Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum It-temp se jaqleb jew? Il-bdiewa jittamaw li tonqos ix-xita minħabba l-qamħ u li dan is-sajf ma jkunx qalil bħal ta' qablu Xemx u xita, Alla jaf meta… Imma fil-verità huwa normali li tagħmel ħafna xita tal-ħamrija xahar 'il bogħod mis-sajf? X'effett qed iħalli dan it-temp fuq il-biedja? Se jkollna aktar ħalbiet ta' xita? L-ILLUM titkellem ma' Samuel Cutajar u Malcolm Borg... ANTHEA CACHIA Qegħdin biss xhar 'il bogħod mill-bidu tax-xhur sħan tas- Sajf u normalment bħal dan iż- żmien diġà ningħataw togħma ta' x'għandna nistennew fix- xhur li ġejjin. Tibda s-sħana, ix-xemx tiżreġ u ħafna jibdew jaqilbu l-gwardarobba minn ħwejjeġ tax-xitwa għall-ħwejjeġ tas-sajf. Madankollu Mejju ma tantx beda bit-tajjeb u filwaqt li kellna xi ġranet ta' xemx u sħana sa issa, dan ix-xahar kien iddominat mix-xita tal-ħamrija, riħ esaġerat u temp imsaħħab. Ħafna saħansitra gergru għax ma jistgħux jaqbdu kaptu tat- temp. L-ILLUM tkellmet ma' Malcolm Borg mill- Għaqda Bdiewa Attivi li stqarr ma' din il- gazzetta li xita bħalma għamlet riċentament ma tantx hija ideali għall-bdiewa. Dan b'mod partikolari issa li jibdew jaħsbu għall-ħsad tal-qamħ. Huwa spjega li Malta hi mżewwqa b'ħafna qamħ u bħalissa huwa ż-żmien li jaħsduh. Borg fakkar ukoll li l-qamħ jintuża biex jagħlfu l-annimali bih. Huwa spjega lil din il-gazzetta l-proċess ta' kif dan il-qamħ jinħasad. Fost dawn insista li importanti jkun niexef u għalhekk importanti li ma tagħmilx ħafna xita. "Għaldaqstant meta tagħmel i x - x i t a t k u n problema għax dan ma jinxifx u jikkawża xi problemi, fosthom fil-kwalità," qal il-Koordinatur tal-Għaqda li huwa wkoll il-viċi Direttur taċ-Ċentru għall-Agrikoltura, Akwatika u x-Xjenzi tal- Annimali fi ħdan l-MCAST. Apparti minn hekk huwa żied jgħid li sfida oħra għall- bdiewa bħalissa hi li bix-xita jaf jiżdied il-mard u anke l-moffa fuq ċertu pjanti u għaldaqstant, "l-immaniġġjar fuq ċertu prodotti tkun daqsxejn aktar ikkumplikata." Nifilħu għal sajf ieħor qalil? "It-temperaturi esaġerati tas-sajf jagħmlu ħafna ħsara," kompla jgħid Borg meta mistoqsi mill-ILLUM dwar jekk hux qed jistennew sajf qalil ieħor. Huwa qal li temperaturi għolja jitfgħu pressjoni wkoll fuq ir- riżorsi tal-ilma u apparti minn hekk ħafna pjanti ma jkunux jifilħu dik is-sħana esaġerata. "Il-problema hi mhux jekk ikollok ġurnata waħda biss. L-agħar jekk ikollok tliet mewġiet ta' sħana wara xulxin bħalma kellna s-sena l-oħra. Din tagħmel ħafna ħsara lir-raba," kompla jgħid Borg. Huwa rrefera wkoll għat- tadam li minkejja li hija pjanta li tmur tajjeb fis-sħana, xorta waħda ma tiflaħx s-sħana esaġerata. "It-tadam kien 'Jista' jkun li jkollna xi taqliba oħra f'Mejju' Intant l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Samuel Cutajar, il-persuna wara l-paġna fuq Facebook bl- isem ta' 'It-Temp Madwarna' u li jwassal it-tbassir tat-temp ta' sikwit. L-ILLUM staqsiet jekk hux normali li naraw temp bħalma rajna dan l-aħħar u għal dan huwa wieġeb li huwa normali li xi kultant f 'Mejju jkollna episodji bir-riħ jew b'xi taqliba żgħira. "Komuni wkoll ix-xita tal- ħamrija fl-istaġun tar-rebbiegħa. Dan ma jdumx, infatti issa se naraw temp xemxi u anke t-temperaturi, se jibdew jogħlew," kompla jgħid Cutajar. Kompla jispjega li lejn l-aħħar ta' Mejju hemm ċans ukoll ta' taqliba oħra. Madankollu jisħaq li b'mod ġenerali t-temp se jisħon u se jkun aktar stabbli fiż-żmien li ġej. Se joqtolna dan is-sajf? Bħal kull sajf ieħor fil-gżejjer Maltin, Cutajar jgħid li din is- sena mistenni sajf ieħor b'diversi mewġiet ta' sħana. Madankollu, temm jispjega Cutajar, jidher li se jkun hemm possibilità li nesperjenzaw xi għerejjex u saħansitra anke xi maltempata f 'Awwissu 2022. Kif jgħid il- Malti, xemx u xita, Alla jaf meta. Nistennew u naraw! Malcolm Borg Samuel Cutajar 'Jekk ikollna sajf qawwi ieħor se jkollna impatt qawwi fuq il-produzzjoni tal-ikel u d-dħul tal- bdiewa' qed jikber tajjeb, però meta imbagħad għamlet mewġa ta' sħana wara l-oħra, ħafna minnu nqatel," qal Borg. Huwa temm jgħid li jekk jerġa' jkollna sajf bħalma kellna, żgur li se jagħmel impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni tal-ikel u fuq kollox anke fuq id-dħul tal- bdiewa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022