Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 is-settur tas-saħħa mentali f 'Għawdex. Fost oħrajn, il- Fondazzjoni toffri appoġġ lil persuni b'kundizzjonijiet tas- saħħa mentali fid-djar tagħhom stess. Ftit xhur ilu fetħu wkoll il- Mental Health Hub. Hawn persuna li tkun ħarġet mit- Taqsima Psikjatrika tal-Isptar tkun tista' tqatta' perjodu tranżitorju fil-komunità li matulu tkun tista' terġa' takkwista ċertu ħiliet essenjali biex tkun tiflaħ tindirizza l-isfidi li wara kollox kulħadd jiltaqa' magħhom. "Dan aħna ma nagħmluhx waħedna. Aħna dan nagħmluh mal-Assoċjazzjoni Maltija għas- Saħħa Mentali u anke ma' numru ta' speċjalisti oħra," spjegat. "Anke assistenza teknika minn barra minn Malta nġibu biex naqsmu l-esperjenza flimkien. Din għalina importanta ħafna." Tkellimna aktar dwar is-saħħa mentali u staqsejna lil Coleiro Preca kemm huma mifruxa l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Il-President Emeritu semmiet studji li wettqet il-Fondazzjoni Richmond u li fi kliemha huma "inkwetanti ħafna," għax insistiet li qatt mhu sabiħ li tisma' bi tfal u żgħażagħ li jbatu minn stress u ansjetà. 'Is-saħħa mentali fost it- tfal għandha tkun prijorità nazzjonali' "Mill-esperjenza tagħna mat-tfal, il-kwistjoni ta' saħħa mentali hija reali speċjalment wara l-Covid-19. Hemm bżonn nindirizzaw din ir-realtà u din għandha tkun prijorità nazzjonali," insistiet. "Meta għandek problemi ta' saħħa mentali, anke fost tfal u żgħażagħ, se jkollok problemi għada pit għada. Hemm żgħażagħ li jegħlbu l-isfida imma oħrajn li jeħlu u jitilfu ħafna mill-potenzjal tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar tbati s-soċjetà kollha." Saħqet li l-importanza għandha tingħata lill-prevenzjoni u mhux sempliċiment lill-kura. "Għawdex ma kienx hemm servizzi fuq livell komunitarju u għalhekk nedejna dawn is- servizzi. Persuna li għaddejja minn problemi ta' saħħa mentali, ma jkunx hemm għalfejn tmur l-isptar imma ssib l-appoġġ fid- dar tagħha stess. Dan jintrabat ukoll mal-Mental Health Hub. Ikollok nies li jkunu qed jirċievu appoġġ fid-dar imma jkollhom it ħin ta' mistrieħ u jkunu jistgħu jiġu għal żmien qasir f 'Dar il- Kantuniera," kompliet tispjega. 'Jgħinuna ħafna kumpaniji minkejja li jafu li mhu se jieħdu xejn' Coleiro Preca saħqet li jsibu kollaborazzjoni kbira wkoll mill- komunità tan-negozji. "F'dawn is-seba' snin, il- komunità kummerċjali kienet importanti ħafna għalina. Dawn ma hemmx viżibilità. Għandna 15-il proġett u dawn jgħinuna fihom. Ħadd mhu se jkun jaf li qed jgħinuna. Irrid napprezza l-għajnuna tagħhom. Dawn isostnu bil-kwiet il-ħidma tagħna," insistiet. Anke minn sempliċi skatepark issir ħidma biex it-tfal kollha jilħqu l-potenzjal tagħhom L-ambjent u s-saħħa mentali jimxu id f 'id u għalhekk il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Coleiro Preca jekk il-Fondazzjoni taħdimx ukoll f 'dan il-qasam, b'mod partikolari biex tassigura li tfal u żgħażagħ ikollhom spazji miuħa fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. "Aħna nemmnu wkoll fil- parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna," bdiet tispjega l-President Emeritu. "Aħna fil- proġetti tagħna, ikollna l-input ta' dik il-komunità li aħna nkunu qed ngħinu." Fil-fatt, dan deher biċ-ċar meta l-Fondazzjoni kienet żviluppat skatepark f 'Birżebbuġa, idea li kienet ġiet mill-Aġenzija Żgħażagħ. "Għamilna proċess li fih involvejna lit-tfal. L-idea kienet li t-tfal li huma dilettanti tal- iscating ma jibqgħux jiġru fit- toroq bla spazju ta' xejn u kienu huma li ħarġu b'din l-idea," spjegat Coleiro Preca. Dan l-iskatepark illum jiġbor fih lit-tfal min-nofsinhar kollu ta' Malta. "Din kienet ix-xewqa tagħhom u żviluppajnih anke fuq disinji tagħhom stess," insistiet. Fuq dan il-proġett, il- Fondazzjoni taħdem id f 'id mal- Aġenzija Żgħażagħ. "Aħna mhux entità tal- infrastruttura. Aħna qegħdin hemm biex ngħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Allura aħna żviluppajna dan il-proġett u ħdimna mal-Aġenzija Żgħażagħ biex tissuplixxi ħaddiema soċjali. L-idea kienet li minn dan il-park, it-tfal u ż-żgħażagħ li jinġabru fih, jibqgħu jiġu mħarġa f 'ħiliet oħra essenzjali għall-ħajja," kompliet tispjega. "Il-Kunsill Lokali jieħu ħsieb ukoll l-infrastuttura u l-manutenzjoni." Insitiet li l-Fondazzjoni qatt ma trid li l-oġġettiv tal-proġett jintilef maż-żmien u għalhekk tibqa' dejjem timmoniterja u tagħmel dan anke bl-għajnuna tal- Università ta' Malta biex permezz ta' studji jkunu jistgħu jevalwaw l-impatt ta' proġetti bħal dan biex fejn ikun hemm bżonn jirtukkaw u jiżviluppaw. "Aħna ma rridux nonfqu. Aħna rridu ninvestu. It-tir tagħna huwa li ngħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna biex jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom. Meta tinvesti inti qed tinżel fil-fond biex twettaq il-bidla li jkun hemm bżonn," temmet tgħid il-President Emeritu. anke f'Malta; 5,000 student u studenta jaċċessaw l-edukazzjoni tagħhom' Jekk għandek xi ħadd żvantaġġat kulħadd se jmur ħażin. Kull persuna żvantaġġata, is-soċjetà mhux qed tħares id-drittijiet tagħha biżżejjed. Hemm inkunu qed nonqsu kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022