħda minna kien f 'xi kwarantina, r-randan hemm baqa' u Ġesù xorta rxoxta, bid-differenza li ma kellniex it-tradizzjonijiet tas-soltu. Ma nistgħux ma nsemmux s-seba' visti, il-purċissjoni tal-Ġimgħa Kbira, il-ħruġ tal-Irxoxt, xi ikla kbira mal-familja u ngħalqu kollox b'xi figolla jew bajda tal- Għid. Ta' bilħaqq, mingħajr ma wieħed jiġġeneralizza, meta naraw dak kollu li ħassejna n-nuqqas tiegħu, aktarx kienu affarjiet materjalistiċi jew forsi tradizzjoni li għalkemm jimxu id f 'id ma' prattiċi reliġjużi jista' jkun li jmorru lil hinn mill- fidi. Ħafna jirrimarkaw li pajjiżna għandu dak l-element żbilanċajt ta' reliġjożità iżda biss meta jaqblilna. Bħal ngħidu aħna nibagħtu t-tfal l-iskola tal-knisja, iżda qatt ma nisimgħu quddiesa. Nitkażaw b'min ikun ateu għax m'għandux valuri iżda nkunu tal- ewwel li ngħajjru lil xi immigrant li hu kriminal jew agħar minn hekk ngħidulu, "go back to your country". Għalhekk din il-gazzetta tisaqsi: X'qed iwassal għal din l-attitudni? Illum il-ġurnata prattiċi reliġjużi bħalma huma l-magħmudija, il-preċett u l-ġriżma, qed nagħmluhom sempliċiment biex inkunu għamilnihom jew għax vera nemmnu fihom? L-ILLUM tirrimarka, li ma nistgħux noqgħodu biss fuq l-osservazzjonijiet li naraw mas- snin u kien għalhekk li dawn l-istess mistoqsijiet saru lill- Kappillan ta' Raħal Ġdid Dun Marc Andre Camilleri u l-ġurnalist veteran Dun. Joe Borg li jiltaqgħu ma' uħud minn dawn l-isfidi ta' kuljum. 'Iż-żjara tal-Papa kienet falliment kbir!' Dun Camilleri stqarr mal- ILLUM li minkejja li xi kultant naraw li xi tradizzjonijiet jista' jkun issaħħu, fosthom il-festi tar- raħal, mhux dejjem ikun hemm parteċipazzjoni. "Diġà rajt tliet avvizi ta' parroċċi li ma sabux reffiegħa biex jagħmlu l-purċissjoni. Jiena naħseb li l-interess naqas. Fil-parroċċa tiegħi naqsu ħafna dawk li kienu jilbsu tal-personaġġi," spjega Dun Camilleri. Huwa qal li ż-żjara tal-Papa Dunanġisku, kienet "falliment kbir" minħabba n-nuqqas ta' attendenza. "Aħna nippruvaw inpinġuha li kienet xi żjara ta' suċċess imma fil-fatt il- parteċipazzjoni tan-nies kienet ħafna inqas minn ta' drabi oħra," kompla jgħid Dun Camilleri. Huwa jgħid li sentejn mingħajr il-ġimgħa mqaddsa taffettwa wkoll fil-parteċipazzjoni ta' dan kollu iżda fuq kollox jemmen li, "il- knisja għandha tort kbir." Huwa rrimarka li ntużat ħafna enerġija għaż-żjara tal- Papa iżda mbagħad fejn tidħol enfasi u kampanja pro-attiva u organizzata biex ikun hemm aktar parteċipazzjoni tas- sagramenti, fosthom il-quddiesa tal-Ħadd "sa issa l-Knisja għadha m'għamlet xejn, sentejn wara li bdiet il-Covid-19. Għad għandna sospensjoni tal-obbligu tal- quddies tal-Ħadd imma xi ħaġa biex tħeġġeġ lin-nies imorru lura, xejn." 'X'qed jagħmlu fil-prattika biex ikunu ta' għajnuna għall- immigranti?' Waqt id-diskursata ma' Dun Camilleri, l-ILLUM tfakkru li Dun Joe Borg 'Ipokrezija kbira li waqt li l-President ta' Malta kien qiegħed jgħid lill-Papa kemm nilqgħu lill-immigranti, dawn qed jintbagħtu l-Libja' - Dun Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022