Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181
10 analiżi IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum 'Għandna semifinali diffiċli Emma kapaċi tispikka u timpressjona Ftit jiem biss qabel Emma Muscat tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' kantanti, awturi u dilettanti tal- Eurovision. Tistaqsihom x'jaħsbu fuq il- kanzunetta, x'jixtiequ jaraw fuq il-palk, x'jaħsbu li se jkun ir-riżultat u fuq kollox tagħtihom l-opportunità jgħaddu messaġġ lill-artista li nhar il-Ħamis se xxejjer il-bandiera Maltija YENDRICK CIOFFI Tħobbu jew le, din il-ġimgħa hija l-ġimgħa tal-Eurovision u xi it jew wisq kulħadd tiġih il-kurżità biex jara x'qed tagħmel Malta u jekk Emma Muscat hux se tkun qed tikkwalifika għall-finali tas-Sibt li ġej u jekk iva, x'riżultat se niksbu. Ftit jiem biss qabel is-Semifinali tal- Ħamis li ġej, li Malta se tieħu sehem fih, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' kantanti u anke ma' dilettanti tal- Eurovision u staqsiethom x'jaħsbu dwar il-kanzunetta 'I Am What I am,' x'jixtiequ jaraw fuq il-palk u x'messaġġ jixtiequ jgħaddu lil Emma Muscat. Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco, iddeskriviet il-kanzunetta 'I Am What I Am' bħala waħda ferriħija u li tgħaddi messaġġ mill-isbaħ. "Nemmen li se jkollha opportunità li jkollha staging vera interessanti. Hija tip ta' kanzunetta li toffrilek ideat varji ta' dak li tista' tagħmel fuq il- palk," saħqet Ira. Iddeskriviet il-festival bħala "annimal ftit stramb" għax mhux dejjem ikun ċar x'se jiġri u x'ma jiġrix. Madanakollu insistiet li Emma Muscat għandha l-professjonalità kollha biex tagħmel prestazzjoni tajba. Insistiet li bħala artista temmen li l-aktar ħaġa importanti hija li Emma titla' fuq il-palk, tieħu pjaċir u tinsa l-istress u l-pressjoni kollha, li fi kliemha, xi kultant tkun ġejja minn persuni li qatt ma jkunu telgħu fuq palk. "Minn esperjenza hekk, Emma se tkompli ssib esperjenzi oħra fil-karriera tagħha u li minnhom tista' titgħallem u jżewqulha l-karriera tagħha. Emma għadha żgħira u għaliha the only way is up," temmet tgħid Losco. Ir-rebbieħ ta' Xfactor Malta, Ryan Hili, fakkar li l-istil tal-kanzunetta 'I Am What I Am' huwa differenti mill-kanzunetti kollha li Malta telgħet bihom fil-Eurovision. "Hija kanzunetta sabiħa ħafna li twassal messaġġ qawwi u pożittiv. Jien personalment, dawn it-tip ta' kanzunetta nħobbhom ħafna," insista. Hili saħaq li fuq il-palk jixtieq jara xi ħaġa differenti li tgħin biex Malta tispikka minn pajjiżi oħra. Qal ukoll li jixtieq jara lil Emma tieħu gost u tgawdi dawk it-tliet minuti. "Lil Emma nixtieq nawguralha! Emma kapaċi u naf li se tagħmel l-almu tagħha biex tagħti prestazzjoni mill-aqwa. Jiġri x'jiġri se tagħmilna kburin żgur u importanti li tieħu li tista' minn din l-esperjenza," temm Hili. Tkellimna wkoll ma' Johann Myres li huwa dilettant kbir tal-Eurovision li faħħar ħafna l-kapaċità u t-talent ta' Emma Muscat. Madanakollu saħaq li kien jistenna kanzunetta aħjar jew inkella single bl-istil li Emma ġieli ħarġet. Insista li fuq il-palk jixtieq jara spettakklu li jmur tajjeb mal-istil tad-diska. Qal ukoll li s-semifinali li fih se tieħu sehem Malta huwa "iebes ħafna." "Ninsabu hemm mal-oħrajn imma se tkun kompetizzjoni iebsa għax hemm ħafna diski b'saħħithom bħal tagħna," insista. Filwaqt li kompla jfaħħar lil Emma saħaq li dan se jkun biss pass fil-karriera tagħha u jkun xi jkun ir-riżultat, jinsab ċert li se nibqgħu nisimgħu biha. 'Emma għadha żgħira! Għaliha the only way is up' – Ira Losco, irrappreżentat lil Malta darbtejn fil-Eurovision 'Emma kapaċi u se tagħmel minn kollox biex tagħti prestazzjoni mill- aqwa' – Ryan Hili, rebbieħ ta' Xfactor Malta 'Kuntent li għażilna lil Emma imma stennejt kanzunetta aħjar' – Johann Myres, dilettant tal- Eurovision