Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733
06 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum YENDRICK CIOFFI Is-sajf jinsab wara l-bieb u issa l-istaġun tal-festi beda anke jekk fuq sieq ħażina għax sa issa t-temp ma tantx għen lid-dilettanti. Ħafna huma dawk li qed jistennew ir-ritorn tal- festi u bir-raġun iżda għad-dilettanti u l-organizzaturi ma jfissirx li issa li tneħħew ir-restrizzjonijiet kollox ward u żahar. Wara sentejn ma jistgħux jorganizzaw attivitajiet biex jiġbru fondi, entitajiet li jorganizzaw il-festi qed ikollhom jiffaċċjaw żieda qawwija fl-ispejjeż. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi persuni li huma involuti direttament fl-organizzazzjoni ta' diversi festi madwar Malta u kollha kemm huma qablu li l-ispejjeż, fl- aħħar xhur, żdiedu drastikament u li jekk se jibqgħu jiżdiedu, mingħajr ma jkun hemm għajnuna, se jkun hemm festi li jsibuha diffiċli biex jibqgħu jorganizzaw dak li kienu jagħmlu qabel il-pandemija. L-organizzaturi li tkellmu magħna saħqu li l-prezzijiet żdiedu f 'kull aspett, mill-armar tad-dawl fit-toroq, għall- materjal biex isir jew ikun irrestawrat l-armar, il-ħlas tal-bandisti u anke l-ħidma u l-ħruq tan-nar. Diversi organizzaturi taw ukoll xi eżempji mal-ILLUM. President ta' Kumitat partikolari spjega kif jekk qabel, il-kuntrattur tad-dawl kien jieħu €5,000 biex jarma l-fustuni fit-toroq, din is-sena talab €6,500. Oħrajn tkellmu dwar il-materjal, fejn fost oħrajn qalu li rdoppjaw il- prezzijiet tal-injam u l-ħadid. Dilettant tal-armar spjega kif folja plywood li kienet €45, illum saret tiswa mad-€90 u l-istess ġara bil-prezzijiet tal-ħadid. Diversi organizzaturi saħqu li mhux se jkun possibbli li jibqgħu jorganizzaw il-festa kif kienu jagħmlu qabel il- pandemija, anke għax qed ikun hemm baned li qed jirriutaw servizzi barra mil-lokal għax il-bandisti qed jitolbu ħlas akbar u għalhekk banda tispiċċa tmur minn taħt. Hemm għaqdiet li diġà ddeċidew li jnaqqsu l-ġranet tal-festa u se jkunu qed jiċċelebraw il-festa esterna b'mod ridott ħdejn is-soltu. Dwar dan kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet aktar fid-dettall ma' persuni li huma involuti fl-armar, fil-baned u anke fil-logħob tan-nar u li tawna aktar dettalji dwar il-qagħda tal-għaqdiet u anke l-ispejjeż li qed ikollhom jiffaċċjaw. Mill-prezzijiet tal-materjal li bih isir l-armar, sal-ispejjeż biex jinħadem u jinħaraq in-nar u anke l-ħlas tal-bandisti. Organizzaturi tal-festi jitkellmu mal-ILLUM dwar id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw Jirritornaw il-festi iżda jisplodu l-ispejjeż 'Il-kmamar tan-nar jinsabu f'qagħda prekarja ... l-ispejjeż splodew Il-President tal-Għaqda Piroteknika Maltija, Josef Camilleri, kien ċar fil-kummenti tiegħu mal-ILLUM u insista li l-kmamar kollha tan-nar, mingħajr eċċezzjoni, jinsabu f 'qagħda prekarja. Fakkar kif fi żmien il- pandemija, il-kmamar tan- nar, bħal għaqdiet oħra, ma setgħux jorganizzaw attivitajiet biex ikunu jistgħu jiġbru fondi. Apparti minn hekk, Camilleri saħaq li apparti l-għajnuna li jingħataw il-kmamar tan- nar, biex jimplimentaw miżuri ta' saħħa u sigurtà, dawn ma ngħatawx għajnuna oħra addizzjonali. Iżda biex tkompli tgħaxxaq is-sitwazzjoni, kompla jisħaq Camilleri, fl-aħħar xhur u ġimgħat "splodew" il-prezzijiet tal-materjal li bih jinħadem in- nar. Fi kliemu, l-ebda kamra tan- nar mhu se tkun tiflaħ għal dawn l-ispejjeż. Insista li dan se jkollu jwassal biex ħafna festi jnaqqsu miċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom u anke mill-ħruq tan-nar matul il- ġimgħa tal-festi. "Sfortunatament se jkun hemm min se jieħu pjaċir għax diġà bdejna bit-tgergir," kompla jisħaq. Mistoqsi mill-ILLUM biex jagħti it eżempju ta' kif żdiedu l-prezzijiet, Camilleri semma kif tank ta' 25 kilogramma klorat tal-potassju kienu jixtruh għal €87. L-istess tank illum jiswa €180. Materjal ieħor sar jiswa aktar mid-doppju. Tank tal-25 kilogramma klorat tal-barju llum jiswa mas-€700. Tank ta' 25 kilogramma aluminju jew inkella manjesju, illum jiswa mal-€1,000. Ovvjament, kompla jisħaq Camilleri, dan se jkun qed iwassal biex il-prezz tal-murtali jiżdied ukoll. Festi li ma għandhomx kamra tan-nar, se jkunu qed isibuha aktar diffiċli biex jixtru n-nar. Saħaq li l-prezzijiet tal- murtali, sa issa għadhom stabbli għax kien hemm ordnijiet li saru qabel il-pandmja u anke għax hemm kmamar tan-nar li kellhom ħafna xogħol maħżun għax ma nħaraqx fi żmien il- pandemija. "Jien ilni ngħid li l-kmamar tan-nar għandhom jingħataw aktar għajnuna. Ningħataw €5,000 fis-sena għal miżuri ta' saħħa u sigurtà u huma tajbin għax naqqsu ħafna l-inċidenti. Imma hemm bżonn għajnuna oħra addizzjonali," kompla jisħaq Camilleri. Iżda mhux il-prezz tal- materjal biss qed ikun morsa ma' għonq il-kmamar tan- nar. Hemm spejjeż oħra fosthom l-assigurazzjoni u anke l-preżenza tal-vetturi tat-tifi tan-nar waqt il-ħin tal-ħruq. Camilleri saħaq li għal ġimgħa festi, għandek mal-€1,800 assigurazzjoni u €900 biex ikun preżenti l-vettura tat-tifi tan-nar. "Qabel tibda taħraq diġà għandek aktar minn mal-€2,000 fi spejjeż. Ilna nitolbu biex ikun hemm aktar għajnuna. Illum id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kiber. Imqar il-vettura tat- tifi tan-nar. Ħaġa kbira kieku din tingħata mill-awtoritajiet?", kompla jistaqsi Camilleri. Il-President tal-Għaqda Piroteknika Maltija ilmenta wkoll dwar "burokrazija żejda." Staqsa għaliex hemm bżonn permess għal kull darba li jkun se jinħaraq in-nar. "Possibbli ma jistax ikollna permess wieħed għal ġimgħa sħiħa," kompla jisħaq. Ilmenta wkoll dwar "ostakli" li fi kliemu qed jinħolqu mix-xejn. Fakkar li hemm nar ta' ċertu saħħa u qies li jista' jinħoloq minn fuq il-bjut. Min ma jkollux minn fejn jaħraq, seta' jarma scaffolding, bil-permessi kollha, li jkun l-istess għoli ta' bejt biex jaħraq minn fuqu. "Dan sa qabel il-pandemija seta' jsir. Issa f 'daqqa waħda l-Pulizija mhux jaċċettaw dawn il-permessi. Hemm festi f 'Għawdex li diġà ġew milquta minħabba dan. Ma ngħatawx permess. Dawn għalija ma huma xejn għajr ostakli fuq minn jaħdem in-nar u jħobb il-festi," temm jisħaq Camilleri. Josef Camilleri