Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum Wara nuqqas ta' sentejn Malta u Għawdex jerġgħu jiċċelebraw il-Karnival fit-tmien il-ġimgħa li ġej L-edizzjoni speċjali tal-Karnival se tkun qed issir bejn l-20 u t-22 ta' Mejju ġewwa l-Belt Valletta u Ħal Għaxaq iżda wkoll ġewwa n-Nadur Għawdex MARIANNA CALLEJA Il-Karnival se jerġa' jirritorna wara sentejn ta' waqfa kawża tar-restrizzjonijiet tal- pandemija. Bi tħejjija għal dan, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-programm ta' attivitajiet tal- edizzjoni speċjali tal-Karnival ta' Malta. Il-Karnival se jkun qed jibda l-Ġimgħa 20 ta' Mejju u jibqa' għaddej sal-Ħadd 22 ta' Mejju. Fl-istess waqt f 'Għawdex, se jkunu qegħdin isiru attivitajiet simili hekk kif ir-raħal tant famuż għall-Karnival Spontanju, jiġifieri n-Nadur, se jerġa' jkun qed jilqa' l-kostumi u l-briju ġewwa fih. It-tlett ijiem tal-Karnival ġewwa l-Belt Valletta u Ħal Għaxaq Waqt konferenza tal- aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici spjega li l-Karnival huwa wieħed mill-iżjed pilastri importanti fil-kalendarju kulturali Malti. Irringrazzja lill-ħafna voluntiera tad- dedikazzjoni u l-ħin tagħhom fil-preparazzjonijiet għal dan l-avveniment, li fiħ jiġbor numru ta' talenti u ħiliet differenti. Il-Karnival li normalment iseħħ fi Frar u li eventwalment jispiċċa mal-bidu tar-Randan, din is-sena kien sar bi programm ridott wara li fl-2020 kien tħassar għal kollox. Min-naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta Annabelle Stivala qalet li wara l-edizzjoni ta' Frar inħass il-bżonn li "la issa l-ħajja sejra lura għan- normal," l-attivitajiet li ma setgħux isiru fi Frar jiġu ppreżentati fi programm speċjali f 'Mejju. "Dan sabiex id-dilettanti kollha jkunu jistgħu jgawdu xogħolhom, kif xieraq," saħqet Stivala. Waqt it-tnedija tal-edizzjoni speċjali tal-Karnival f 'Mejju tkellem ukoll id-Direttur Artistiku Jason Busuttil illi spjega li l-programm ta' din l-edizzjoni jinkludi sfilata ta' stallazzjonijiet li kkompetew fi Frar flimkien mar- Re tal-Karnival u l-maskaruni, il-parata u kompetizzjonijiet taż-żfin ġewwa l-arena fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. Is-Sibt filgħodu se jirritorna l-Karnival tat-Tfal ġewwa l-arena u s-Sibt u l-Ħadd se ssir il-Qarċilla mill- pinna ta' Ċikku l-Poplu li se tittella' quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann, il-Belt. "Il-programm karnevalesk se jinkludi wkoll ċelebrazzjonijiet tal-karnival f 'diversi rħula madwar Malta, fosthom Karnival spontanju f 'Ħal Għaxaq u l-famuż Ballu Tritoni, b'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency, li sejisir matul it-tlett ijiem tal-Karnival fi Pjazza Tritoni, l-Belt," ikkonkluda Busuttil. Biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku ta' Festivals Malta, www.festivals. mt/karnival, jew mit-Tourist Information Office li jinsab fi Pjazza Tritoni, l-Belt Valletta. Wara nżul ix-xemx ġewwa n-Nadur Waqt it-tnedija tal-Karnival Spontanju tan-Nadur il- Ministru Clint Camilleri rrikonoxxa li l-jiem tal-Karnival f 'Għawdex dejjem ikunu mfittxija kemm min-nies lokali iżda anke mit-turisti. Huwa faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tan- Nadur li jieħu ħsieb il-proċess kollu neċessarju biex din l-attività tal-massa tirnexxi, u aktar min hekk, issir bl-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Il-Ministru fakkar li kulħadd għandu jiddeverti b'mod responsabbli u b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet. Edward Said, is-Sindku tan- Nadur, qal li n-Nadur hu sinonimu ma' dan il-karnival li issa sar parti integrali mill-kalendarju kulturali mżewwaq li joffri Għawdex. Said wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-karnival spontanju se jerġa' isir fil-qalba tar-raħal, fejn ta' kull sena kien jattira lejħ eluf kbar ta' viżitaturi. Is-Sindku Said irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex tas- sostenn kemm finanzjarju u dak loġistiku biex tittella' din l-edizzjoni speċjali u awgura li, bħal edizzjonijiet preċedenti, għal darba oħra tkun suċċess. Il-Karnival Spontanju tan- Nadur ser isir nhar il-Ġimgħa l-20, is-Sibt 21, u l-Ħadd 22 ta' Mejju wara nżul ix-xemx. Il-Ministru Clint Camilleri Il-Ministru Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022