Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum Żieda qawwija fil-bookings; L-Air Malta tistenna li ġġorr aktar minn 1.2 miljun klijent sal-aħħar tas-sena Kelliem għall-Air Malta jisħaq li anke jekk id-domanda qed tiżdied, is-suq jibqa' ddettat mill-prezz u jisħaq li Malta jeħtieġ tikkompeti ma' destinazzjonijiet oħra bħalma huma l-Greċja, Spanja u l-Italja biex tassigura li t-turisti jagħżlu lilha... YENDRICK CIOFFI Hekk kif l-istaġun tal-btajjel issa jinsab wara l-bieb aktar u aktar issa li tnaqqsu drastikament ir- restrizzjonijiet marbuta mal- ivjaġġar, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, dwar l-andament tal-bookings. L-Air Malta fil-fatt qed tittama li wara xhur diffiċli, sal-aħħar tas-sena tkun irdoppjat in-numru ta' passiġġieri li ġarret is-sena li għaddiet. Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, kelliem għall-Air Malta saħaq kif Marzu tal-2022 reġa' kien diffiċli ħafna hekk kif minħabba l-varjant Omicron, li ġab miegħu żieda drastika fil-każi, id-domanda għall- ivvjaġġar reġgħet tnaqqset b'mod sinifikanti. Madanakollu, kompla jisħaq il-kelliem, l-Air Malta rat żieda qawwija fil-bookings minn April li għadda. "Jekk it-tendenza attwali tkompli, il-linja tal-ajru se tirdoppja n-numru ta' passiġġieri ttrasportati din is-sena fuq is- sena li għaddiet," kompla jispjega. Fil-fatt, l-Air Malta qed tistma li se ġġorr aktar minn 1.2 miljun klijent sa tmiem din is-sena. Dan hekk kif ix-xhur ta' Marzu, April u Mejju ta' din is-sena raw il-linja tal-ajru żżid in-numru ta' passiġġieri għal 333,000. Fl- istess xhur tas-sena li għaddiet, l-Air Malta ġarret biss 46,000 passiġġier. Domanda b'saħħitha fuq it-18-il destinazzjoni tal-Air Malta... Mistoqsi jekk hemmx destinazzjonijiet li qed ikunu aktar popolari mal-Maltin minn oħrajn, il-kelliem saħaq mal- ILLUM li d-domanda tidher li hija u se tkun b'saħħitha għat- tmintax-il belt li l-linja tal-ajru qiegħda u se tkun qed ittir lejhom matul dan is-sajf. Insista wkoll li qed isir użu massimu bil-flotta kollha tal- ajruplani f 'termini ta' sigħat massimi ta' titjir matul il-jum u f 'kull ġurnata tal-ġimgħa. Jidher li t-turist ma għadux jaħseb minn kmieni biex jivjaġġar. Fil-fatt, il-kelliem tal- Air Malta spjega kif il-pandemija wasslet għal bidliet fl-imġiba tal- klijenti u aktar ma jmur, aktar qed jinnutaw klijenti li jibbukkjaw eqreb lejn id-data tal-ivjaġġar tagħhom. Dan ifisser biss li jista' jkun passiġġieri li għadhom qed jaħsbuha u għadhom ma bbukjawx il-vjaġġ tagħhom. L-istudenti tal-Ingliż ... ritornaw għal-livelli ta' qabel il-pandemija "Qed naraw żieda b'saħħitha fid- domanda mingħand l-industrija tal-ivjaġġar, kemm dawk ibbażati f 'Malta kif ukoll dawk minn barra minn xtutna. Aktar aġenti issa lesti li jimpenjaw ruħhom għal perjodi ta' bejgħ futuri," kompla jispjega. Reġgħu qed jiżdiedu wkoll l-istudenti li jagħżlu Malta biex jistudjaw l-Ingliż, bil-kelliem jisħaq kif il-programm tal- iskejjel tal-lingwa qed juri sinjali inkoraġġanti ta' ritorn għal-livelli ta' qabel il-pandemija. Qal ukoll li reġa' qed jiżdied l-interess fit-tours organizzati. "Il-bookings tas-sajf jidhru b'saħħithom ħafna, u l-Air Malta hija ottimista li se tesperjenza staġun tas-sajf ferm aħjar milli matul l-aħħar sentejn," kompla jisħaq. Popolari anke r-rotta ġdida ta' Madrid Tkellimna aktar fid-dettall dwar id-destinazzjonijiet li qed toffri l-Air Malta. Il-kelliem tenna li d-domanda hija b'saħħitha fin- netwerk kollu li qed toffri l-linja tal-ajru. Insista li r-rotot tradizzjonali jibqgħu popolari iżda jidher li hemm domanda b'saħħitha wkoll fuq ir-rotta l-ġdida ta' Madrid, liema rotta tnediet riċentament. Spjega kif id-domanda qed tkun qawwija minn u lejn Malta. Is-suq iddettat mill-prezz ... Malta tikkompeti mal-Greċja, Spanja u l-Italja Imma lanqas ma hu kollox ward u żahar. Il-kelliem insista li anke jekk id-domanda qed tiżdied, is- suq għadu wieħed iddettat ħafna mill-prezz u saħaq li Malta trid tikkompeti ma' destinazzjonijiet oħra tal-Mediterran, bħalma huma l-Greċja, Spanja u l-Italja u dan biex tħajjar aktar turisti jagħżlu lilha bħala d-detinazzjoni tagħhom. Intant, il-kelliem insista wkoll li l-Air Malta qed tilqa' l-aħbar li l-ilbies tal-maskra mhux se jibqa' neċessarju fuq titjiriet minn u lejn Malta min-nhar it-Tnejn 16 ta' Mejju. Fi kliemu, dan se jkompli jsaħħaħ il-fiduċja fl-ivjaġġar fl- ajru u se jkun qed jgħin biex jiżdied in-numru ta' turisti u vjaġġaturi Maltin fix-xhur li ġejjin. L-Air Malta temmet tisħaq li jibqa' dejjem importanti li jkun hemm konsistenza fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kemm fl-applikazzjoni tal- permessi tal-ivvjaġġar u anke fl- użu taċ-ċertifikati tat-tilqim biex l-ivjaġġar ikun faċli kemm jista' jkun għall-klijenti. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET Jekk tixtieq li sservi u tirrappreżenta lil Malta madwar id-dinja, hemm karriera ta' sodisfazzjon personali li qiegħda tistenniek. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Second Secretary. Din il-pożizzjoni tippermettilek li tingħaqad mas-servizz diplomatiku Malti, għal karriera li tipprovdilek l-opportunità li sservi f'waħda mill-Missjonijiet Diplomatiċi li għandha Malta madwar id-dinja. Jekk inti interessat/a fil-ġrajjiet kurrenti u tixtieq tagħmel differenza, titlifx din l-opportunità. L-applikazzjonijiet ser ikunu milqugħa sal-Ġimgħa, 27 ta' Mejju 2022 (17:15 CET). Għal aktar informazzjoni ġentilment idħol fuq is-sit: https://foreign.gov.mt Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet Il-Ġimgħa 27 ta' Mejju 2022 sal-17:15 CET www.foreign.gov.mt GVERN TA' MALTA MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U LKUMMERĊ L-Air Malta tittama li sal-aħħar tas-sena tirdoppja n-numru tal- passiġġieri li ġarret is-sena li għaddiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022