Illum previous editions

ILLUM 17 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 illum • IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 rakkont Innoċenti – It-tielet parti minn erbgħa I ż-żmien kien tgerbeb malajr. Għalkemm il-każ tiegħu kien jaħraq mhux it, Demis kien irnexxielu joħroġ liberat fuq nuqqas ta' provi. "Imma kif jista' jkun fuq il- katavru ma kienux saru testijiet? Kif jista' jkun li ma sabux evidenza?" Demis kien qed jara l-ġurnalisti jitqabdu bejniethom fuq it-televixin, b'wiċċu mċarrat bi tbissima liema bħalha. Kien ferħan. Fl-aħħar kien għadda kollox! U hu……… Hu seta' jgħix ħajja trankwilla ma' Michaela, dik il-midinba li kienet iġġagħlu jaħli l-enerġija kollha ta' ġismu. Issa kien kuntent. Kien ser jagħlaq il-paġna ta' qabel u jibda waħda ġdida. Dar ġdida. Dak li kellu bżonn. Ibigħ din u jsib xi appartament żgħir għalih u għall-maħbuba l-ġdida x'imkien maġenb il-baħar, ħalli joqgħod għall-kwiet jisma' l-ħoss tal-mewġ u jxomm ir-riħa tal-alka. Hekk xtaq. U issa li kien jaf li ma kellux it- toqol ta' sentenza fi ħżiemu, hekk kien beħsiebu jagħmel. "Iva, din tajba………" kien qal lil dak ir-raġel tal-mustaċċi rqaq li kien qagħad jurilu xi proprjeta fil- parti tan-naħa ta' fuq ta' Malta. Kienet proprjeta perfetta. Appartament żgħir li kien eżatt fuq ir-riħ ta' bajja ramlija bajda eżatt maġenb l-Għadira. Kienet bajja pjuttost kwieta, ma tantx kienet magħrufa mat-turisti u għalhekk fis-sajf ma kinitx ser tkun mittiefsa mill-istorbju u l-għajjat tat-tfal. L-istorbju tat-tfal kien idejqu. Filfatt għalhekk kienu baqgħu mingħajr tfal hu u Angela. Imma forsi mhux għalhekk biss. Forsi għax hu kien ikollu interessi oħra. Forsi għax hi ma kinitx belha u kienet taf li żewġha kien iżżewwiġha biss għall-kumdita' tiegħu. U xejn aktar. U mbagħad meta kien deherlu l-mument opportun, kien għamel mezz sabiex jeħles minnha. Demis ma tantx dam sabiex ibiegħ il-post tiegħu u jmur jgħix f 'dan l-appartament ċkejken iżda ħelu wisq. U l-ewwel lejl kien qagħad fil- gallarija jħares lejn il-baħar skur. Il-qamar fl-orizzont kien donnu qed iwiddbu bid-dwalijiet kulur id-deheb jirriflettu fuq il-mewġ żgħir li kien ġej minn żiffa fietla. U t-tieni lejl kien innotaha. Raha hemmhekk fuq ir-ramel. Kienet tfajla miexja waħedha fuq ir-ramel, iżżomm sandli f 'idha waħda u kappell f 'idha l-oħra. Milli seta' jara Demis kienet liebsa libsa twila li kienet mgħollija fuq naħa waħda għal taħt idha tal-kappell sabiex setgħet timxi komda mhux it. Raha tħares lejn il-qamar. Lejn il-baħar. Imbagħad daret tħares lejh. U hu…….. Hu inħasad. Kien propju dak il-ħin li ħass lil xi ħadd imisslu spalltu u qabeż qabża! "Michaela!" qalilha hekk kif ra lil maħbuba tiegħu tħares lejh minn ġol-bieb tal-gallarija, xagħarha mħabbel mill-irqad u għajnejha xi it minfuħin ukoll. Kemm kienet ilha miegħu, kienet donnha qabdet tikrieh bil-minuti! U biex inkunu għedna kollox, Demis kien diġa qabad jixba minnha! "X'inti tagħmel hawn barra?" staqsietu b'leħen maħnuq u b'xi it bżieq niexef imċarċar ma' xoffitha t'isfel li ma kinitx indunat bih. U iva mhux xorta? Mhux Demis kien hawn? U issa kienet drat torqod miegħu. U biex inkunu għedna kollox, anke hi kienet qiegħda tinduna li diġa kien qed jixba minnha u għal it ma kinitx ser taqbad titlef l-interess hi wkoll! U dar iħares lejn dik it-tfajla li it qabel kienet ħatfitlu l-interess kollu. Iżda baħħ……….. Il-bajja kienet hemm siekta. U vojta. Dik it-tfajla tal-kappell ma kinitx għadha hemm. Demis zekzek ħalqu minn taħt u mar jipprova jorqod. Iżda l-għada kien reġa' raha hemm isfel, timxi fuq ir-ramel, ixxarrab saqajha u tidħaq waħedha. "Tgħid min hi din?" kien qal b'leħen baxx, ħalli dik il-mingħul li kellu fuq is-sodda hemm ġew ma tisimgħux u terġa' toħroġ ittellfu bħal ma kienet għamlet il-lejl ta' qabel. U l-ġurnata ta' wara kien reġa' raha ukoll. U ta' wara. "Illejla miehma ma' sħabi tax- xogħol," kienet qaltlu Michaela waqt il-ħin tal-kolazzjon aktar kmieni. Għal it ma kienx qabad jogħrok idejh bil-pjaċir! "Iva, sew tagħmel!" kien ħataa fil-pront, kważi jaqbeż minn fuq is-siġġu u jaqleb il-platt tal-bajd u zalzett li kienet ħejjietlu hi stess. Dak ifisser………… Dak ifisser li llejla kien ser ikun waħdu. Li kienet ser iddum barra. Għax meta kienet toħroġ ma' sħabha tax-xogħol kienu jdumu mhux ħażin! U kien qagħad fil-gallarija. Jistenna. Iħares lejn il-baħar infinit. Jisma' l-ħoss tal-mewġ tiela' fuq ir-ramel u jerġa' jinżel. Jara l-kwiekeb inemnmu fis- sema. U jistenna sabiex jara dak id- dell familjari tagħha. Ta' dik it-tfajla li donnha kienet saħħritu. Imma donnha llum ma kinitx ġejja! Kien ġa qabad igerger minn taħt l-ilsien! Kien ġa qabad iħares lejn l-arloġġ b'mod impazjenti u jħossu qisu xi wieħed iblaħ! Iżda eżatt malli kien kważi qabad il-pum tal-bieb li jagħti għal ġewwa minn ġol-gallarija b'idejh, raha! Kienet hi! Mingħajr qatt ma kien raha b'mod ċar, ħass li b'xi mod ried isir jaa xi it aktar! U qisu tifel żgħir li kien għadu jistudja l-primarja, Demis niżel it- taraġ tal-appartament tnejn tnejn, bla nifs u mar iħaffef kif seta' għal fuq ir-ramel. U raha hemmhekk quddiemu, tħares lejn il-baħar. F'idha waħda kellha l-kappell tas-soltu u bl-oħra kienet qiegħda żżomm xagħarha milli jtir quddiem għajnejha biż-żiffa ħelwa li kienet għaddejja bejniethom. Ma kienx jaf x'kellu jaqbad jagħmel. Għalhekk beda jisgħol it ħalli jara jattirax l-attenzjoni tagħha. U daret tħares lejh. U issa, eżatt malli kien qed iħares f 'wiċċha, induna li kienet sabiħa mhux it! Ħafna isbaħ minn Michaela! U wisq u bil- bosta isbaħ minn dik l-ixkora li kien iżżewweġ! Tbissmitlu. U ħass qalbu tħabbat b'mod mgħaġġel, donnha kienet tappartjeni lil xi tifel żgħir! "Jien noqgħod hemm fuq………" urieha b'subgħajh, bi tbissima ħelwa. "Kuljum narak hawn." "Jien noqgħod fil-qrib," weġbitu. Poġġew ħdejn xulxin fuq ir- ramel u damu jitkellmu mhux it. Għalkemm ma tantx fehem dak li kienet qiegħda tgħidlu għaliex moħħu aktar kien fuq kemm kellha xuejha sbieħ u mlaħħmin, ħaddejha perfetti, imneħirha żgħir u ħelu u xagħarha bellusi, kien akar li kien jisimha Jadie u li kienet toqgħod viċin ħafna. "Nixtieq nerġa' narak," qalilha qabel telaq. "Anke jien." Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 April 2022