Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
Il-Mixja lejn is-7 ta' Ġunju Ħarsa lejn il-qagħda ta' pajjiżna 12 storja IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum GODFREY PIROTTA Għal ħafna, l-irvellijiet tas-Sette Giugno kellhom rabta mill-qrib mal-Ewwel Gwerra Dinjija. Kif se naraw, din il-Gwerra kellha sehem f 'dak li sehħ, imma l-għan prinċipali ta' dan l-artiklu huwa biex juri kif il-qagħda ekonomika ħażina ta' Malta, minn ħafna snin qabel dan il-mument storiku, ħejjiet it-triq li wasslet għall-irvellijiet. Is-7 ta' Ġunju kien il-qofol ta' din it-triq twila. Dan ma jfissirx li fatturi politiċi ma tawx sehem kbir ukoll, imma dik hija storja li diġà taw kasha ħafna kittieba oħra f 'xogħlijiet serji u mhux se noqgħod intenniha hawn. L-ewwel skossi Kważi għoxrin sena qabel tmiem is- seklu dsatax kienet faqqgħet il-ġlieda dwar il-lingwa. Tliet rapporti, wieħed ta' Frederick Rowsell, ieħor ta' Penrose Julyan u ieħor ta' Patrick Keenan, kienu emfasizzaw l-importanza li l-ilsien Ingliż jikseb iktar dominanza fil-gżejjer Maltin. Din il-politika sabet ħafna reżistenza mill- klassi professjonali u mill-knisja; tal-ewwel għax kienu ċerti li l-użu tal-Ingliż fil-Qrati u postijiet oħra tas-servizz pubbliku kien se jwassal għall-invażjoni ta' Brittaniċi f 'Malta li jieħdu xogħol il-Maltin, u tat-tieni għax kienet tibża' li din il-politika twassal biex jinfiltra it-tagħlim tar-reliġjon Protestanta f 'Malta. Din il-ġlieda ippolarizzat il-politika Maltija, tant li saħansitra lejn l-aħħar tas- seklu dsatax anki l-impjieg maċ-Ċivil waqgħu vittma tagħha. Gerald Strickland, li dak iż- żmien kien Chief Secretary, kien għamilha ċara li min kien kontra l-ilsien Ingliż ma tantx kellu ċans għall-impjieg. L-impjiegi maċ- Ċivil kienu mfittxija ħafna minn żgħażagħ ta' edukazzjoni tajba u din il-politika kienet ta' ostakolu għall-futur tagħhom. Ladarba din il- politika kienet ġiet interpretata bħala waħda li tattakka l-għajxien tan-nies li jintlaqtu minnha, kienet faċli għall-oppożizzjoni li toħloq gwerra qaddisa kontra din il-politika. Kwistjoni oħra kienet in-nefqa tal-Gvern fuq proġetti pubbliċi, li essenzjali kemm kienu essenzjali, kienu sejrin joħolqu piżijiet kbar fuq il-kaxxa ta' Malta u jżidu t-taxxi. Minħabba f 'dawn il-kwistjonijiet fl-aħħar għaxar snin tas-seklu dsatax, il-qiegħa saħnet mhux ħażin. Waqt meetings pubbliċi fl- irħula, l-għajta ta' 'Malta għal-Maltin' kienet tidwi ta'spiss akkumpanjata min tgħajjir lejn Chamberlain, li kien Segretarju għall-Kolonji, Strickland u uffiċjali oħrajn tal-Gvern. Il- Knisja wkoll daħlet fil-kwistjoni u l-Isqof ma laqax talba tal-Gvernatur biex irażżan lill- Kleru milli jużaw il-prietki tal-Ħadd kontra l-Gvern. Il-qiegħa issa tant saħnet li rapport tal-pulizija stqar li kien hemm il-probabbiltà ta' attakki fuq il-persuna ta' Strickland, waqt li l-Avukat tal-Kuruna sostna li kien qed jitħejja pjan biex Strickland jiġi assassinat u ta parir lil dan tal-aħħar, li kien jinsab Londra, biex jibqa' hemm sakemm l-affarijiet jikkwitaw. Min-naħa tiegħu, il-Gvernatur, f 'nota lil Chamberlain, qallu li l-popolazzjoni tal-Belt Valletta kienet bi ħġarha kontra l-Gvern. Din is-sitwazzjoni ma damitx biex wasslet, fl-1903, l-ewwel, għas-sospensjoni tal-kostituzzjoni u it wara għar-revoka tagħha. Skoss kbir ieħor Waqt li kien qed iseħħ dan kollu, l-ekonomija ta' Malta kienet sejra tajjeb. Iżda f 'inqas minn tliet snin l-istampa kellha tinqaleb ta' taħt fuq. Fil-fatt kienet il-kriżi gravi ekonomika li ħakmet lil Malta wara l-1906 li ddomminat l-istorja u li hi, flimkien ma' dak li seħħ fil-Gwerra l-Kbira, ġabet lill- popolazzjoni Maltija f 'sitwazzjoni ta' kważi ribelljoni. Jiena, iktar 'il fuq, diġà semmejt x'kien qed jingħad f 'meetings pubbliċi u kif, għaxar snin qabel l-irvellijiet tal-1919, diġà kien qiegħed jinħass ferment politiku fil- gżejjer Maltin. Il-kriżi ekonomika kompliet kebbset in-nar. Matul il-ħakma Ingliża l-ekonomija ta' Malta kienet saret kważi kompletament dipendenti fuq in-nefqa tal-qawwiet Ingliżi. Malta kienet fortizza strateġika u fis-seklu dsatax u kmieni fis-seklu għoxrin investew ħafna biex isaħħu l-fortizza. Kull meta l-Ingliżi kienu jinvestu f 'xogħlijiet, inkella kull meta kienet tiżdied il-preżenza tal-qawwiet tagħhom f 'Malta, l-attività ekonomika domestika kienet tieħu qabża 'il quddiem. B'danakollu, meta dawn ix-xogħlijiet jieqfu, jew il-preżenza tonqos, l-ekonomija tieħu daqqa sew 'l isfel. Fi żminijiet tajbin, il-pagi jogħlew u l-qgħad jonqos. Imma, magħhom, kienu jogħlew ukoll il-prezzijiet u l-kirjiet. Meta tfaqqa' r-riċessjoni, jiżdied il-qgħad u l-pagi jistaġnaw, għalkemm il-prezzijiet u l-kirjiet idumu ma jinżlu 'l isfel, jekk qatt jinżlu. Dan huwa biżżejjed biex joħloq kriżi fil-ħajja ta' numru ferm kbir ta' nies, u jekk ma jwassalx għall-irvellijiet, żgur iwassal għal tgergir kbir kontra l-awtoritajiet li mingħandhom il-poplu jistenna għajnuna. Tkabbir ekonomiku bla preċedent taħt l-Ingliżi! Bejn l-1890 u l-1906 l-istorja rrepetiet ruħha, b'differenza li dan kien l-ikbar boom ekonomiku li qatt esperjenzat Malta taħt il-ħakma Ingliża. Fis-snin ta' qabel is-seklu għoxrin Malta rat il-bidu tat-twettiq ta' numru kbir ta' xogħlijiet infrastrutturali – sistemi ta' drenaġġ ġodda, l-qalba tas-sistema tat- tqassim tal-ilma minn akwedotti tal-ġebel għal kanen tal- ħadid, l-introduzzjoni tas-servizz tal-ferrovija bejn il-Belt u r-Rabat, u t-tnedija tas- sistema elettrika f 'ħafna żoni ta' Malta. Dawn l - i n i z j a t t i v i lkoll ħolqu opportunitajiet kbar ta' xogħol. Wara l-1901, barra l-estensjoni tas-sistema tad- drenaġġ lejn numru ta' rħula, Malta rat il-bini tal- breakwater u ta' numru ta' skejjel ġodda u faċilitajiet oħra. Barraminhekk, il- gwerra fl-Afrika t'Isfel ġabet preżenza militari kbira lejn Malta li żiedet id-dħul tal-Maltin f 'ħafna oqsma tal-ħajja. Huwa stmat li sal- 1904 il-qawwiet militari u navali Ingliżi kienu għamlu investiment f 'Malta li kien ilaħħaq iż-żewġ miljuni sterlina fis-sena, somma fenominali għal dawk iż-żminijiet. Mandankollu, parti sew mill-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet kellha titħallas mit- taxxi tan-nies. M'hemmx dubju li dawn ix- xogħlijiet taw kontribut sinifikanti biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin, u sakemm dawn ix-xogħlijiet kienu għaddejjin, il- ħaddiem Malti gawda minn prosperità kbira. L-importazzjoni ta' prodotti żdied sewwa u l-aspettattiva tal-poplu żdiedet ukoll. Mili sħaħ ta' djar ġodda ġew mibnija, bliet u rħula kibru qatigħ u anki żdied it-traffiku fit-toroq. In-nies bdew jiżżewġu ta' età iżgħar u, bejn l-1901 u l-1911, il-popolazzjoni qabżet b'14.5 fil-mija. Fl-1904-5 id-dħul tal-Gvern laħaq £467.335, l-akbar somma li qatt laħaq, waqt li s-surplus tal-Gvern kien ta' £160,000, li wkoll kien rekord għall-pajjiż. Issa, meta wieħed iqis li dan id-dħul kien ġej prinċipalment mid- dwana u mit-taxxi indiretti, wieħed malajr jintebah kemm din kienet indikazzjoni ċara tan-nefqa fuq il-konsum. Daqs il-boom, ġiet il-waqgħa ekonomika u t-taxxi Iżda l-waqgħa ġiet f 'daqqa, daqs kemm kien ġie f 'daqqa l-boom. Fl- 1906 ix-xogħlijiet kienu spiċċaw, il-qgħad ħa qabża kbira 'il fuq, il-pagi waqgħu b'rata mgħaġġla ħafna u, fi żmien qasir, f i l - p a j j i ż beda jqum i l - p a n i k u . In-nies bdew ifittxu biex jemigraw bi ħġarhom. In- nefqa tal-Gvern f 'dik li kienet tissejjaħ karità, għax il-frażi servizzi soċjali jew welfare state ma kinux għadhom saru parti mill-vokabularju politiku ta' kważi ebda pajjiż, laħqet is-somma ta' £68,000 sas-sena 1909; waqt li dħul tal-Gvern ħa daqqa kbira 'l isfel. Fl-1906 il-Gvern irrapporta defiċit ta' £14,330, ta' £17,592 fl-1907, ta' £24,842 fl- 1909, u ta' £26,246 fl-1910. Dan kien ifisser li sal-1911 il-Gvern prattikament ma kellux fondi biex jaħdem u biex jirrispondi għall- kriżi li kienet qed taħkem lil Malta. Din il-kriżi, ma setax jonqos, li ssoktat tagħti n-nar lill-ferment politiku li kien qam lejn it-tmiem tas-seklu dsatax u li fl-1903 kien wassal biex ġiet revokata l-kostituzzjoni Nhar It-Tlieta se niċċelebraw il-festa pubblika tas-Sette Giugno. Il-Professur Godfrey Pirotta jieħu lill-qarrejja tal-ILLUM lura għal dak li wassal għal dawn l-irvellijiet... Godfrey Pirotta