Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181
08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum Il-gazzetta ILLUM tkompli titkellem mal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca dwar ix-xogħol li twettaq il-Malta Trust Foundation biex tgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom YENDRICK CIOFFI 5,000 tifel u tifla mxerrda madwar Malta u Għawdex jew ma għandhomx biżżejjed tagħmir teknoloġiku jew inkella saħansitra ma għandhom xejn, lanqas laptop. Dan irriżulta minn studju li talbet il-Malta Trust Foundation bil-għan li tkun tista' taħdem fuq proġett li jnaqqas dak imsejjaħ bħala gap diġitali bejn it-tfal Maltin. Wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, dwar proġett tal- Malta Trust Foundation biex toffri tagħmir teknoloġiku lil tfal li diffiċli jikkomunikaw, għax nieqsa mid-dawl jew inkella għax jinsabu fuq l-ispettru tal-awtiżmu, din il-ġimgħa kompliet titkellem magħha dwar diversi proġetti oħra li l-istess Fondazzjoni taħdem fuqhom. Fil-fatt, dan huwa l-għan tal-Malta Trust Foundation, li Coleiro Preca waqqfet fl-2015, jiġifieri li tħares lejn realtajiet differenti li forsi ma jingħatawx biżżejjed attenzjoni u li għalihom ma jeżistux servizzi. "Aħna interessati li nagħmlu differenza. Id-differenza tista' tagħmilha fejn għandek spazji fis-sistemi li mhumiex jolqtu ċertu komunitajiet u realtajiet. Aħna niffukaw l-aktar fuq tfal u żgħażagħ li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u ambjenti vulnerabbli," insistiet Coleiro Preca. Fil-fatt saħqet li l-Fondazzjoni kibbret malajr u llum taħdem fuq xejn inqas minn 15-il proġett. Insistiet li huma l-esperjenzi tan- nies u anke organizzazzjonijiet oħra li jitkellmu mal-Fondazzjoni li jikxfu realtajiet differenti li ma jkunux qed jagħmlu ħoss u li għalhekk ma jkunux qed jiġu indirizzati. Coleiro Preca spjegat kif kull proġett li taħdem fuqu l-Fondazzjoni li hi tmexxi jkun ibbażat fuq ir-riċerka u l-evidenza. "Aħna nkunu rridu nkunu ċerti li verament ikun hemm nuqqas u ma jkunx hemm servizzi jew organizzazzjonijiet oħra li jkunu qed jindirizzawh," kompliet tispjega l-President Emeritu. Fil-fatt hekk ġara dwar ir- realtà li semmejna fil-bidu ta' dan l-artiku. Coleiro Preca spjegat kif il-faqar huwa vast ħafna u l-faqar diġitali huwa realtà li ma kinitx qed tiġi indirizzata biżżejjed. "Tista' tkun qed tiekol u timla' żaqqek imma mbagħad l-istess familja ma tiflaħx tixtri laptop lit-tlett itfal li għandha," kompliet tispjega. "Jekk għandek tlett itfal, it-tlieta li huma għandu jkollhom laptop. Bħalma l-pitazz u l-lapes kienu importanti fi żmieni, daqstant ieħor huwa l-laptop illum għall-edukazzjoni ta' uliedna. Ma jistax ikollok laptop wieħed u jrid jinqasam bejn tlett itfal. Tnejn minnhom ikunu qed jitilfu." Il-President Emeritu kompliet tisħaq li fi żmien l-agħar tal- pandemija, b'mod partikolari meta l-iskejjel kienu magħluqa u t-tfal kienu qed isegwu l-lezzjonijiet mid-dar, din ir-realtà ħarġet aktar fil-beraħ. 'Huwa dritt tal-istudent li jkollu laptop jew tablet' Coleiro Preca saħqet kif il- Malta Trust Foundation qamet għall-okkażjoni, kif għamlu diversi organizzazzjonijiet oħra u bdiet toffri għajnuna varja fl-eqqel tal-pandemija. Fil-fatt, kien f 'dan iż-żmien li ġiet konxja wkoll tal-gap diġitali fost it-tfal u minn hawn ġie żviluppat il-proġett Your Device Your Right. "Huwa dritt tal-istudent li jkollu laptop jew tablet. L-edukazzjoni hija dritt ta' kull tifel u tifla u laptop jew tablet illum huwa essenzjali biex taċċessa l-edukazzjoni," insistiet. Fil-fatt, il-Malta Trust Foundation kienet talbet lill- MISCO u mingħajr ħlas dawn wettqu studju li minnu rriżulta li 11% tat-tfal bejn il-primarja u l-Università jew ma għandhomx biżżejjed 'hardware' jew inkella ma għandhom xejn, lanqas laptop. Dan ifisser madwar 5,000 tifel u tifla. 'Flok tarmu laptop u toħolqu aktar skart elettroniku, ġibuh għandna' Propju għalhekk li l-Fondazzjoni waqqfet dan il- proġett u qed titlob lill-industrija u anke lill-individwi biex meta jkunu se jarmu laptop jgħadduh lill-Fondazzjoni. "Flok imorru jarmuhom u joħolqu aktar skart elettroniku, aħna qed nistednuhom jgħadduhom lilna u aħna nwettqu l-manutenzjoni neċessarja fuqhom. Dawn jiġu qishom ġodda u ninstallaw ukoll sistemi ta' protezzjoni għat-tfal," spjegat il-President Emeritu. Il-Fondazzjoni qed taħdem id f 'id mal-prinċipali tal-iskejjel u fil-fatt, ir-referenzi jiġu propju mingħandhom. "Nappellaw biex niġbru aktar laptops għax il-problema hija kbira," kompliet tisħaq waqt li fakkret li t-tfal jikbru u jkun hemm bżonn laptops adegwati anke għal-livelli edukattivi li jkunu waslu fihom. Ovvjament il-Fondazzjoni ma taħdimx għal rasha, b'Coleiro Preca tisħaq li jsibu kollaborazzjoni kbira anke minn kumpaniji privati u għandhom netwerk kbir ta' esperti tal-IT li jgħinhom u li jagħmlu kollox b'xejn. "Aħna Fondazzjoni privata. Kieku ma nsibux min jaħdem b'xejn, irridu nsibu l-mezzi kif se naħdmu. Naħdmu anke mal-Kamra tal-Kummerċ u ltqajna mal-Gozo Business Chamber. Hemm netwerk kbir ta' kolloboraturi li għandna għan u prinċipju wieħed. Qed ngħinu fuq żewġ livelli. Qed innaqqsu l-gap diġitali u anke nnaqqsu l-iskart elettroniku," kompliet tisħaq. 'Min jgħid li l-faqar fost it-tfal ma jeżistix, ikun qed jagħlaq għajnejh' Mal-President Emeritu komplejna nitkellmu fuq il-faqar fost it-tfal, b'Coleiro Preca tisħaq li din hija realtà li teżisti f 'kull pajjiż u min jgħid li f 'pajjiżna ma teżistix, ikun qed jagħlaq għajnejh. "Jekk għandek xi ħadd żvantaġġat kulħadd se jmur ħażin. Kull persuna żvantaġġata, is-soċjetà mhux qed tħares id- drittijiet tagħha biżżejjed. Hemm inkunu qed nonqsu kollha," saħqet Coleiro Preca. Kien hawn li insistiet li l-faqar fost it-tfal huwa realtà li l-Fondazzjoni tħabbat wiċċha magħha. Biss biss, fi żmien il-pandemija, il-Fondazzjoni kienet qed toffri l-ikel lil 6,000 persuna u 2,000 minnhom kienu tfal. "L-ebda pajjiż, sejjer tajjeb ekonomikament kemm sejjer tajjeb, ma jista' jiaħar li neħħa għal kollox il-faqar fost it-tfal," insistiet waqt li fakkret li kull proġett tal-Fondazzjoni huwa bbażat fuq l-evidenza. Saħħa mentali fost it-tfal ... 'L-istudji huma inkwetanti' Tkellimna dwar aktar proġetti tal-Malta Trust Foundation u li fi kliem Coleiro Preca, jikxfu l-aspett kollaborattiv li bih taħdem. "Fejn nistgħu aħna nġibu dejjem lil min jaħdem magħna," insistiet. Bħala eżempju semmiet 'Id-distakk diġitali huwa realtà anke ma għandhomx laptop biex jaċċessaw