Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 l-ispejjeż għall-organizzaturi Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Brian Bonnici, is-Segretarju tal- Għaqda Każin Banda San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ. Bonnici huwa wkoll preżentatur ta' programmi dwar il-festi u għalhekk huwa midħla ta' diversi għaqdiet mużikali, każini u kumitati li jorganizzaw il-festi tal-ibliet. Bonnici insista li l-isfida finanzjarja qed tolqot lill- għaqdiet kollha involuti fil-festa anke jekk mhux lil kulħadd l-istess għax kollox jiddependi fuq kemm għaqda jkollha partitarji, benefatturi u anke x'mezzi alternattivi ta' dħul ikollha. Madanakollu insista li it jew ħafna, l-isfida finanzjarja qed tolqot lill-għaqdiet kollha, kemm minħabba d-dħul li naqas fi żmien il-pandemija imma anke minħabba żieda fil-prezzijiet, mill-materja prima għall-armar sal-ħlasijiet, xi drabi eżorbitanti, li qed jitolbu l-bandisti. Fil-fatt tkellimna aktar fid- dettall dwar il-ħlas tal-bandisti b'Bonnici jisħaq li dan qed joħloq sfida lil diversi każini, b'mod partikolari dawk li huma żgħar. "Għas-servizzi matul il-ġimgħa, il-prezzijiet ma żdidux daqshekk imma għall-marċ ta' filgħoduu anke għall-Ġimgħa l-Kbira, il- ħlasijiet splodew. Ma hemmx paragun!," saħaq Bonnici. Mistoqsi jagħti it ċifri ta' kemm qed jitolbu l-bandisti, Bonnici saħaq li għal servizz ta' tliet sigħat, hemm bandisti li qed jitolbu €100 u anke aktar. Fil-każ tal-Ġimgħa l-Kbira, meta d-domanda tkun akbar għax ikun hawn ħafna servizzi f 'salt, kien hemm bandisti li kienu qed jitolbu anke mas-€600 u kien hemm min talab ukoll €1,000. "Illum anke bandist li għadu ħiereġ idoqq qed jitlob ħafna," insista Bonnici waqt li saħaq li hemm baned li qed ikunu kostretti iħassru servizzi li normalment jagħmlu barra mil-lokal tagħhom, meta jkunu mistiedna jdoqqu f 'festi oħra. Qal li kuljum qed iċemplulu żewġ jew tliet għaqdiet jistaqsu jekk il-banda li tagħha huwa Segretarju hijiex lesta tmur toffri servizz fil-festa tagħhom għax baned li normalment kienu jmorru, din is-sena ma aċċettawx is-servizz għax kienu se jispiċċaw imorru minn taħt u ma kinux jifilħu jħallsu lill-bandisti mingħajr ma jgħollu l-prezz tas- servizz. Fi kliem Bonnici, jekk qabel każin kien iżomm €1,200 meta jkun mistieden biex idoqq f 'festa oħra, illum il-ġurnata huwa impossibbli li jmur għal inqas minn €1,600 mingħajr ma joħroġ il-flus hu u jmur minn taħt. "Naf festi li mhux se jagħmlu dak li kienu jagħmlu qabel il- pandemija. Hemm festi li se jkunu ridotti. Ftit huma dawk il-festi li se jkunu marru oltre minn dak li kien isir qabel il-pandemija," insista Bonnici. Kompla jisħaq li jekk qabel banda kienet tmur iddoqq f 'lokalità oħra u b'50 jew 60 bandist, illum jista' jkun li jkollha tmur b'45 bandist. Fi kliemu, din se ssir in-normalità. "Din is-sena ma nistgħux insabbtu saqajna jew ninħarqu għax nistiednu banda u ma tkunx armata bħas-soltu," kompla jisħaq. Bonnici insista li l-isfida finanzjarja mhijiex biss riżultat tal-ħlasijiet tal-bandisti. Il-banda li tagħha hu segretarju għandha l-fergħa tal-armar u anke kamra tan-nar. Ikkonferma li anke hawn żdiedu ħafna l-ispejjeż. Kien hawn li Bonnici temm jisħaq li jekk l-ispejjeż se jibqgħu jiżdiedu, se jkun insostenibbli li l-festi jibqgħu jsiru kif kienu jsiru sal-2019. Fakkar ukoll li hemm sfidi oħra li anke jekk żgħar jaffettwaw. Semma pereżempju l-ventijiet li magħhom jittellgħu l-pavaljuni. Wara sentejn, ħafna minn dawn ma għadhomx jeżistu. "Illum flok dar jibnulek blokka appartamenti u jneħħulek il-vent u ma jħallukx tagħmel ieħor. Jew inkella jirrestawrawlek faċċata, jiġu sidien ġodda u ma jkunu jridu li ddendel xejn mal-faċċata," temm jisħaq Bonnici. 'Jekk l-ispejjeż jibqgħu jikbru se jkun insostenibbli li l-festi jibqgħu jsiru bħalma kienu jsiru qabel l-2019' Brian Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022