Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 Ġurnalist Karmelitan se jkun iddikjarat qaddis illum mill-Papa Franġisku Titu Bradsma, nqatel fil-Kamp tal-Konċentrament ta' Dachau fis-26 ta' Lulju 1942 u fost oħrajn ħadem kontra ordni tar-Reġim Nazzista biex tfal Lhud jitkeċċew anke mill-iskejjel tal-Knisja YENDRICK CIOFFI Illum, fi Pjazza San Pietru fil- Vatikan, il-Papa Franġisku se jkun qed jikkanonizza lill- Beatu Titu Brandsma. Brandsma kien saċerdot Karmelitan, professor tal- università, kittieb, lettur rispettat, ġurnalist fl-Olanda u li ħadem ħafna fil-qasam tal- ekumeniżmu. Huwa kien arrestat fid-19 ta' Jannar 1942 għax kien tkellem kontra r-reġim Nazzista u ħadem ħafna biex żamm lill- ġurnali Kattoliċi fl-istess linja tat-tagħlim tal-Knisja fuq in- Nazziżmu. Dak iż-żmien, ir- reġim Nazzista kien invada l-Olanda, art twelid Patri Brandsma, u pprova jbella' lill- poplu tal-pajjiż, il-prinċipji tan- Nazziżmu Brandsma ġie maqtul fil-Kamp tal-Konċentrament ta' Dachau fis-26 ta' Lulju 1942. Bħala għalliem, lettur u ġurnalist, Patri Brandsma kien magħruf sew fl-Olanda u fil- lezzjonijiet u d-diskorsi tiegħu kien tkellem ħafna kontra l-filosofija Nazzista qabel u waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Bħala Assistant Ekkleżjastiku tal-Unjoni tal-Ġurnalisti Kattoliċi, huwa żar l-edituri Kattoliċi madwar l-Olanda kollha. Dan għamlu f 'isem l-Isqfijiet Kattoliċi tal-Olanda biex jinkoraġġixxi lill-edituri Kattoliċi biex iżommu sħaħ fil-fehma li ma jippubblikawx propaganda Nazzista. Bħala President tal- Għaqda tal-Iskejjel tal-Knisja, huwa ħadem biex titwarrab kundizzjoni mitluba min- Nazzisti, dik li tfal Lhud kellhom jiġu mkeċċija mill-iskejjel. Fl- iskejjel immexxija mill-Patrijiet Karmelitani, P. Brandsma ma mexiex ma' din il-kundizzjoni. Huwa pprotesta wkoll meta l-gvern naqqas is-salarju tal- għalliema b'40 fil-mija. Il-fehmiet tiegħu dwar in- Nazziżmu kienu magħrufa ħafna kemm fl-Olanda u kemm mal- mexxejja Nazzisti. In-Nazzisti kienu jsibuh bħala, "il-patri żgħir perikoluż." Għall-ġurnalisti Kattoliċi huwa sar mudell għall- vokazzjoni ġurnalistika, ta' konvinzjoni etika u li kien impenjat fit-tfittxija tal-verità. Għal din ir-raġuni, fl-1988, l-Għaqda tal-Ġurnalisti Kattoliċi (UCIP) ħolqot il-premju, Titus Brandsma Award. Dan huwa premju li jingħata kull tliet snin lill-ġurnalista jew organizzazzjonijiet li jkun jidher li ħadmu ħafna f 'dan l-impenn tagħhom biex ifittxu l-verità. Brandsma rċieva diversi unuri matul ħajtu, fosthom dik li ġie magħżul bħala Rettur Manifiku tal-Università Kattolika ta' Nimega u rċieva l-Ordni tal-Iljun Olandiż mir-Reġina Wilhelmina għas-sehem tiegħu fil-ministeri li jaqdu u jaħsbu fl-oħrajn. F'Lulju 2016, l-investigazzjoni djoċesana dwar il-presunt miraklu miksub bl-interċesjoni tal-Beatu Titu Brandsma ġara fid-Djoċesi ta' Palm Beach (Florida, USA). Il-presunt miraklu kien il-fejqan ta' Patri Michael Driscoll, Karmelitan, minn tumur malinn li kien mifrux fil-glandoli limfatiċi. F'Novembru 2020, il- Konsultazzjoni tat-Tobba, maħtura mill-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Kawżi tal- Qaddisin, għarfet li ma kienx hemm spjegazzjoni xjentifika għall-fejqan ta' Patri Driscoll mill-kanċer. Il-fejqan ingħad li sar bl-interċessjoni tal-Beatu Titu Brandsma. Fil-25 ta' Mejju 2021, il-Kungress tat-Teoloġi, għaraf il-miraklu. Tal-istess opinjoni kienu l-kardinali u l-Isqfijiet fis-Sessjoni Ordinarja li saret fid-9 ta' Novembru 2021. Fl-aħħar, fil-25 ta' Novembru 2021, il-Papa Franġisku awtorizza lill-Kongregazzjoni tal-Kawża tal-Qaddisin biex toħroġ id- digrieti dwar il-miraklu bl- interċessjoni tal-Beatu Titu Brandsma u b'hekk fetaħ it-triq għall-kanonizzazzjoni. Fl-4 ta' Marzu 2022, waqt Konċistorju Ordinarju Pubbliku, il-Papa Franġisku kkonferma l-opinjoni tal-Kardinali u tal- Isqfijiet u ħabbar id-data tal- kanonizzazzjoni tal-Beatu Titu. Ta' min isemmi li għaqda li tirrappreżenta lill-ġurnalisti Olandiżi diġà talbet biex San Titu Brandsma jkun iddikjarat patrun tal-ġurnalisti. Intant, il-Provinċja Karmelitana Maltija se tkun qed tiċċelebra quddiesa ta' ringrazzjament nhar il-Ġimgħa 20 ta' Mejju fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal- Karmnu fil-Belt Valletta.