Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 I l-poplu ilu sentejn nieqes mill-festi u mhux ta' b'xejn qed iħares 'il quddiem lejn Sajf sabiħ mimli festi wara sentejn ta' ċaħda. Sa issa kull fejn saru jew qed isiru l-festi huma suċċess kbir. Fid- diversi rħula li saru jew qed isiru l-festi, n-nies ikkonkorriet bi ħġarha u l-imsieraħ qed ikunu litteralment fgati bin-nies. Illum hija l-festa ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq u nieħu l-okkażjoni biex nawgura lill-partitarji kollha ta' din il-festa tant sabiħa. Fil-jiem ta' qabel illum, rajt il-pjazza ta' Ħal Għaxaq kull jum mimlija nies, żgħażagħ u anzjani jieħdu pjaċir u jiddevertu kemm bil-baned u kemm b'guests li daqqew mużika live u anke DJs. Jien u nara dawn ix-xeni sbieħ ta' nies jieħdu pjaċir ma stajtx ma niakarx f 'nies li xi darba jew oħra kienu bħal donnhom qed jaqtgħu qalbhom li l-festi dan is-sajf se jbatu wara sentejn ta' sagrifiċċju. Iżda jekk ix-xemx minn filgħodu turik, żgur li se jkollna Sajf sabiħ mimli enerġija, kultura u divertiment. Aħna bħala Gvern għamilna l-parti tagħna fejn nidejna fond ta' EUR 500,000 li għandu l-għan li għal din is-sena tenut kont tal- pandemija nagħtu massimu ta' EUR 6,000 lil kull festa (maqsumin fuq tliet strands tal-armar, banda u nar) biex imorru sabiex jittaffew l-ispejjeż organizzattivi. Kif nafu fl-aħħar sentejn ma kienx hemm fund-raising activities u l-volontarjat, sakemm jerġa' jistartja, jista' jkun li jkun hemm bżonn it iktar żmien. U għalhekk aħna nidejna dan il-fond ta' darba biex ngħinu lill-festi tagħna f 'dan iż-żmien ta' wara l-pandemija. Din l-għajnuna niżlet tajjeb immens u informat li hemm interess kbir fiha. Bl-istess mod erġajna tajna l-EUR 5,000 għajnuna lill-Kmamar tan-Nar kollha li jaħdmu fuq bażi volontarja biex issaħħu l-aspetti ta' health and safety. Naturalment l-isfidi fejn jidħlu l-festi ma jonqsux. Hemm diversi: dawk marbuta mal-bandisti, dawk marbuta mas-sede tal-każini li m'humiex proprjeta' tal-każin stess u oħrajn marbuta mar-relazzjoni bejn il-festi u l-awtoritajiet regolatorji. Fuq kull lat qed naħdmu bil-għaqal ħalli nwettqu futur b'saħħtu u l-festi jibqgħu fuq pedament sod daqs l-azzar. Il-Gvern hu ċar li jrid jagħti l-ossiġnu u l-arja biex din l-espressjoni kulturali u popolari tibqa' tissaħħaħ u tibqa' tattira iktar u iktar udjenzi. + + + Fl-istess waqt aħna komplejna naħdmu biex dan is-Sajf ikun hemm avvenimenti ta' kwalita' li jkompli jsaħħu l-kalendarju kultrali u jipprovdu opportunitajiet sbieħ immens lill-artisti tagħna. Insemmi l-Pageant of the Seas, it- ree Tenors Concert u tant u tant attivitajiet oħra li qed jorganizzaw l-entitajiet kulturali tal-Gvern ġieli weħidhom u ġieli b'kollaborazzjoni ma' ħaddieħor. Irrid infakkar ukoll li ħafna minn dawn l-attivitajiet isiru fil-Belt Valletta, l-istess Belt li dan il-Gvern reġa' taha l-ħajja wara li kienet tħalliet tinxef u tmut. Kburi mmens b'dak li rnexxielna nwettqu flimkien. Nies jikkritikaw issir dejjem u ġieli l-kritika jkollha xi punti ta' validita' wkoll biex inkun għidt kollox. Biss, il-ħidma li twettqet m'hi xejn għajr waħda kbira ħafna u li reġgħet tat lura lill-poplu l-Belt Kapitali tagħna. + + + Il-futur huwa sabiħ immens f 'dan l-aspett fejn ġurnata wara l-oħra qed nagħtu aħbarijiet sbieħ ħafna. Id-Design Cluster, li żorna din il-ġimgħa flimkien mal-President George Vella pereżempju, jagħti togħma x'tista' twettaq il-kultura meta tirxoxta binjiet storiċi li jkunu tħallew jintelqu. Se nkunu qed ninawguraw fix-xhur li ġejjin f 'fażijiet differenti l-MICAS, pereżempju, li persważ li se tinżel tajjeb ħafna mal-familji Maltin u Għawdxin. Bl-istess mod il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt li qed isir fuqu xogħol imprezzabbli minn Heritage Malta bl-għajnuna ta' fondi Ewropej għal investiment komplessiv ta' EUR 30 miljun. Dan il-Palazz qed jiġi trasformat mill- ġdid fil-Palazz li kien jeżisti fi żmien il-Kavallieri ta' Malta ... xi ħaġa meraviljuża. Nieħu l-okkażjoni li nistieden lin-nies iżuru llum is-siti kollha ta' Heritage Malta fil-belt Valletta li se jkunu miuħin b'xejn u se jkollhom ukoll guided tours għall-okkażjoni. Persważ li n-nies se tieħu gost ħafna, b'mod partikolari l-Palazz. + + + Kelli l-opportunita' dawn il-jiem niltaqa' mill-ġdid ma' Emma Muscat, Kurt Calleja u diversi kompożituri u awturi hekk kif irringrazzjajniehom tax-xogħol li wettqu fid-diversi Festivals li ħadu sehem fihom fl-aħħar gimgħat. M'hemm ebda dubju li f 'pajjiżna għandna talent kbir u aħna rridu noħolqu l-opportunitajiet kollha biex dan it-talent jibqa' jisseddaq u jimxi 'l quddiem. Dan se nagħmluh b'mod li jagħmel sens bis-saħħa ta' strateġija li tkun studjata u ppjanata u b'investiment fl-abbilitajiet tal-Maltin u l-Għawdxin. + + + Is-settur kulturali u artistiku għandu wkoll dimensjoni importanti ħafna fejn tidħol id-diplomazija u r-relazzjoni ma' kommunitajiet esteri. Dawn jippreżentaw opportunitajiet biex anke pajjiżna jirrakkonta l-istorja tiegħu lil kull min irid jismagħha, jinsab fejn jinsab. Jien qed nieħu b'serjeta' kbira ir-relazzjonijiet diplomatiċi u dawk internazzjonali u se nkomplu nsaħħu t-tajjeb li sar matul is- snin f 'dan il-kamp biex inseddqu l-opportunitajiet u nkomplu ngħollu isem pajjiżna 'l fuq. + + + Mill-aħħar li ktibt fuq dan il- ġurnal, il-Partit Nazzjonalista reġa' ħatar lil Dr Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista wara tellieqa li fiha ikkontesta hu biss. M'inix se nidħol fil-mertu ta' jekk kellux ikun hemm tellieqa, jew jekk kellux wara kollox Dr Grech jagħżel li joqgħod 'il barra minnha wara r-riżultat diżastruż li sofra l-Partit Nazzjonalista. Jien l-impressjoni li kultant nieħu hi li Bernard Grech qed jipprova jwaħħal f 'kollox u kulħadd għat-telfa tal-Partit Nazzjonalista minbarra fih innifsu ... biss jien m'inix se nidħol f 'dik it-tip ta' konversazzjoni għaliex finalment din irid jaraha l-Partit Nazzjonalista. Li nista' ngħid hu li s'issa m'inix qed nara bidliet fl-attitudni komparati mal-Partit Nazzjonalista ta' it xhur ilu. Negattivi kienu u negattivi baqgħu. Jattakkaw personali kienu, jattakkaw personali baqgħu. Ma jipproponu xejn kienu u ma jipproponu xejn baqgħu. Litteralment inbidlu diversi uċuħ imma fil-konkret la mil-lat sostantiv u la mil-lat ta' attitudni l-PN għadhom il-PN tal-bieraħ. Waqt li huma se jibqgħu inkastrati fin-negattiviżmu, aħna se nibqgħu niffokaw fuq il-pożittiv, se nkomplu naħdmu u se nkomplu nwettqu. + + + Ma nistax nagħlaq din il- kontribuzzjoni mingħajr ma nsellem liċ-ċkejken Quiven li seraq il-qlub tal-Għaxqin kollha u kull min segwa fuq social media meta tela' fuq il-palk mal-Banda ta' San Ġużepp u daqq id-diska Perfect bil-pjanu. Quiven hu tfajjel nieqes mid- dawl, imma ma ħalliex l-inabbilita' tiegħu li jara ttellef l-abbilita' kbira tiegħu li jdoqq u jferraħ lin-nies. Il-familja tiegħu kienet kburija u ferħana se ttir hekk kif l-udjenza nfaqgħet iċċapċap mat-tmiem tal-performance. Bir-raġun għaliex Quiven seraq il-qlub ta' kull min kien hemm u fakkarna lkoll kemm l-arti kapaċi tagħmel id-differenza kollha. + + + Wara li kont bgħatt l-artiklu lill-Editur, sirna nafu fl-isplużjoni fil-Kamra tan-Nar tal-Mosta (15 t'Awwissu) fejn qalb kulhadd waqfet sakemm inserrħu rasna li ma seħħitx xi traġedja. Fil-fatt hekk kien u wara it il-Pulizija qalet li ma kienx hemm inċidenti maġġuri għad li weġġgħu tlieta bi ġrieħi ħfief. Nawgurawlhom fejqan ta' malajr. Aħna dejjem nappellaw lill- pirotekniċi tagħna li jżommu dejjem l-ewwel u qabel kollox is-sigurta' bħala prijorita' assoluta fil-ħidma tagħhom Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici Sajf Sabiħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022