Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733
05 illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet DIVIŻJONI GĦALL-FONDI U PROGRAMMI SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, il- FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Sejħa għall- Kwotazzjonijiet Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej tgħarraf illi: Sal - Ġimgħa, 27 ta' Mejju, 2022, 11:00 a.m. jintlaqgħu offerti ffirmati permezz tal-posta elettronika fuq christian.a.tanti@gov.mt u maria. dimech.1@gov.mt għal: Avviż Nru. MEFL/FPD/03/2022. Provvista ta' Servizz ta' Appoġġ Legali lill-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, u r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit u lill- Awtorita' Responsabbli tal- Fond għall- Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. L-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mis-sezzjoni 'Procurement' mis- sit tad-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi www.eufunds.gov.mt. Kjarifiki u aktar informazzjoni jistgħu jintalbu sat- Ġimgħa, 20 ta' Mejju, 2022. Offerti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati. FUNDS AND PROGRAMMES DIVISION PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EU FUNDS MINISTRY FOR THE ECONOMY, EUROPEAN FUNDS AND LANDS Request for Quotations The Funds and Programmes Division within the Parliamentary Secretariat for EU Funds, notifies that: Signed offers will be received by electronic mail on christian.a.tanti@gov. mt and maria.dimech.1@gov.mt until Friday 27th May 2022, 11:00 a.m. for: Advt. No. MEFL/FPD/03/2022. Request for Quotations for the Provision of Legal Services to the Managing Authority (MA) of the European Maritime and Fisheries Fund (EMFF), European Maritime, Fisheries and Aquaculture Fund (EMFAF), Border Management and Visa Instrument (BMVI) and the Brexit Adjustment Reserve (BAR) and the Responsible Authority (RA) for the Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) and Internal Security Fund (ISF). The specifications may be downloaded from the 'Procurement' section of the Funds and Programmes Division website www.eufunds.gov.mt . Clarifications and further information are to be sought by not later than Friday 20th May 2022. Late submissions will not be considered. Kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Co-financed by the European Union Papa Għawdxi? Il-Kardinal Grech meqjus bħala 'Papabile' għall- konklavi li jmiss Analiżi minn The Times of London tisħaq li l-Kardinal Grech, meqjus bħala konservattiv, kapaċi jġib voti anke minn dawk il-Kardinali li huma aktar progressivi u dan għax Grech huwa viċin ħafna tal-Papa Franġisku u t-tagħlim tiegħu YENDRICK CIOFFI Il-Kardinal Malti, Mario Grech, qed jissemma fost numru żgħir ta' Kardinali favoriti bħala suċċessuri ideali tal-Papa Franġisku. Hekk kif fl-aħħar ġimgħat żied it-tħassib dwar saħħet il- Papa, anke minħabba problemi fl-irkoppa li wassluh biex juża s-siġġu tar-roti u anke biex iħassar ċertu appuntamenti, bdew l-ispekulazzjonijiet dwar min jista' jkun il-Papa li jmiss. Isem il-Kardinal Grech kien imniżżel f 'analiżi minn e Times of London. F'din l-analiżi, il-gazzetta tkellmet ma' diversi Vatikanisti li saħqu kif il-konklavi li jmiss se jkun "battalja" bejn il-forzi konservattivi u dawk aktar progressivi. Fil-fatt, il-gazzetta tgħid li l-Kardinal Grech, li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, huwa meqjus bħala konservattiv imma fl-istess ħin huwa viċin ħafna tal-Papa Franġisku u t-tagħlim tiegħu u għaldaqstant, f 'konklavi, kapaċi jġib voti miż- żewġ naħat. Apparti l-Kardinal Grech jissemmew Kardinali oħra. Bħala Kardinali popolari mal- konservattivi hemm il-Kardinal Ungeriż Peter Erdo, espert fil-liġi kanonika. Miegħu hekk ukoll il- Kardinal Wim Eikj u l-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet. Mill-banda l-oħra, il-Kardinali favoriti ma' dawk meqjusa aktar progressivi hemm il-Kardinal Pietro Parolin, l-id il-leminija tal-Papa Franġisku u anke l-Kardinal Filippin Luis Tagle. Kardinal ieħor popolari huwa l-Arċisqof ta' Bolonja Matteo Zuppi li huwa magħruf għas-sempliċità tiegħu. Bħal Grech, l-analiżi tgħid li Zuppi jaf ikun popolari kemm mal- Kardinali Konservattivi imma anke ma' dawk li huma viċin aktar tal- Papa Franġisku. B'kollox, sa issa, hemm 117- il Kardinal li għandhom inqas minn 80 sena u li allura huma eliġibbli biex jivvotaw f 'konklavi. Minn dawn, 67 inħatru mill-Papa Franġisku, 38 mill-Papa Benedittu u 12 saru Kardinali fi żmien il-Papa San Ġwanni Pawlu II.