Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 Inqas min-nofs l-anzjani ta' aktar minn 80 sena aċċettaw l-istedina għat-tieni doża tal-booster YENDRICK CIOFFI Minn meta bdiet tiġi offruta r-raba' doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, jew inkella t-tieni doża tal-booster, kif qed tissejjaħ, kienu biss 47% tal-anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena li, sa issa, aċċettaw l-istedina u marru għall-appuntament biex jieħdu t-tilqima. Fil-fatt, sa issa r-raba' doża ġiet offruta lill-persuni b'immunità baxxa, lir-residenti fid-djar tal- anzjani u lill-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena. Fil-każ tal-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena, it-tieni doża tal-booster bdiet tingħata kważi xahar ilu. Il-gazzetta ILLUM għalhekk staqsiet kemm kien hemm minn dawn l-anzjani li aċċettaw li jieħdu doża oħra tat-tilqima kontra l-Covid-19, bil-Ministeru għas- Saħħa jikkonferma li aktar min- nofshom għadhom sa issa ma laqgħux l-istedina tal-awtoritajiet tas-saħħa. Ir-raba' doża tal-vaċċin għal dawk li huma immunokompressi, jiġifieri dawk li jbatu minn xi kundizzjoni jew qed jirċievu kura li tbaxxilhom l-immunità tagħhom, bdiet qabel, jiġifieri fil- bidu ta' April. Anke hawn jidher li t-tilqim bit-tieni booster għadu lura hekk kif skont il-Ministeru kienu 51% biss ta' dawn il-persuni li sa issa aċċettaw l-istedina u marru għall- appuntament biex jitlaqqmu. Minkejja li l-persentaġġi ta' dawn għadhom baxxi, fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tas-saħħa ma baqgħux jistennew u bdew jibgħatu l-inviti lil dawk l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena bit-tir li anke dawn issa jieħdu r-raba' doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Sa issa Malta dejjem kienet fuq quddiem. Ġriet bil-pajjiżi kollha, mhux biss dawk fl- Unjoni Ewropea, meta kienu qed jingħataw l-ewwel żewġ dożi u amministrat ukoll il-booster b'rata mgħaġġla, fejn anke hawn il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin laqgħu l-istedina tal-awtoritajiet u ħadu t-tielet doża tal-vaċċin. Meta kien qed jiġi intervistat fuq il-midja tal-Partit Laburista, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li t-tieni doża tal- booster qed tingħata biex ikunu protetti dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, aktar u aktar issa li r-restrizzjonijiet tneħħew kważi għal kollox u anke rritornaw l-attivitajiet tal-massa. Il-Ministru Fearne insista li l-ewwel booster naqqset ħafna r-riskji għax anke jekk xorta waħda tista' tieħu l-virus, il- konsegwenzi bis-saħħa tat-tielet doża jkunu ħafna inqas. Fakkar kif bis-saħħa tar-rati suċċess ta' tilqim li kellha Malta, anke meta żdiedu sew il-każi fil-komunità, is-sitwazzjoni fl-ITU dejjem baqgħet taħt kontroll. Insista li t-tieni doża tal-booster tista' tkompli tnaqqas ir-riskji għal dawk l-aktar vulnerabbli. It-tilqim bir-raba' doża huwa wieħed volontarju u sa issa dan mhux qed ikun imniżżel jew b'xi mod jinfluwenza ċ-ċertifikat tal- vaċċin li l-użu tiegħu kulma jmur dejjem qed jonqos. Ir-raba' doża minn 65 sena 'l fuq ... ibbażata fuq informazzjoni mill-Iżrael Sa issa ma hemm l-ebda indikazzjoni li t-tieni doża tal- booster hemm bżonn tingħata lill-bqija tal-popolazzjoni, jiġifieri lil dawk li għandhom inqas minn 65 sena. Dwar dan, kienet mistoqsija wkoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaina Gauci li spjegat kif skont informazzjoni tal-WHO, miġbura minn 33 pajjiż, min-Novembru tal-2021, bis-saħħa tat-tilqim, ġiet salvata l-ħajja ta' 470,000 persuna li għandhom aktar minn 60 sena. Spjegat kif it-tilqim li qed jingħata sa issa huwa inqas effettiv biex jippreveni l-infezzjonijiet bil- varjant tal-Omicron (li jinxtered aktar malajr minn varjanti oħra), iżda xorta waħda jibqa' effettiv ħafna biex jipprotewġi kontra sintomi severi, il-bżonn li persuna tiddaħħal l-isptar u anke l-imwiet. Saħqet kif it-tielet doża, li ħafna aċċettaw li joħduha, kellha impatt kbir biex tnaqqas ir-riskju ta' infezzjoni severa. Kien hawn li saħqet li minħabba li l-immunità reġgħet qed tonqos, anke għax ħafna anzjani ilhom li ħadu t-tielet doża, huwa rrakkomandat li dawk li kollha li għandhom aktar minn 65 sena jieħdu t-tieni doża tal-booster. L-ewwel booster bdiet tingħata lill-anzjani residenti fi djar ta' kura f 'Settembru li għadda, jiġifieri tmien xhur ilu. Ta' min isemmi li minn studji li saru f 'Iżrael jirriżulta li r-rata ta' mortalità kienet 78% inqas fost dawk l-anzjani li għandhom bejn 60 u 100 sena u ħadu t-tieni booster (bit-tilqima tal-Pfizer), minn dawk tal-istess età li ħadu biss tliet dożi minn tal-inqas erba' xhur qabel. L-FDA tkompli tillimita l-użu tat- tilqima tal-Johnson & Johnson Intant, dik magħrufa bħala l-Food and Drug Administration, jiġifieri l-Aġenzija tal-Gvern Amerikan li tirregola u tawtorizza, fost oħrajn, l-użu ta' mediċini u tilqim, illimitat l-użu tat-tilqima tal-Johnson & Johnson. Fil-fatt, din issa qed tingħata biss lil dawk li għal raġuni jew oħra ma jistgħux jew inkella jirriutaw li jieħdu t-tilqima tal- Pfizer u l-Moderna. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li ġew idenfitikati xejn inqas minn 60 każ ta' għoqod fid-demm (blood-clotts). Il-każ huma rari. Fil-fatt, dawn l-għoqod fid- demm ikkawżaw l-imwiet ta' tmien persuni minn madwar 18-il miljun persuna li ħadu dożi tal- Johnson & Johnson. Anke jekk il-każi huma rari, l-FDA saħqet li huma serji u għalhekk qablet li tillimita l-użu ta' din it-tilqima. Ta' min ifakkar li ċ-Ċentru għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal- Mard kien irrakkomanda li bħala booster wara l-ewwel żewġ dożi, ikun aħjar jekk jingħataw dożi ta' Pfizer u Moderna milli dawk tal- Johnson & Johnson. ... sa issa 47% biss tal-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena marru għall- appuntament biex jieħdu t-tieni doża tal- booster