Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 xogħolha u s-sigriet għal dan kollu huwa l-ippjanar strett tagħha. Tgħid li qabel ma tibda l-ġimgħa tagħha hija tippjana kollox, mill-bidu sal-aħħar, siegħa b'siegħa. Hija tgħid ukoll li xi kultant tant tikteb u tippjana li ġieli jaqbżulha xi affarjiet għax tkun nesiet fejn kitbithom. "Ħalli ma tlaħħaqx f 'siegħa imma imbagħad l-affarjiet ta' tmiem il-ġurnata nippjanhom li nkun nista' nagħmilhom l-għada jekk ma nlaħħaqx," qalet Pisani. L-ILLUM talbet liż-żagħżugħa biex tiddeskrivi lilha nnifisha fi tliet kelmiet "Kreattiva, produttiva - għax jekk ma nkunx produttiva ma nkunx kuntenta - u kultant stretta miegħi nnifsi," wieġbet Pisani. Madankollu hija qalet li mhux dejjem tajjeb li tkun stretta wisq magħha nnifisha. "Ġieli taqbad tħit u ma tiġikx ġurnata tajba. Minflok ngħid lili nnifsi biex nieqaf u nagħmel xi ħaġa oħra, nibqa' nippersisti," qalet Pisani. Daħkana qalet li xi kultant tiġiha aktar agħar għax ikollha tooq dak li tkun għamlet u terġa' tibda mill-bidu. Hija tgħid lil din il-gazzetta wkoll li kieku kellha tagħżel ditta famuża biex tiddeskriviha kienet tkun Channel. Tgħid li l-iktar ħaġa li togħġobha fihom hi l-fatt li l-affarjiet tagħhom ma jkunux tal-moda għal it żmien biss u wara it żmien ma jibqgħux jinbigħu iżda jibqgħu klassiċi, għal dejjem. Hija saħqet li tipprova tirrifletti dan l-element ta' eleganza fil-prodotti tagħha stess u tgħid li apparti li jkunu sbieħ mil- lat ta' estetika, tixtieq li l-prodotti tagħha jibqgħu jintgħoġbu maż-żmien, tant li jistgħu jibqgħu jintirtu fil-ġenerazzjonijiet tal-futur tal-klijenti tagħha. 'Ġieli qas inkun irrid nemmen u nibda ngħid, dak il-basket jien għamiltu?'' Intant Pisani tgħid li l-aktar ħaġa li tagħtiha sodisfazzjoni hija meta tibda tara lill-klijenti tagħha jibagħtulha ritratti tal-prodotti tagħha. "Ġieli qas inkun irrid nemmen, nibda ngħid 'dak il-basket jien għamiltu?' Kelli klietna marret Dubaj u bgħatitli ritratt tagħha bil-basket tiegħi u bejni u bejn ruħi għidt dan il-basket mar Dubaj qabli, qas jien qatt ma mort hemm," kompliet tgħid Pisani. Min-naħa l-oħra kull xogħol għandu l-isfidi tiegħu u għal din l-intraprenditriċi tgħid li l-akbar battalja tagħha hija l-ansjetà. Ħafna minn din l-ansjetà tgħid li ġejja mill-fatt li hija trid tiddependi ħafna mill-bejgħ tal-prodotti tagħha biex ikollha l-qligħ. "Mhux daqshekk komda li ma jkollokx paga fissa dieħla, bħal meta jkollok xogħol fuq bażi full-time," qalet. Dak hu s-sabiħ ta' xogħoli, li nħobb nagħmel kollox' Hija kompliet tispjega li minkejja li s-sabiħ ta' xogħolha huwa li ma tiddejjaq tagħmel xejn hija tgħid li l-aktar parti minn xogħolha li tħobb tagħmel huwa l-ippakkjar. Hija saħqet li peress li l-ħanut tagħha huwa onlajn, ma jkolliex kuntatt dirett mal-klijenti li jixtru mingħandha, allura tipprova toħloq konnessjoni permezz tal-ippakkjar. "Dik hija l-iktar ħaġa għal qalbi għax inħoss li hija l-unika mod kif jien nista' noħloq konnessjoni mal-klijenti tiegħi. In-nies ma narahomx allura ma hemmx dik ir-relazzjoni magħhom," kompliet Pisani. Din il-gazzetta rat ukoll l-ippakjar tagħha li fih jinkludi saħansitra ittra miktuba minn Pisani stess biex tirringrazzja lill-klijent talli għażlu li jixtru mill-ħanut tagħha. X'inhi l-aktar ħaġa li tmur tajjeb man- nies? Tajjeb li ngħidu li fl-aħħar snin, Pisani żiedet ħafna l-varjetà tal-prodotti li tbigħ. Però tisħaq li l-aktar affarjiet li jmorru tajjeb huwa dawk li jkunu magħmulha mill-materjal ta' Gucci. "Wisq jimxu tajjeb man-nies. Bħalissa qed naħseb ukoll kif bl-istess materjal nista' nagħmel affarjiet differenti. Nixtieq nagħmel aktar basktijiet differenti biex inkun nista' nilħaq aktar nies. Fuq kollox, mhux kulħadd ikun irid basket żgħir, bħalma għandi jiena," kompliet tgħid Pisani. Hija temmet tgħid mal-ILLUM li peress li kellha domanda għall-ħwejjeġ, bħalissa qed taħdem fuq hekk ukoll. Għalkemm għadha żgħira u għadha tibda, Pisani ma taqtax qalbha u t-tir tagħha huwa li għada pit'għada, anke ħwejjeġ tibda taħdem u tbigħ. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022