Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 aħbarijiet Il-Gvern mistenni jikkomunika mal- ambaxxati Maltin biex tissolva l-problema ta' dewmien fil-permessi tax-xogħol ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-dewmien biex joħorġu permessi għax-xogħol għal ħaddiema barranin qed iwassal biex ħafna minn dawn l-eluf ta' ħaddiema jispiċċaw jaħdmu u jitħaddmu bla permess, kemm għax huma jkunu diġà ġew Malta u allura jkunu jridu jsostnu il-kirja u ħajjithom u anke għax bħalissa d-domanda tant hi kbira li ħafna negozji għandhom bżonn kritiku li jdaħħlu l-ħaddiema. Joe Farrugia mill-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) saħaq ma' din il-gazzetta illi s-sitwazzjoni hija "serja" u l-problema hija "immedjata u teħtieġ soluzzjonijiet immedjati", speċjalment fit-turiżmu. Tony Zahra mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) sostna illi din id-darba l-problema qed tinħass aktar minħabba l-eżodu qawwi ta' ħaddiema waqt il-pandemija. Dan wassal għal eżodu 'l kontra issa li tneħħew ir-restrizzjonijiet bil-konsegwenza illi fejn qabel kien hemm bżonn 10 permessi ta' xogħol issa hemm bżonn 1,000, "u fl-Identity Malta hemm l-istess numru ta' ħaddiema llum, li kien hemm meta ridna nipproċessaw 10 permessi, mhux 1,000." Manager ta' lukanda ewlenija ta' ħames stilel ukoll ikkonferma din is-sitwazzjoni mal-ILLUM u qal illi l-lukandi kważi qed jibku għan-nies, "filwaqt li l-permessi ġieli sa erba' xhur qed jieħdu. Kif nistgħu naħdmu?" Minn naħa tiegħu Farrugia kkonferma ma' din il-gazzetta illi l-problema tiggrava l-aktar fit- turiżmu, "u min imexxi negozju f 'dan is-settur issa jridhom lill- ħaddiema, mhux f 'Ottubru." Huwa qal illi d-dewmien ivarja minn erba' jew sitt ġimgħat, sa xhur sħaħ. Jipproponi li jintlaħaq ftehim ma' dawk li jħaddmu nies li qed jistennew il-permessi Mal-ILLUM Farrugia sostna illi l-problema hija li n-numru ta' ħaddiema Maltin hu li hu u allura sabiex inlaħħqu mat-tkabbir ekonomiku, "qed nirrikorru għal influss ta' ħaddiema barranin, bl- isfidi kollha li dan iġib miegħu." Huwa qal li l-MEA temfasizza fuq l-importanza u n-neċessità tal-legalità meta niġu għal kwistjonijiet li jitrattaw ħaddiema barranin, iżda qal ukoll li dan id- dewmien fil-ħruġ ta' permessi qed iħarbat l-operat ta' bosta li ma għandhomx nies biex jaħdmu. "Propju minħabba din is- sitwazzjoni ħafna minn dawn il-barranin qed jispiċċaw jidħlu fis-suq iswed u jagħmlu xogħol illegali," qal Farrugia mal-ILLUM. Huwa kompla jispjega kif hemm żewġ tipi ta' impjegaturi: Dawk li intenzjonalment iħaddmu barranin, bla ktieb, f 'liema każ jappella sabiex isir l-infurzar kollu meħtieġ. Farrugia iżda jindika li hemm impjegaturi oħrajn li applikaw biex dawn il-ħaddiema jingħataw il-permess, liema permess ilhom jistennewh ħafna żmien u għandhom bżonn kbir li jħaddmuhom issa - kif ix-xogħol u t-turiżmu irkupra. Huwa għalhekk ippropona mal-ILLUM illi fejn hemm is- sitwazzjonijiet tal-aħħar tip, bi provi ta' applikazzjoni li saret, ikun hemm xi forma ta' qbil jew ehim. Zahra iżda - minn naħa tiegħu - iċċara li hu jaqbel biss li jkun hemm ehim "ċar għal kulħadd, mhux ehim tal-lakstu, ngħalqu għajnejna għal dak, inġebbdu għall-ieħor u lil oħra le. Hemm bżonn ehim wieħed, ċar u li jkun jgħodd għal kulħadd biex tissolva din il-problema u forsi ehim li jkun jgħodd għal numru ta' xhur." 'Hemm bżonn li tonqos il- burokrazija!' Zahra temm il-kummenti tiegħu ma' din il-gazzetta jgħid illi apparti l-problema ta' riżorsi, hemm ukoll il-problema l-oħra tal-burokrazija. "Hemm burokrazija għall-permessi tax- xogħol biex inkunu siguri u ċerti u din hija xi ħaġa tajba u bħala MHRA, naqblu. Imma hemm bżonn l-effiċjenza, mhux tgħid le għal kollox jew agħar minn hekk ma tgħid xejn," temm il-President tal-MHRA Tony Zahra. Minn naħa tiegħu Farrugia qal ukoll li hemm bżonn tonqos il- burokrazija u jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn Identity Malta, il-pulizija u l-entitajiet kollha li huma responsabbli biex joħorġu l-permessi tax-xogħol. Huwa nnota iżda li minkejja li l-MEA tikkritika lill-Identity Malta fejn meħtieġ, jgħid ukoll li konxju tal-fatt li parti mid- dewmien huwa kkaġunat minn barra minn Malta u allura mill- pajjiż li minnu jkunu ġejjin dawn il-ħaddiema. "Il-Gvern għaddej b'ħidma sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, billi fost oħrajn qed jitkellem mal-ambaxxati Maltin biex din il-problema serja u immedjata tkun indirizzata." Hekk sostna mal- gazzetta ILLUM il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo għall-mistoqsijiet tal-istess gazzetta. Huwa mhux biss ammetta li teżisti din il- problema imma saħaq ukoll illi jaf b'każi ta' lukandi li saħansitra kellhom jagħmlu stop-sale, jiġifieri jwaqqfu l-bejgħ ta' aktar kmamar għax jafu li bil-ħaddiema li għandhom ma jistgħux ilaħħqu mas-servizz. Huwa qal ukoll li jaf ristoranti li qed ikollhom jgħalqu fi ġranet minħabba il-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema, u sostna li ħafna postijiet qed iħallsu ħafna iktar milli kienu jħallsu qabel- imma sostna li b'mod ġenerali l-maltin xorta ma jridux jaħdmu f 'din l-industrija. Mal-ILLUM Bartolo qal li mill-informazzjoni li għandu, aktar milli Identity Malta, il-problema hija fl-ambaxxati u huwa għalhekk li l-Gvern se jkun qed jiddiskuti magħhom biex jara li din il-problema tissolva. "Issa li x-xogħol qed jiżdied sew, ma jistax ikollna dawn it-tip ta' problemi, anke jekk huma problemi ġejjin minn realtà pożittiva ta' ħafna xogħol. Imma xorta tibqa' problema u qed naħdmu biex insolvuha." 'Issa li żdied ix-xogħol ma jistax ikollna dawn it-tip ta' problemi' - Bartolo Joseph Farrugia u Tony Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022