Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum Carmel Bonnici Ir-Rock Opera Jesus Christ Superstar Ir-"rock opera" mużikali ta' Andrew Lloyd Webber bil-liriċi ta' Tim Rice, Jesus Christ Superstar, rat id-dawl għal-ewwel darba fl- 1970. Dan ix-xogħol beda bħala kunċett għal "rock opera album" qabel ma sar fuq il-palk ta' Broadway fl-1971. Din ir-rock opera mużikali hi bbażata, forsi mhux daqshekk fedelment, fuq ir-rakkonti tal-Vanġeli tal-aħħar ġimgħa fil-ħajja ta' Ġesù Kristu fid-dinja, qabel ma salbuh. Din il-wirja tibda bil-preparazzjoni tal-miġja ta' Ġesù u d-dixxipli tiegħu f 'Ġerusalem u tispiċċa bil-kurċifissjoni. Il-qofol tagħha huma l-argumenti politiċi u interpersonali bejn Ġuda l-Iskarjota u Ġesù, narrattivi bil-kant li ma nsibuhomx fil-Bibbja. Id-deskrizzjoni ta' dan ix-xogħol huwa l-interpretazzjoni libera tal-psikoloġija ta' Ġesù u karattri oħrajn. Ġuda, t-traditur, għandu parti kbira u ntegrali f 'din l-istorja, u hawn narawh bħala figura traġika, mhux sodisfatt bid-direzzjoni li biha l-Imgħallem se jmexxi d-dixxipli tiegħu. L-attitudni kontemporanja u s-sensibilitajiet, kif ukoll il-lingwaġġ mhux ordinarju jinvadu ħafna mill-kanzunetti u allużjonijiet ironiċi għall-ħajja moderna nsibuhom imxerrdin fl-avvenimenti politiċi ta' dan ix-xogħol. Il-produzzjonijiet tal-palk u dak tal-film jinkludu wkoll anakroniżmi (affarijiet mhux korretti mal-istorja jew li m'għandhomx x'jaqsmu maż-żmien propju) pero' ntenzjonati. Jesus Christ Superstar beda jinħadem f 'Londra, fil-West End b'suċċess kbir fl-1972. Sena wara wasal x-xogħol ċinematografiku li se nitkellem fuqu aktar 'il quddiem. Din ir- reċta baqgħet dejjem popolari b'wirjiet fuq Broadway fl-1977. 2000 u 2012, bit-truppa tal-atturi u kantanti jduru mal-Istati Uniti fl-1977, 1992, 2002 u 2006. Fir-Renju Unit reġgħet saret fil-West End ta' Londra fl- 1996 u daret mal-pajjiż fl-1998, 2001, 2008 u fil-2012/13 fil-U.K. Arena. Fil-1972, fl- ewwel sena tagħha ta' eżistenza, Jesus Christ Superstar kienet innominata għal-seba' unuri u rebħet tnejn. Immur issa għall-film tal-1973 taħt id- direzzjoni ta' Norman Jewison u maħruġ minn Universal Pictures Ltd bil-ħin ta' 107 minuti. Grupp divers ta' żgħażagħ jaslu b'coach fl-Art Imqaddsa, jilbsu l-kostumi ta' appostli, qassisin tat-tempju, suldati Rumani u gwardji oħra u jibdew biex jirreċtaw episodji mportanti mill-aħħar sebat ijiem tal-ħajja ta' Kristu. Dawn l-avvenimenti narawhom l-aktar mill-"punto di vista" ta' Ġuda, bi Kristu ppreżentat bħala personalità ċelebri li apparentament jiddomina lilu nniffsu tant li jitlef l-ammirazzjoni tal- pubbliku tiegħu li malajr jaġixxi ta' pinnur. Wara li jippreżentaw il-Kurċfissjoni, dan il- grupp jirritornaw lejn ix-xarabank tagħhom, imma l-attur li ħadem ta' Kristu ma jkunx magħhom. Il-film ta' Norman Jewison jinterpreta l-istess evokazzjoni ta' dik tal-palk maħluqa minn Tim Rice u Andrew LLoyd Webber fejn irnexxilhom ipinġu lil Ġesù mhux mill- lat teoloġiku, fejn irrikreaw reliġjon ta' fervur ta' ferħ immirata l-aktar lejn iż-żgħażagħ. Il-film jieħu ħajja kontemporanja billi fih Ġuda - li hu raġel iswed, Pilatu raġel effeminat u l-għedewwa ta' Kristu jindikaw il-militar modern (fil-film naraw ajruplani għaddejjin bil-ħeffa u anke xi tank tal- gwerra, mislufin mill-gvern Iżraeljan), saħansitra l-isfruttar tat-turisti. Id-direttur ħela ħafna mill-enerġija tiegħu biex iġib il- bilanċ bejn Ġuda u Kristu, billi tal-ewwel jidher aktar qawwi u robust, b'Ted Neeley bħala Kristu, attur ta' statura ċkejkna u ta' dispożizzjoni dgħajfa. Fil-verita', din il-produzzjoni taqleb f 'atmosfera solenni meta Ġesù, mal-Appostli, jmorru biex jitolbu fil-Ġnien taż-Żebbuġ u fl-aħħar meta jissallab jaqa' silenzju ta' ambjent sagru. Id- daqqiet tal-frosta fuq Ġesù huma murija b'mod brutali u anki bis-"slow motion", biex jesibixxu dak li l-vittma qed isofri u fl-istess waqt il-gost li qed jieħdu n-nies miġbura hemm bil-mużika tikkomplimenta kollox. Il-final tal-kanzunetta tat-titlu tassew b'mod allegru u vivaċi, turi l-glorja finali tal- Imgħallem Divin. Xi kurżitajiet dwar dan ix-xogħol, jinkludu: • Attur żgħir ta' 17-il sena minn New Jersey ipprova jaħdem il-parti ta' Ġesù Kristu. Dan kien John Travolta. • Minn mindu Ted Neeley ħadem il- parti prinċipali, hu għamel karriera sħiħa jaħdem dan l-irwol ta' Ġesù fi produzzjonijiet fuq il-palk għal kważi 40 sena. • Kanzunetta ġdida ġiet miktuba apposta għall-film Jesus Christ Superstar. Din hija en We Are Decided, fejn il-qassisin il-kbar tat- Tempju, Annas u Caiphas, is-soltu avversarji għal xulxin, jiddiskutu l-minaċċja palpabbli li l-popolarita' ta' Ġesù poġġiet fuqhom u jiddeċiedu li jeliminawh b'urġenza fil-Kunsill. Din il-kanzunetta li tixraq ħafna qatt ma ntużat aktar. • Ted Neeley iltaqa' mal-mara tiegħu fuq is-set ta' dan il-film. Din, Leeyan Granger, tidher fis-sekwenza taż- żifna ta' Simon Zealot bħala waħda miż-zeffiena. Huma żżewwġu fl- 1981 u għandhom żewġt itfal. • Norman Jewison, id-direttur ibbaża l-preżentazzjoni tal-Aħħar Ċena fuq il-pittura famuża ta' Leonardo Da Vinci. • Is-sekwenza tas-swat ta' Ġesù, id-39 daqqa ta' frosta, tant kienet mimlija sadiżmu li omm Ted Neeley ma felħitx taraha u telqet 'il barra. Hi qatt ma refgħet idejha fuq binha, imma biss b'mod ġentili u b'hekk ma setgħetx tissaportiha. • David Cassidy u Mickey Dolenz kienu wkoll ikkunsidrati għall-parti ta' Ġesù. David Cassidy irnexxielu jieħu dan l-irwol ma' grupp teatrali li jduru mal-pajjiż jippreżentaw din ir- "rock opera" fis-snin tmenin. • Meta mistoqsi mill-Istampa tal- Vatikan, għaliex id-direttur għażel attur iswed fil-parti sostanzjali ta' Ġuda, Jewison wieġeb li mill-atturi kollha li għamlu l-prova dan il- kantant/attur l-iżjed li mpressjona. • Paul omas fil-parti ta' Peter Zealot wara sar direttur ta' films pornografiċi. • Kanzunetti memorabbli minn dan il- film kienu: Heaven On eir Minds, Everthing's Alright, is Jesus Must Die, Hosanna, il-popolarissima I Don't Know How To Love Him, King Herod's Song (l-unika waħda b'mużika tipikament differenti mill- oħrajn kollha) u, naturalment, dik tat-titlu: Jesus Christ Superstar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022