Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 ħafna ... imma l-vuċi ta' timpressjona lill-ġurija' Ettienne Micallef, awtur u dilettant tal-Eurovision faħħar ukoll il-vuċi ta' Emma u l-fatt li kull meta titla' fuq il- palk tkun tidher li qed tieħu gost. Insista li l-avventura fil-programm Taljan Amici tagħtha formazzjoni tajba biex mhux biss tkanta imma żżomm l-udjenza magħha. "Il-fatt li hi mużiċista u ddoqq il- pjanu b'ħila, taf tiżfen u hija tfajla sabiħa, jagħmluha wkoll artista kompluta," kompla jisħaq. Insista li l-kanzunetta I Am What I Am hija "l-aktar kanzunetta tal-Eurovision mill-40 kanzunetta li se jieħdu sehem din is-sena. Fakkar li l-messaġġ tagħha huwa sempliċi imma li jolqot ħafna nies personalment. "Il-kanzunetta ħarġet mill-Iskandinavja, pajjiż li l-Eurovision jeħduh bis-serjetà. Nemmen li tista' tinżel tajjeb mal-ġurija imma kemm se jkun hemm nies li jivvotaw għaliha mid-dar hija strorja oħra," insista. Saħaq li ma jixtieqx li fuq il-palk ikun hemm ħafna affarijiet għaddejjin f 'salt għax saħaq li kien hemm drabi fejn Malta esaġerat fi tliet minuti. "Nittama li jkun hemm enerġija u li l-messaġġ tal- kanzunetta jasal fejn għandu jasal," insista. "Fis-semi finali ta' Malta hemm taqtigħa kbira u kważi l-kanzunetti kollha għandhom potenzjal għajr għal xi tlieta," kompla jisħaq. "Jekk Malta jirnexxielha timpressjona lill-ġurija, nistgħu ngħaddu bi żbrixx imma għall-finali ma naħsibx li nkunu mal-ewwel ħmistax. Nittama li sejjer żbaljat," insista. Temm jappella lil Emma biex tieħu gost b'din l-esperjenza u insista li jinsab ċert li se jkollha ħafna opportunitajiet oħra fil- karriera tagħha. Il-kantant żagħżugħ Joseph Refalo beda jisħaq li personalment kienet togħġbu ħafna l-kanzunetta 'Out of Sight' li Emma rebħet biha l-festival f 'Malta. Refalo saħaq li l-kanzunetta kellha build-up sabiħ u kienet "a radio- hit-song." Dwar 'I Am What I Am,' Refalo saħaq li l-istil joqgħod aħjar mat-tip ta' kanzunetti li mdorrija nisimgħu fil- Eurovision. "Hemm il-vuċi ta' Emma li hija eċċellenti. Dejjem tagħti l-aqwa kollu tagħha," insista. "Bħala pakkett sħiħ, kanzunetta u vuċi, naħseb li Emma se tispikka ħafna bil-vuċi dinamika li għandha. Emma għandha vuċi soda u għandha texture internazzjonali. Għandha vuċi matura. Nemmen li se jkollha fejn toħloq spettaklu. Il- kanzunetta hija tal-widna. Nimmaġina li fuq il-palk se jkun hemm spettakklu sħiħ u bil-leħen ta' Emma se tispikka aktar." Irrakkonta kif ilu żmien jaf lil Emma u kien hemm drabi fejn saħansitra siefru biex jikkompetu flimkien f 'festivals barra minn Malta. "Jiena nagħti l-appoġġ kollu tiegħi lil Emma u lid-delegazzjoni kollha Maltija. J'Alla naslu sal-finali u tintlaqa' tajjeb kif għandha tintlaqa'," insista. Appella lil Emma biex titla' fuq il- palk u tieħu gost. Insista li l-esperjenza u l-mumenti sbieħ jibqgħu dejjem. "Bħala artist dejjem emmint li għandek tagħmel l-almu kollu tiegħek kif ċert li se tagħmel Emma u d-delegazzjoni Maltija. Ir-riżultat mhux fil-kontroll tagħna. Nawgura lil Emma. Ħu gost. Gawdi din l-esperjenza. Ma għandi l-ebda dubju li se tifqa' palk. Forza Emma! Forza Malta. Nagħtu l-appoġġ tagħna lill-artista li se xxejjer il-bandiera Maltija," temm jisħaq Refalo. Jean Pierre Cassar saħaq mal-gazzetta ILLUM li fuq Emma it li xejn tista' tmaqdar. Iddeskriviha bħala kantanta bravissima u waħda mill-aqwa li għandna lokalment. "Meta tkanta live dejjem toħroġ stupenda. Għandha preżenza tajba fuq il-palk u taf tiċċaqlaq. Hija tfajla sabiħa. Ma hemmx x'tista' tmaqdar fuqha. Taf tmur mal-midja u titkellem mal-midja barranija b'esperjenza u b'kunfidenza," insista. Dwar il-kanzunetta, Cassar hu tal- opinjoni li 'I Am What I Am' hija aħjar mill-kanzunetta 'Out of Sight' li biha Emma rebħet il-festival f 'Malta. Saħaq li bil- kanzunetta l-ġdida, Malta għandha ċans tispikka aktar milli bil-kanzunetta 'Out of Sight.' Rigward il-palk, Cassar qal li mill-provi kollox juri li d-delegazzjoni Maltija għażlet xi ħaġa totalment differenti minn dak li bosta kienu qed jistennew. Insista li hu ma kienx qed jistenna li jkun hemm żeffiena. "Dwar dan nafda f 'dawk li qed jieħdu ħsieb u nemmen li qed jagħmlu dak li jistgħu biex joħorġu prodott tajjeb," kompla Cassar. Tkellimna dwar ir-riżultat li qed jistenna u saħaq li l-Eurovision huwa logħba u diffiċli ikollok stampa ċara ta' dak li jista' jkun ir-riżultat. Fakkar li kien hemm snin fejn Malta ħasbet li se tmur tajjeb u ma marritx u anke snin fejn ħasbet li se tmur ħażin u ġara bil-kontra. "Nemmen li Emma għandha tmur tajjeb speċjalment mal-ġurija għax għandha l-kwalifiċi kollha ta' kantanta brava u għalhekk nemmen li ma għandhiex tmur ħażin," kompla jisħaq. Il-messaġġ tiegħu għal Emma huwa biex titla' fuq il-palk u tkun dak li hi, jiġifieri kantanta ta' stoffa. Qalilha biex jiġri x'jiġri tibqa' b'rasha mgħollija 'l fuq għax żgur li se tkun tat prestazzjoni tajba u ta' livell għoli. "Jiġri x'jiġri ibqa' miexja 'l quddiem u ibqa' ikber fil-karriera tiegħek," temm jawguralha. 'Is-semifinali diffiċli imma kapaċi nimpressjonaw lill-ġurija u ngħaddu għall-finali' – Ettienne Micallef, awtur u dilettant tal-Eurovision 'Leħen Emma huwa eċċellenti. Ma għandi l-ebda dubju li se tifqa' palk' – Joseph Refalo, kantant 'M'hemmx xi tmaqdar fuq Emma ... Għandha tmur tajjeb speċjalment mal-ġurija' – Jean Pierre Cassar, attur u dilettant tal- Eurovision

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022