Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864
09 Gvern imma bagħtu sinjal ċar tal-Parlament analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 u qalet ċar u tond (għax deher ċar) li n-Nazzjonalisti ħarġu biex jixkupaw 'il barra lil dawk li għamlu ħsara lill-PN fl-aħħar ħames snin, anke jekk huma dan ma jammettuhx. Mhux ċajta, li ma jitlax Jason Azzopardi. Fi żminijiet oħra, Azzopardi lanqas biss kellu bżonn jikkampanja. Huwa l-Avukat tal- familja Caruana Galizia, tkellem fuq li tkellem kontra l-korruzzjoni u sewwa għamel imma mbagħad hemm mod u hemm mod. Kien hemm drabi meta fil-kritika tiegħu qabeż il-linja u dan beda jdejjaq mhux biss lil-Laburisti imma anke lin-Nazzjonalisti. Il-kruċjata li għamel kontra Adrian Delia, in-Nazzjonalisti ma nsewhiex anke jekk issa bosta minnhom kienu nġabru wara Bernard Grech. Il-messaġġ tan- Nazzjonalisti kien ċar. It-tip ta' politika ta' Jason Azzopardi ma jriduhiex aktar! Ma ninsewx lanqas li Azzopardi ħareġ fuq l-għaxar distrett, l-akbar fortizza tal-PN u li forsi tinkludi aktar Nazzjonalisti li huma viċin organizzazzjonijiet bħal Repubblika u Occupy Justice u li l-istess Azzopardi jirrappreżenta bħala Avukat. Minkejja li Azzopardi pprova jirkeb dan il-karru, anke l-votanti tal-Għaxar Distrett ħallewh l-art. Azzopardi ma telax fl-elezzjoni każwali għax qalgħuh 'il barra Karol Aquilina u Graziella Attard Previ. Mhux ċajta li Attard Previ, taqla' 'l barra lil Azzopardi. Aquilina mill-banda l-oħra ma tantx għandu għaliex jifraħ. Vera li se jkun fil-Parlament imma bi żbrixx. Jirringrazzja 'l Alla li kien hemm elezzjoni każwali fuq id- disa' distrett, għax kieku ma kienx hemm, lanqas fl-elezzjoni każwali fuq l-għaxar distrett ma kien se jitla.' In-Nazzjonalisti ta' dan id- distrett warrbuh, kif warrbu lil sieħbu Jason Azzopardi. Dawk li ġew eletti issa jridu joqgħodu attenti għax jafu li jekk mhux issa, tagħhom tista' tasal ukoll. Din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni li kkontesta fiha l-eks Kap Adrian Delia u tela' b'saħħtu minn żewġ distretti. Dan ukoll huwa sinjal. In-Nazzjonalisti marru kontra l-famużi Blue Hereos li ma riduhx u qaċċtuh, sempliċiment għax ġie minn barra u pprova jaqta' l-irjus. Edwin Vassallo wkoll ma ġiex elett. Vassallo huwa viċin nies bħalma huma dawk dilettanti tal- festa u l-kaċċaturi, mill-banda l-oħra huwa forsi konservattiv "iżżejjed" u xi drabi bi kliemu qarras gruppi ta' nies, b'mod partikolari lil dawk fil-komunità LGBTIQ jew inkella koppji li jirrikorru għall-IVF. Anke hawn in-Nazzjonalisti bagħtu messaġġ. Il-Partit Nazzjonalista jibqa' partit demokristjan għax jekk ma jagħmilx hekk ma jibqax il- Partit Nazzjonalista, imma forsi jriduh ikun xi it aktar sensittiv lejn il-bżonnijiet u d-drittijiet ta' gruppi ta' persuni li forsi ma għadhomx iħossuhom komdi fil- PN minħabba l-pożizzjonijiet li ħa. Tħallew barra wkoll nies bħalma huma Maria Fatima Deguara u Karl Gouder. Ftit li xejn tista' tgħid dwarhom, forsi għax it li xejn ħadmu u it li xejn kienu fuq quddiem fil-ħidma tal-Partit Nazzjonalista. Jista' jkun li din kienet ir-raġuni għaliex ingħataw il-ġenb. Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jaħli ħin u ma jistax ikun hemm min qiegħed hemm biex isaħħan is-siġġu. Il-PN tilef wisq ħin u issa jrid iqum, jirsisti u jibda jaħdem biex jerġa' jibda jikkonvinċi. Hemm bżonn enerġija ġdida u issa l-PN din għandu. Ikun ħasra jekk jaħliha għax jaqa' f 'apatija. Imma l-Grupp Parlamentari mhux kollox... Li jkollok Grupp Parlamentari mimli element żagħżugħ u uċuh ġodda huwa importanti imma l-PN jagħmel żball jekk jaħseb li b'daqshekk solva xi problema u jaħseb li ġġedded. Ma ninsewx li dawn il-ħafna uċuh u Deputati ġodda ma ssarfux f 'voti ġodda għall-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, il-PN xorta waħda naqqas 12,000 vot. Mhux ċajta. Il-Partit Nazzjonalista jrid iżomm f 'moħħu li l-Grupp Parlamentari huwa biss parti mill- Partit u issa jrid jaħdem biex dak l-element żagħżugħ u ġdid li jidher fil-Parlament ikun rifless ukoll fl- istrutturi tal-Partit. Jagħmel ħażin il-PN jekk jarmi lil dawk id-Deputati ġodda u li marru tajjeb. Dawn għandhom ikunu fuq quddiem nett fl-istrutturi li wara kollox jiggwidaw lill-Partit u lill-istess Grupp Parlamentari u jifformaw il-politika tiegħu. Hekk biss il-PN jista' jidher li ġġedded u jkun kapaċi jimxi 'l quddiem u jerġa' jibda jattira votanti ġodda. Jekk mhux issa, mela qatt. Il-Partit Laburista bata aktar biex eleġġa l-ġodda Il-Partit Laburista wkoll eleġġa diversi Deputati ġodda imma biex għamel dan bata xi it aktar mill-Partit Nazzjonalista. Imma ngħiduha kif inhi, fl-aħħar snin il- Partit Laburista ġġedded ħafna u anke l-Grupp Parlamentari tiegħu nbidel, anke jekk forsi l-mod kif inbidel ma kienx l-aktar wieħed demokratiku. Ħafna mid-Deputati telqu jew għax kellhom jirriżenjaw jew inkella għax saru xi President jew għax ingħataw xi kariga fl-Unjoni Ewropea (forsi wkoll biex jeħilsu minnhom bil-pulit). Biss biss l-aħħar leġislatura kellha numru rekord ta' co-options. Fost l-aqwa mħuħ tal-Gvern, daħlu b'co- option. Insemmu biss lil Miriam Dalli, Clyde Caruana u Jonathan Attard. Fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet (għalissa qed inħallu barra l-elezzjoni każwali), il-PL żamm tista' tgħid il-Grupp Parlamentari tiegħu intatt. Tista' tiem għaliex ukoll. Jekk tkun Ministru, għandek aktar ċans li tgħin u taqdi n-nies. Kellek imbagħad kandidati bħal Clyde Caruana u Miriam Dalli li anke jekk kienu fil-Parlament bis- saħħa tal-co-option, din kienet l-ewwel elezzjoni ġenerali li kkontestaw. Magħhom jingħaqad ukoll Jonathan Attard, anke jekk hu għall-kuntrarju tat-tnejn l-oħra ma kellux Ministeru qabel issejħet l-elezzjoni. Il-Partit Laburista kellu kandidati ta' stoffa (forsi xi it aktar mill-PL ukoll) u dawn ġew eletti għall-ewwel darba. Oħrajn ġew eletti anke għax kienu popolari man-nies. Fost dawn, għall-ewwel darba, il-Partit Laburista eleġġa lil Keith Azzopardi Tanti, eks Sindku tal- Pietà. Mhux ċajta. Azzopardi Tanti qabeż żewġ Ministri u Segretarju Parlamentari. Minħabba fih, l-eks Ministru Josè Herrera baqa' l-art. Hekk ġara wkoll fit-tieni distrett. Alison Zerafa Civelli, eks Sindku ta' Bormla u oħt Lydia Abela ġiet eletta għall-ewwel darba. Fuq dan id-distrett baqgħu l-art Oliver Scicluna (li kien ġie co-opted) u Glenn Bedingfield (Whip tal- Gvern). Il-PL eleġġa wkoll lil Andy Ellul, Chris Bonett u Jo Etienne Abela, kandidati b'saħħithom tant li mill- ewwel sabu posthom fil-Kabinett. Il-bqija tad-Deputati Laburisti baqgħu tista' tgħid l-istess. Fil-fatt, biex dawk l-aktar viċin tiegħu ma jkunux kollha l-istess, il-Prim Ministru kellu jibgħat messaġġ bil-formazzjoni tal- Kabinett tiegħu. Mhux ċajta li ħalla barra mill-kabinett il-ġdid sitt Ministri u Segretarji Parlamentari. Kellu wkoll jirrikorri mill-ewwel għal co-option. Fil-fatt ġie magħżul Randolph Debattista hekk kif il- PL ċeda żewġ siġġijiet fuq id-disa' distrett imma kien għad fadal biss kandidat wieħed x'jitla'. Anke l-Laburisti xtaqu bidla... Imma anke jekk forsi ma dehritx qawwija daqs ma dehret fil-każ tal-Partit Nazzjonalista, anke l-Laburisti kellhom xewqa kbira li jbiddlu u jtellgħu n-nies ġodda. L-ewwel nett tħallew barra mill- Parlament żewġ Ministri veterani, Josè Herrera u Evarist Bartolo. Nies bħal Glenn Bedingfield (li wkoll jidher it aħrax fil-kritika tiegħu) u anke Rosianne Cutajar (li kellha tirriżenja minħabba allegazzjonijiet ta' tixħim) kellhom jistennew l-elezzjoni każwali biex ikunu eletti. Meta ġie għall-elezzjoni każwali, il-Partit Laburista wkoll tella' diversi uċuh ġodda, ħafna minnhom żgħażagħ. Biżżejjed insemmu l-eks Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia, l-eks Sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb u l-eks Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ Malcomn Paul Agius Galea. Telgħu wkoll Katya Degiovanni, Rebekka Buttigieg u Ray Abela. Dawn ukoll jistgħu joffru nifs ġdid u tama ġdida biex il- Partit Laburista jaqleb il-paġna u jagħmel politika aħjar. Ħasra li mbagħad, f 'dan il-proċess ta' tiġdid mixtieq mill-votanti, tħalla barra mill-Parlament Oliver Scicluna, żagħżugħ mimli enerġija li kemm-il darba tkellem kontra n-nepotiżmu, il-partiġġjaniżmu u stil ġdid ta' politika.