Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181
IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum aħbarijiet 'Din taxxa pulita!' –Sewwieqa jgergru minħabba l-użu tal-ispeed guns iżda l-LESA tisħaq li huma neċessarji L-ispeed cameras mhux biżżejjed? Jekk se nużaw l-ispeed guns ukoll, dawn jaħdmu sew jew se jieħdu l-iżbalji? Kemm il- ċitazzjoni nħarġet minħabba l-veloċità eċċessiva? L-ILLUM tkellem lill-Kap Eżekuttiv tal-LESA Svetlick Flores ANTHEA CACHIA Tul dawn l-aħħar ġimgħat kienu bosta nies li nnotaw numru ta' uffiċjali tal-Aġenzija għall- Infurzar Lokali (LESA) fit-toroq Maltin bi speed gun f 'idejhom. Fil-fatt ħafna raw uffiċjali bi speed guns f 'Ħ'Attard, fit-Triq Reġjonali, fi Triq il-Kosta u l-aktar fl-akkwati ta' Santa Luċija. Kawża ta' hekk inqalgħet dilemma fuq il- midja soċjali dwar hekk verament hemmx bżonnhom fit-toroq Maltin, jew le. Għalhekk, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal- LESA, Svetlick Flores u stqasiet dwar l-effiċjenza ta' dawn l-ispeed guns u għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li jintużaw huma minflok kameras fissi (speed cameras) li diġà jintużaw. Qabel xejn, din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-Pulizija u kkonfermaw li dawn l-ispeed guns huma responsabilità tal-LESA u ma jaqgħux taħt il-kappa tagħhom. 'Pajjiż kollu kameras, qisna ċ-Ċina u l-Korea' "Tliet punti oħra!" "L-aħjar tuża rota." "Din taxxa pulita." Dawn kienu uħud mill-kummenti li kien hemm fuq Facebook f 'diskussjonijiet dwar l-ispeed guns. Saħansitra kien hemm min ippropona li ssir protesta biex ċertu kameras tal-velocità jirriflettu l-veloċità adegwata għat- triq. Oħrajn irrimarkaw li apparti li jingħataw multi għal dawk li jaqbżu l-veloċità stabbilita skont il-kodiċi tat-triq, jingħataw ukoll lil dawk li jsuqu wisq bil-mod. L-ILLUM staqsiet lil Flores għal liema raġuni nħass il-bżonn li jużaw l-ispeed guns u għal dan huwa wieġeb li l-użu tagħhom qiegħed biex "jikkumplimenta l-pjan ta' sigurtà f 'nurmu ta' toroq, speċjalment f 'dawk li jkun qed isir sewqan eċċessiv fihom u li jkunu ta' periklu għal ħaddieħor, f 'ċertu ħinijiet tal-ġurnata." Propju fuq hekk it ġimgħat ilu din il-gazzetta kienet tkellmet mal- għaqda mhux governattiva (NGO) Doctors For Road Safety li saħqet mal-ILLUM dwar l-importanza ta' miżuri aktar stretti biex jiġu evitati inċidenti, b'mod speċjali dawk fatali. Dan b'mod partikolari biex jindirizza tipi ta' sewwieqa li ma jobdux ir-regoli tat-triq. 'L-aġenzija se tassigura li l-użu tagħhom se jkun skont il-liġi' Flores spjega li l-ispeed guns li qed jintużaw u li se jkomplu jintużaw fil-futur jużaw l-istess teknoloġija ta' dawk fissi. Apparti minn hekk spjega li dawn jgħaddu mill-istess proċessi, verifika, kalibrazzjoni u ċertifikazzjoni mill-Awtorità għall-Affarjiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA). Meta mistoqsi, dwar il-preċiżjoni tagħhom u jekk dawn jistgħux jaqraw il-veloċità ħażin, Flores ta l-kelma tiegħu li l-aġenżija se tassigura li l-użu tagħhom se jkun skont il-liġi. L-ILLUM tibqa' bla risposta fuq mistoqsijiet oħra Fil-korrispondenza qasira bejn din il-gazzetta u l-LESA, l-ILLUM staqsiet għadd ta' mistoqsijiet oħra li iżda baqgħu mhux imwieġba. Staqsiet fost oħrajn fejn se jkunu stazzjonati dawk il-persuni li se jkunu responsabbli mill-ispeed guns? Staqsiet ukoll jekk fil-postijiet li fihom se jintużaw dawn l-ispeed guns hux se jkun hemm xi tip ta' notifika li turi li dawn qed jintużaw, bħalma normalment naraw meta jkun hemm kamera fil-viċinanzi. Dan, il-gazzetta għamlitu għaliex ħafna spekulaw fuq il-midja soċjali li l-uffiċjali tal-LESA li ntleħmu madwar Malta kienu f 'postijiet remoti li ma tantx jidhru. Għal dawn iż-żewġ mistoqsijiet din il-gazzetta ma rċeviet l-ebda risposta. Mill-2015 sal-2020, inħarġu medja ta' 207 ċitazzjoni, kuljum Din il-gazzetta ma sabet l-ebda ċifri jew statistika rigward l-ammont ta' multi li nħarġu perezz tal-ispeed guns. Madankollu ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li pajjiżna ra medja ta' 207 ċitazzjonijiet maħruġa kuljum fuq veloċità eċċessiv (permezz ta' speed cameras). L-aħħar statistika li nħarġet fuq dan ir-rigward kienet tas-sena 2020 li meta mqabbla mal-erba' snin ta' qabel, din kienet l-inqas sena li rat kontravenzjonijiet, b'total ta' 43,269. Dan ekwivalenti għal medja ta' 118-il-multa maħruġa kuljum. Minkejja li ma hemmx indikazzjoni għaliex din is-sena kienet l-inqas li rat multi, din jista' jkun li ġiet attribwita għall-fatt li fl-2020 id-dinja esperjenzat il-bidu tal-pandemija. Tajjeb li nfakkru li ħafna persuni u studenti kienu qed jaħdmu jew isegwu l-lezzjonijiet mid-dar. B'hekk l-ammont ta' karozzi fit-triq naqas sostanzjalment f 'ċertu perjodi meta ħafna stabbilimenti kienu kompletament magħluqa. Minkejja dan, din iċ-ċifra ma marritx daqshekk 'il bogħod mill- medja tas-snin preċedenti. Hekk kif fl-2018 kien hemm total ta' 56,037 jiġifieri medja ta' 154 kuljum filwaqt li fl-2019 kien hemm total ta' 53,847 jiġifieri 147 multa kuljum. Dan filwaqt li l-aktar sena li rat l-akbar ammont ta' kontravenzjonijiet kienet l-2017 b'total ta' 78,388 multa jiġifieri nħarġu medja ta' 214-il- multa kuljum. Dan segwit mill-2015 b'total ta' 74,101 kontravenzjoni jiġifieri 203 ċitazzjonijiet kuljum. Fl-2016 kien hem 73,257 multa totali, b'medja ta' 200 multa kuljum.