Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 L-ILLUM tiżvela: 52% tal-persuni li xtraw il-pirmli tal- abort huma nisa miżżewġa li diġà għandhom it-tfal MARIANNA CALLEJA Il-professur Isabel Stabile żvelat mal-ILLUM li 52% ta' dawk il- persuni f 'Malta li xtraw il-pirmli tal-abort mis-sit 'Women on web' huma nisa miżżewġa u fil- maġġoranza tal-każi, diġà huma ommijiet b'wild jew tnejn. Stabile, li bħalissa qed taħdem fuq studju akkademiku flimkien mal-kollegi tagħha, qasmet mal- gazzetta ILLUM ċifri mis-sit 'Women on web' li juri kif fl-aħħar ħames snin, 632 persuna, li jgħixu f 'Malta xtraw il-pirmli abortivi. Hija qalet mal-ILLUM li dan ma jfissirx li huma biss 632 persuna f 'Malta li għamlu abort, anzi "l-probabbilità hi li hemm ħafna aktar persuni." Dan għax, fi kliemha, l-istatistika ma tinkludix dawk li xtraw il-pirmli minn siti oħra bħal ma lanqas ma turi ċ-ċifri ta' persuni li siefru personalment biex jagħmlu l-proċedura medika fi sptar barrani. L-età medja hi dik ta' 29 sena... Stabile qalet lill-ILLUM li skont l-istess statistika, l-età medja ta' persuni li xtraw il-pirmli kellhom 29 sena. Il-Professur spjegat li meta persuna tħoss li trid telimina tqala, din ikollha żewġ għażliet: Dik li tixtri l-pirmli jew li ssiefer biex tagħmel abort fi sptar barrani. F'każ li tixtri l-pirmli hemm żewġ websajts li jipprovdu servizz fl- Ewropa, jiġifieri l-Women on Web u l-Women help Women. Bħalissa din l-istatistika qed tiġi analizzata għal studju mediku li Stabile qed taħdem fuqu u għalhekk mhux kollox jista' jiġi ppubblikat. Minkejja dan, il- Professur Stabile pprovdiet lil din il-gazzetta ċifri dwar dawk il-persuni li xtraw il-pirmli minn Women on web. In-numri jirdoppjaw bejn l-2019 u l-2020 u jerġgħu jiżdiedu bejn l-2020 u l-2021 L-istatistika, li għandha f 'idha l-ILLUM turi kif mill-2017 sal- 2019, medja ta' 70 persuna fis-sena xtraw il-pirmli abortivi mis-sit Women on web imma ċ-ċifri bdew jiżdiedu mill-2020 'il quddiem. Fil-fatt filwaqt li fl-2019 kienu 85 persuna f 'Malta li xtraw il- pirmli (l-ogħla ċifra sa dak iż- żmien) fl-2020 il-persuni żdiedu bid-doppju u 173 persuna xtraw il-pirmli. Dan filwaqt li n-numri reġgħu żdiedu bejn l-2020 għal 2021. Minn 173 persuna fl-2020, kienu 248 persuna f 'Malta li fl- 2021 xtraw dawn il-pirmli. Għalkemm bosta jistgħu jaslu għall-konklużjoni li din iż-żieda seħħet minħabba l-pandemija u l-fatt li diversi persuni kienu 'msakkra' f 'darhom u ma setgħux isiefru, Stabile insistiet mal- ILLUM li hemm fatturi oħra aktar importanti li waslu għal dan. Spjegat kif mill-2019 'il quddiem bdiet mewġa ġdida ta' għarfien u kuxjenza organizzata min-naħa ta' għaqdiet non-governattivi bħalma hija Women for women. L-istess iżda beda jseħħ minn għaqda ġdida li kienet għadha kemm twaqqfet f 'Malta, jiġifieri l-għaqda Doctors for Choice. Lura għaċ-ċifri, l-iktar persuni li xtraw pirmli abortivi bejn l-2017 u l-2021 kienu jgħixu fit-Tramuntana tal-pajjiż, f 'lokalitajiet bħan-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Total ta' 94 persuna mill-għaxar distrett xtraw il-pirmli minn fuq dan is-sit fil-perjodu msemmi. It-tieni l-aktar li xtraw dawn il-pirmli kienu persuni li jgħixu fil-lokalitajiet tat-12 id- distrett, jiġifieri 92 persuna. Fl-2021 biss, 34 persuna mill-10 distrett ġabu l-pirmli minn dan is- sit, filwaqt li fl-istess sena kienu 30 persuna mit-12 id-distrett li xtraw il-pirmli. L-aktar qabża fix-xiri ta' dawn il-pirmli dehret fid-disa' distrett. Fl-2020 kienu 28 persuna li jgħixu f 'dawn il-lokalitajiet li ġabu l-pirmli abortiva f 'Malta. Fl- 2019, sena biss qabel, kienu żewġ persuni biss li għamlu l-istess. Fl-istess ħames snin, jiġifieri bejn l-2017 u l-2021, is-seba' distrett dejjem kien l-inqas wieħed li fih kien jinkludi persuni li xtraw il-pirmli abortivi. Is-sena li għaddiet, kienu tliet persuni biss, residenti f 'dan id-distrett, li ordnaw il-pirmli abortiva. 'Onorevoli kif tħossok li 632 persuna għamlu abort? Għaliex rasek qed iżommha ġor-ramel?' Mistoqsija mill-ILLUM x'tixtieq li tikseb bil-pubblikazzjoni ta' dawn iċ-ċifri, il-Professur Stabile qalet li txitieq turi kif l-abort diġà jsir f 'pajjiżna. Is-sit ta' Doctors for Choice, diġà jipprovdi informazzjoni dwar kif l-abort qed isir anke f 'Malta. Stabile saħqet li dan qed jagħmluh bit-tama li tkun miġġielda dik li hi ssejħilha "misinformazzjoni" dwar dan is-suġġett delikat. Il-Professur stqarret li tixtieq tgħaddi messaġġ ukoll lill-politiċi li għandhom is-setgħa jbiddlu id-destin tal-persuni li jkollhom bżonn jirrikorru għall-abort. "Nixtieq nistaqsihom: Onorevoli, kif tħossok li dawn il- persuni għamlu abort fid-distrett tiegħek?," staqsiet Stabile. Temmet tisħaq li hemm bżonn djalogu serju fuq is-suġġett tal- abort. Fi kliemha wasal iż-żmien li "noħorġu rasna mir-ramel." Fid-dawl ta' dawn iċ-ċifri ġodda, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-ġinekologa Isabel Stabile.... Isabel Stabile