Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum L-ippjanar tal-art: fl-interess tan-nies L -ippjanar għall-użu tal-art għandu jkun żviluppat f 'għodda effet- tiva biex permezz tiegħu nilqgħu għall-impatti fit-tibdil tal-klima. Dan jista' jseħħ billi jkun inkoraġġit żvilupp li minnu innifsu jagħti kontribut ħalli jon- qsu l-impatti fuq il-klima. Mid-dehra, iżda, hu wisq li nistennew dan mill-awtorità responsabbli għall-ippjanar tal- użu tal-art. L-iżvilupp ta' ċentri kummerċjali kbar jista' jagħmel xi sens ekonomiku. Imma ambjentalment u soċjalment ħsara biss jagħmlu! Dawn il-konsiderazzjonijiet huma fil-qalba ta' dak li jikkostitwixxi żvilupp sostenibbli: jiġifieri li kull żvilupp, dak ekonomiku inkluż, għandu fi kwalunkwe ħin jagħti każ u jirrifletti l-impatti ambjentali u soċjali. L-iżvilupp sostenibbli hu fuq fomm kulħadd, imma meta niġu għad-deċiżjonijiet dan jibqa' fuq il-karta għax hu ġeneralment injorat. Fis-siegħa tal-prova l-flus dejjem jitqiegħdu fl-ewwel post. Deċiżjoni dwar żvilupp propost għandha tifrex il-konsiderazzjoni tagħha u tmur lil hinn mill-art proposta għall-iżvilupp jew mill-bini li jkun se jiġi żviluppat mill-ġdid. Ħarsu per eżempju dwar iċ-ċentri tal-Lidl, inkella lejn il-kompetituri tiegħu. L-impatti tagħhom huma diversi. Bla dubju hemm impatt fuq il-komunità kummerċjali eżistenti li tista' tiġi mkejla permezz ta' dak li jissejjaħ retail impact assessment. Hemm imbagħad impatti soċjali u ambjentali li m'humiex żgħar u li ħafna drabi huma imminimizzati, inkella kompletament injorati meta jiġu biex jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-impatt soċjali jeħtieġ konsiderazzjoni metikoluża. L-inħawi residenzjali tagħna qed jinbidlu kontinwament billi minnhom qed jispiċċaw ħwienet żgħar, kemm fejn isir bejgħ ta' oġġetti jew servizzi inkellha fejn jingħata servizz permezz ta' snajja, uħud tradizzjonali u li qed jintilfu. Dan qed iwassal biex in-nies ikollha tfittex barra mill-konfini tal-komunità fejn tgħix biex taqdi l-ħtiġijiet tagħha, inkluż kultant dawk bażiċi. Dan mhux impatt żgħir, imma ħafna drabi hu injorat mill-ippjanar għall-użu tal-art. Huwa dan li qed jittrasforma il-lokalitajiet tagħna u bħala riżultat ta' hekk lill-komunitajiet tagħna li allura jeħtieġ li jivvjaġġaw minn lokalità għall-oħra biex jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom. Għalkemm dan mhux żvilupp pożittiv, l-effetti tiegħu qed jiġu kontinwament injorati. Il-konsegwenza prattika ta' dan kollu hi li l-ispiża biex naqdu l-ħtiġijiet tagħna żdiedet biex issa tinkludi l-impatt ambjentali tal- ivvjaġġar li jissarraf f 'kontribut addizzjonali favur it-tibdil fil- klima. Għax l-ispejjeż li nagħmlu ma jitħallsux biss permezz tal- ewro. Dawn l-ispejjes partikolari jitħallsu mill-kont ekoloġiku tagħna lkoll. Ippjanar għall-użu tal-art li jkun sostenibbli jelimina dan kollu. Sfortunatament f 'pajjiżna dan mhux il-każ u dan billi t-tibdil fil-klima mhijiex ikkunsidrata bħala fattur essenzjali fl-ippjanar tal-użu tal-art. Jeħtieġ li l-prattika ta' ippjanar tal-użu tal-art tinbidel sostanzjalment billi l-ħtiġijiet tal-komunità u l-impatti fuq l-ekoloġija jitqiegħdu qabel dak meħtieġ għall-ekonomija. L-idea li fi kwalunkwe belt jew raħal kollox ikun aċċessibli b'faċilità billi ma jkunx bogħod iktar minn kwarta (15-minute city) bil-mixi jew bir-rota hi fil-fatt dwar dan kollu. Mhijiex xi ħaġa ġdida: tfisser li dak kollu li neħtieġu jkun fil-qrib, kif kien fi żminijiet oħra meta l-ibliet u l-irħula tagħna kienu iktar żgħar milli huma llum imma kienu mimlijin ħajja b'komunitajiet attivi. Small is beautiful, qalilna żmien ilu Erst Schumacher. Fil-fatt l-isem sħiħ tal-ktieb tiegħu hu iktar preċiż: "Small is Beautiful. Economics as if people mattered." In-nies, jiġifieri, jeħtieġ li jkunu l-iskop tal-ħidma tagħna: irridu nagħtu każ tagħhom il-ħin kollu. Sfortunatament dan mhux il-każ. Niakar ċar, qiesu l-bieraħ iI-frażi "l-ippjanar hu għan-nies" (planning is for people) f 'waħda mil-lectures tal-Perit André Zammit dwar l-urbanistika fl-Università ta' Malta. Kienet frażi meħudha mir-rapport ta' Arthur Skeffington fir-Renju Unit, ippubblikat fl-1969 u li kien jeżamina il-partiċipazzjoni tal- pubbliku fil-proċess tal-ippjanar tal-użu tal-art. Fejnhom in-nies u l-ħtiġijiet tagħhom fl-ippjanar dwar l-użu tal-art tagħna? Jekk issegwi l-każijiet diversi huma u jiżviluppaw hu ċar, mill-prattika lokali, li l-ippjanar dwar l-użu tal-art iktar jirrigwarda dritttijiet dwar l-iżvilupp tal-propjetà milli proċess li jirregola l-użu tal-art fl-interess tal-komunità kollha. L-ippjanar hu għan-nies u mhux għall-profitt! In-nies għandhom dejjem ikunu fiċ-ċentru. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022