Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
06 analiżi IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum 70 sena tirrenja! Kap tal-Monarkija u tal-Familja Rjali, ir-Reġina Eliżabetta tiċċelebra l-Ġubilew tal-Platinu ANTHEA CACHIA Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni, f 'dawn il-jiema qed tiċċelebra l-Ġubilew tal-Platinu li jissimbolizza 70 sena minn meta ngħatat il-kuruna u saret ir-Reġina tar-Renju Unit. Ir-Reġina Eliżabetta hija l-aktar persuna mill- monarkija Ingliża li damet fuq it-tron Irjali hekk kif ingħatat l-irwol meta kellha 27 sena. 70 sena wara, ir-Reġina ġiet milqgħuha minn Irjali, membri Parlamentari u diplomatiċi fost l-oħrajn biex jiċċelebraw xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel. L-aktar persuna li damet bħala l-Kap tal-Monarkija kienet ir-Reġina Victoria li kienet għamlet 63 sena bħala Reġina sa' ma mietet fl-età ta' 81 sena, fl-1901. Madankollu fl-ewwel jum taċ- ċelebrazzjoni r-Reġina esperjenzat problemi ta' mobilità u għejja u kien għalhekk li l-għada fil-quddiesa li saret fil-Katidral ta' San Pawl f 'Londra, "b'dispjaċir kbir" hija għażlet li ma tattendix u ssegwi minnflok mill- Kastell ta' Windsor. Fost l-attendenza fil-quddiesa kien hemm is-suċċessur tar-Reġina Eliżabetta - l-ewwel iben minn erbgħa - il-Prinċep Karlu kif ukoll il- Prinċep William, iben tal-Prinċep Karlu. Preżenti wkoll kien hemm il-Prim Ministru Boris Johnson li ma ntlaqa' xejn tajjeb mill-persuni preżenti hekk kif tqajmet kommossjoni meta ntlemaħ. Miegħu kien hemm ukoll l-eks Prim Ministri Ingliżi Tony Blair, Gordon Brown, David Cameron u eresa May. Minn naħa l-oħra kienu bosta nies li laqgħu b'ħeġġa kbira lill-Harry u Meghan li kienu ilhom neqsin minn attivitajiet Irjali minn meta ddeċidew li jneħħu t-titli tagħhom u jmorru jgħixu l-Amerika ma' binhom Archie u binthom Lillibet-Diana, li llum għalqet sena. Kif se jkun imfakkar il-Prinċep Filippu fil-Ġubilew? Ir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu, li kienu ilhom miżżewġin 73 sena nfirdu fid-9 ta' April fl-2021, minħabba l-mewt tiegħu, xahrejn qabel ma kien mistenni li jagħlaq 100 sena. Bħala ġest kommemorattiv u simboliku għar-reġina, il-kantant Ed Sheeran se jkanta d-diska popolari tiegħu 'Perfect' fil-pageant tal-Ġubilew, li se jsir illum. Din id-diska se tkun akkumpanjata minn muntaġġ tal-memorji tal-koppja Rjali. 'God Save the Queen' Ilbieraħ, bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet, sar kunċert li fih kantaw Diana Ross li ddominat fix- xena mużika fl-1960, George Ezra, Alicia Keys kif ukoll Queen u l-kantant Adam Lambert. Però minkejja l-varjeta mużikali wieħed ma jistax ma jsemmix l-innu nazzjonali li ħafna Ingiżi ta' sikwiet ikantawh b'dedikazzjoni kbira lir-Reġina tagħhom. Dan il-kunċert, organizzat mill-BBC, attendew għalih 22,000 persuna. Minn dawn 10,000 membru tal-pubbliku li rebħu l-biljetti permezz ta' lotterija u aktar minn 7,500 biljett li mar għal ħaddiema, membri tal-Forzi Armati, volontiera u għaqdiet ta' karita. Inqas nies mis- soltu li raw iċ- ċelebrazzjonijiet irjali fuq it-televiżjoni Skont figuri maħruġa minn rapporti Ingliżi, meta mqabbel mas-soltu ma tantx kien hemm persuni li għażlu li jseġwu ċ-ċelebrazzjonijiet minn djarhom. Madankollu, sa' issa, kien hemm 7.5 miljun persuna li segwiet l-avvenimenti permezz ta' xandiriet diretti mill-BBC. Biex nagħmlu kuntrast ma' udjenzi ta' avvenimenti Rjali oħra: • Fl-1997, 32.1 miljun persuna segwiet il-funeral ta' Lady Diana. • Fl-1981, 28.4 miljun persuna sewgiet iż-żwieġ tal-Prinċep Karlu u Diana. • Fl-2011, 26 miljun persuna segwiet iż-żwieġ tal-Prinċep William u Kate. • Fl-1986, 19-il miljun persuna segwiet iż-żwieġ tal-Prinċep Andrew u Sarah Ferguson. • Fl-2018, 18-il miljun persuna segwiet iż-żwieġ ta' Harry u Meghan. • Fl-2021, 13-il miljun persuna segwiet il-funeral tal-Prinċep Filippu. • Fl-2005, 7.4 miljun persuna sewgiet it-tieni żwieġ tal-Prinċep Karlu u Camilla. Waqt it-tieġ tar-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu