Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2022 'Malta ma kinitx fattwali meta tat l-informazzjoni dwar id-dewmien ta' kawżi fil-Qrati, lill-UE' - Anna Mallia ANTHEA CACHIA F'kumment mal-gazzetta ILLUM fuq id-dewmien tal- kawżi fil-Qorti, suġġett li dwaru irrapportat din il-gazzetta l-Ħadd li għadda, l-avukat Anna Mallia tgħid li l-informazzjoni li tat Malta lill-Unjoni Ewropea (UE) fuq dan id-dewmien ma kienx jinkludi fih il-ħin li fih il-kawża kienet wieqfa. Dan ifisser li, skont l-avukat Mallia, Malta ma kinitx qed tagħti informazzjoni korretta fuq il- ħin totali li jieħu każ, li jinkludi l-istennija biex jibda. "Biex nagħti eżempju; jekk kien ikun hemm kawża partikolari li ħadet erba' seduti, kienu jirrappurtaw siegħa (bejn wieħed u ieħor) għal kull seduta, jiġifieri erba' sigħat. Iżda l-ħin ta' stennija ma kienx jingħadd," spjegat Mallia. Hija spjegat ukoll li l-backlog fil-Qorti tal-Appell, kien ikkawżat mill-fatt li qabel kien hemm Qorti tal-Appell waħda bi tliet imħallfin, "u min kien jikkmanda l-Qorti dak iż-żmien, il-Prim Imħallef, ma riedx jagħmel Qorti oħra ta' tliet Imħallfin biex imexxu x-xogħol." Dawn il-kummenti jiġu fid-dawl ta' ċifri mogħtija fil- Parlament li juru kif hemm 366 kawża li għadhom pendenti fil- Qorti tal-Appell. Il-Qorti tal-Appell hija magħmula minn tnejn, il-Qorti tal-Appell Inferjuri u l-Qorti tal-Appell Superjuri. Apparti minn hekk dawk il-Qrati huma maqsuma fi tliet sezzjonijiet oħra; Ċivili, Kriminali u Kummerċjali. 'In-nofstanhari fis-sajf għandhom jinqatgħu' L-avukat Mallia il-ġimgħa l-oħra fuq Facebook saħqet li jekk irridu li l-kawżi fil-Qrati ta' Malta jittaffu għandu jkun hemm numru ta' miżuri li jtejjbu l-effiċjenza. Fost dawn hija temmen li n-nofstanhari għandhom jinqatgħu darba għal dejjem, bħalma nqatgħu f 'dipartimenti oħra. Hija qalet lill-ILLUM li hemm bżonn li jkun hemm regoli dwar meta tinfetaħ inkjesta "u mhux tinfetaħ inkjesta għal kull ħaġa ta' xejn. Il-pulizija fejn iridu jiħu inkjesta." Saħqet li hemm bżonn ta' riforma fil-proċedura kriminali bil-għan li x-xhieda ma jibqgħux jinstemgħu fl-inkjesta, fil- kumpilazzjoni tal-evidenza u fil- ġuri wkoll. Apparti minn hekk tisħaq li l-bordijiet m'għandhomx jitmexxew aktar minn Maġistrati iżda minn avukati li għandom il- kwalifiċi ta' Maġistrati. Flimkien ma' aktar esperti forensiċi f 'Malta, temmen li hemm bżonn li jiġu riveduti fergħat fil-liġi, jiżdiedu l-awli u fl- aħħar tgħid li hemm bżonn li ssir riforma dwar ir-riferiti. 'Irridu naċċertaw li l-ġustizzja tkun aktar spedita' … Imma kif? L-ILLUM kellmet ukoll lill- Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u staqsiet x'inhu n-numru ta' kawżi li għadhom qed jistennew biex jibdew jinstemgħu, iżda ma ngħatat ebda indikazzjoni. Intant il-Ministru Attard saħaq li hemm diversi fatturi li kkontribwixxew għal-lista ta' stennija matul is- snin. "Bil-bidliet legali, mdaħħla fis- seħħ fl-oqsma tal-appelli, bdew jiġu indirizzati l-problemi tad- dewmien akkumulati matul is- snin," qal Attard. Żied jgħid li għad hemm passi oħra x'jittieħdu u huwa "impenjat li nassiguraw li nkomplu naħdmu biex f 'dan il- qasam nagħmlu l-proċeduri aktar effiċjent, fosthom b'allokazzjoni ta' aktar riżorsi skont il-ħtieġa u żieda fil-ġudikatura." Huwa temm jgħid, "li rridu naċċertaw li l-ġustizzja tkun aktar spedita u effiċjenti għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin." X'irrappurtajna l-ġimgħa l-oħra? Nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta irrappurtat li l-Qorti tal-Appell għandha total ta' 366 kawża appuntata, li għadhom pendenti. Din il-gazzetta tkellmet mal-Avukat Stephen Tonna Lowell, il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Karol Aquilina u l-eks ministru Edward Zammit Lewis. Aquilina kien saħaq li dawk it-366 kawża huma biss dawk appuntanti u jemmen li fil-verità hemm ħafna aktar li għadhom pendenti u mhux appuntati, jiġifieri assenjati quddiem l-Imħallfin. Huwa stqarr li d-dewmien qed jaffettwa bi sħiħ lin-nies u din qed toħloq inġustizzji oħra, speċjalment fil-konfront ta' min qed ifittex il-ġustizzja fil-Qorti. Miegħu qabel l-avukat Tonna Lowell li qal li filwaqt li l-aktar li hemm kawżi pendenti huma fil-Qorti tal-Appell Kriminali Inferjuri, "ma taffetwax tajjeb li jkun hemm dewmien għax il-klijent meta jkollu kawża kriminali ħafna drabi, b'mod speċjali fl-appell, ikun irid li jintlaħaq it-tmiem tal-każ, ikun xi jkun ir-riżultat." Din il-gazzetta għamlet referenza wkoll għall dak li qalet Sophie in 't Veld, li kienet qed tmexxi delegazzjoni tal- Parlament Ewropew f 'Malta li talbet biex il-Gvern Malti jħaffef il-pass fejn tidħol is-sistema tal-Ġustizzja, kemm għal kawżi normali u b'mod partikolari dak tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-ġimgħa l-oħra l-ILLUM tkellmet dwar kemm hemm kawżi pendenti fil-Qorti tal-Appell. Din il-ġimgħa l-ILLUM tistaqsi lill- avukat Anna Mallia u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard; għaliex dan id-dewmien u x'għandu jsir biex jonqos? Anna Mallia Il-Ministru Jonathan Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022