Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

Ir-raġel wara l-ortensja ta' Jum l-Omm u l-warda f'Jum San Valentinu L-ILLUM tiltaqa' mal-Meme 12 intervista IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum Il-Malti jgħid "April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuru" iżda din id-darba l-unur hu kollu tal-Meme, il-bejjiegħ tal-fjuri ġewwa Ħal Tarxien. Mill-ortensja ta' Jum l-Omm sal-ward ta' San Valentinu flimkien ma' ħarsa lejn il-ħajja ffjurita u kkulurita ta' Stephen Scicluna il-Meme MARIANNA CALLEJA Minn ħajja ġdida sal-mewt, mill-purità għall-passjoni, il-uri għandhom tifsiriet u simboliżmu kemm trid fejn jidħlu l-ħrejjef u l-leġġendi. Mill-blanzuni assoċjati maż-żogħżija għal meta l-ura tibda titbiel, il-uri jirrappreżentaw fraġilità u l-passaġġ mgħaġġel mill-ħajja għall-mewt. Għaldaqstant il-uri huma wkoll ir-rigal li kulħadd jaħseb fih malli jaslu ġranet bħal San Valentinu, jew inkella dik tal-lum, Jum l-Omm. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM żaret lil Stephen Schembri magħruf aħjar bħala l-Meme, bejjiegħ tal-uri ġewwa Ħal Tarxien. Għaldaqstant, mal-Meme il- gazzetta ma tkellmitx biss fuq il-uri anzi tkellmet ukoll fuq il-ħajja kkulurita tiegħu, fuq l-iktar mumenti diffiċli f 'ħajtu imma ukoll dwar kif nibtet din il-karriera mix- xejn. 'Nannti rabbiet lil ħutha u minflok Mamà kienu jgħidulha Meme' Il-gazzetta ma setgħetx ma tistaqsiex lil Meme min fejn oriġina l-laqam uniku tiegħu. Huwa wieġeb li oriġinarjament kien isem nanntu, mhux il-propja iżda dak li tawha ħutha. "Il-bużnanna tiegħi kienet tballat il-bjut. Kienet waqgħet residenza fil-Qrendi u magħha waqgħet omm in-nanna. In-nanna kellha trabbi lil ħutha u minflok mamà kienu jgħajtulha me me me, u dik saret Meme." Jgħid li ġewwa Ħal Tarxien kulħadd baqa' jaa bħala l-Meme u saħansitra d-dar kienu jgħidulha tal-Meme wkoll. "Kont immur iċ-ċentru taż-żgħażagħ u kulħadd kien jgħidli hawn Meme, allura minn hemm bdiet li f 'Ħal Tarxien jafuni Meme mhux b'ismi Stephen. Ġiet awtomatika li nsemmi n-negozju Meme, u issa kumbinazzjoni fejn se niaħ il-ħanut, twieldet in-nanna wkoll." 'L-ewwel darba li dħalt naħdem fil-uri kien f'Jum San Valentinu u bdejt ngħid: hawn fejn dħalt?" Minkejja li l-karratru uniku tal-Meme ma jtikx biex taħseb li qatt kien jagħmel xogħol ieħor, huwa beda jaħdem il-uri madwar 10 snin ilu. Irrakkonta mal-ILLUM kif beda jaħdem man-nies ibigħ il-uri wara li kien tilef ix-xogħol. "Kont naħdem ġo uffiċċju u spiċċajt bla xogħol imma bdejt f 'Jum San Valentinu. Dak kien l-ewwel weekend li bdejt. Kellna wisq xogħol x'nagħmlu u għidt "hawn fejn dħalt jien?" Filli kont f 'uffiċċju u f 'daqqa waħda ġejt ġo dan il-ġenn kollu tal-uri!" Spjega li l-uri għalih huma xi ħaġa sabiħa iżda kellu jgħaddi it taż-żmien biex vera jibda jieħu gost jaħdem dan ix-xogħol. Qal lill-ILLUM kif qatt ma kien jobsor li se jaħdem bħala bejjiegħ tal-uri u li kieku kont tistaqsih meta kien żgħir x'kien se jaħdem la jikber, kien iwieġeb b'mitt xogħol ieħor minbarra dan. Il-Meme stqarr li minkejja dan minn dejjem, kien iħobb il-ġnien. L-iktar għax kien jara lin-nanna tiegħu tħawwel u tirranġa fil- ġnien tad-dar. Huwa evidenti issa li wara 10 snin fis-settur u sitt snin jaħdem għal rasu, il-Meme sar iħobb il-uri iktar minn qatt qabel. Imma li kieku kellu jagħżel ura li tirrappreżenta l-karratru tiegħu xi tkun? Ir-Re tal-uri: il-ward ta' David Austen Il-Meme jagħżel il-warda Ingliża bl-isem ta' David Austen bħala l-ura li l-aktar tirrappreżentah. Għal min ma jafx b'din il-ura forsi jgħid "ara xi ħlew" u l-istorja tieqaf hemm. Min-naħa l-oħra, wara d-diskursata li kellha l-gazzetta mal-Meme u naqra għarfien dwar din il-ura, jista' jiġi konkluż li Stephen Schembri il-Meme ma setax jagħżel ura aħjar! Imsemmiha għal kultivatur li ħoloqha, id-David Austen hija warda Ingliża żgħira li minkejja ċ-ċokon tagħha ikkumparat mal- ward li mdorrijin naraw, tfur bl-irwejjaħ u l-possibiltà fil-kuluri tagħha ma jispiċċaw qatt. Tajjeb ngħid li l-kulvatur David Austen, meqjus bħala r-Re tal-Ward fl-Ingilterra, kien il-persuna li għamel l-arranġamenti tal-uri għall-Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II, avveniment li baqa' popolari sal-ġurnata tal-lum. Dan jibqa' wieħed mill- aktar xogħlijiet memorabli għal Austen għax intużaw fih dan it-tip ta' ward biex isiru numru ta' slaleb bil-fwieħa tal-mirra, riħa li kienet rari fil-ward qabel l-isforzi ta' Austin. 'Żmien il-Milied l-iktar li nħobb naħdem, ikolli iktar uri x'nagħżel ... ikolli fejn nimrah' Lura għal Meme, fejn b'għajnejh illequ bil-passjoni għal dan ix-xogħol jgħid lill- gazzetta dwar iż-żmien li l-iktar iħobb jaħdem fih, dak tal-Milied. Jirrakonta kif għalissa għadu jaħdem fuq bażi part-time, iżda issa se jiaħ il-ħanut ġdid tiegħu fejn jibda jaħdem full-time daqt, propju it xhur qabel il-Milied. "Ikolli ħafna bukketti, ħafna arranġamenti, ikolli t-tiġijiet ukoll. Ikolli biex nista' narma għax fi żmien il-Milied ikolli iktar għażla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022