Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2022 • illum L-Avukat tal-Istat jgħid li l-liġi tal-qbiela qed tipproteġi l-provvista tal-ikel f'każ ta' emerġenza bħall-gwerra fl-Ukrajna Il-gazzetta ILLUM tkompli ssegwi l-kwistjoni tal-qbiela u tiżvela l-argumentazzjoni tad-difiża mill-Avukat tal- Istat fuq każ Kostituzzjonali miftuħ minn sid ta' art agrikola li qed tinħadem minn bdiewa u titkellem mal- avukat Errol Cutajar li qed jirrapreżenta l-istess bdiewa MARIANNA CALLEJA "Alla ħares m'għandhiex din il- liġi tal-qbiela li tagħti protezzjoni lill-bidwi u tassigura ċirkostanzi fejn Malta jkollha tiddependi fuq l-agrikoltura lokali u mhux l-importazzjoni." Dan kien l-argument illi għamel l-avukat tal-istat wara li sid ta' għalqa ġewwa l-Qrendi tellgħet lill- Gvern il-Qorti għax skont hi l-liġi preżenti tal-qbiela qed tikser id- dritt tagħha li tgawdi artha. L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, meta kien qed jagħti d-difiża tiegħu, qabbel dak li qed jiġri fl- Ukrajna ma' sitwazzjoni reali li Malta tista' taffaċċja, dik li ssib "interruzzjonijiet fl-importazzjoni" u għalhekk ikollha tiddependi fuq il-bdiewa u r-raħħala lokali minflok l-importazzjoni. Il-każ li qed insemmu huwa dak tas-sid Vincenza Magro li riedet tiżgumbra l-bdiewa nisa A n n a l i s a S c h e m b r i u Liberata S c h e m b r i . I l - g a z z e t t a I L L U M tkellmet ma' Errol Cutajar, wieħed mill- avukati tal-aħwa Schembri fejn spjega f 'aktar dettall xi tfisser ir-rebħa bla preċedent għall- agrikoltura u għall-Malta. X'kien il-każ eżatt? F'Diċembru tas-sena l-oħra, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil- Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ċaħdet kawża għax- xoljiment ta' qbiela ppreżentata minn sid ta' għalqa fil-Qrendi, u ddeċidiet li l-liġi tal-qbiela eżistenti ħolqot bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet tas-sidien u l-inkliwini li f 'dan il- każ kienu żewġ bdiewa nisa. Dik li kienet meqjusa bħala "l-ewwel rebħa għall-bdiewa" ġibdet l-attenzjoni għax inqatgħet differenti minn każijiet simili maqtugħa qabel. Minkejja dan, is- sid tal-għalqa, Vincenza Magro, issa fetħet każ kontra l-istat fil-Qorti Kostituzzjonali, kif kien mistenni. Din il-kawża bdiet bl-istess mod li jibdew oħrajn u fil-fatt Vincenza Magro ma kinitx l-ewwel persuna li ħadet dan il-pass. Fl- 2020, k i e n h e m m l - e w w e l każ li Malta tqis bħala uniku. Dan għaliex filwaqt illi l-liġi tal-qbiela kienet dejjem tiffavurixxi lill-bidwi, dan il-każ fetaħ il-bieb sabiex numru ta' bdiewa jiġu żgumbrati. Nazzareno u Antonia Pulis kienu bdiewa f 'art bil-qbiela f 'Ħaż-Żabbar. Is-sid tal-art, J&C Properties, rebaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali wara li bl-istess argument, qal li l-liġi qed tmur kontra d-dritt fundamentali tiegħu li jgawdi artu. F'Diċembru li għadda, l-imħallef Lawrence Mintoff ċaħad it-talba tas-sid Vincenza Magro. Dan seħħ wara li għal kuntrarju ta' kawżi oħra, inkluż ta' Pulis, Mintoff ikkunsidra "l-valur tal-tas-settur agrikolu fil-pajjiż." Errol Cutajar beda' billi spjega li l-liġi tal-qbiela hi mlaħma fuq qafas simili tal-liġi li tittrata l-kirjiet ta' qabel l-1995. Dan ifisser li timponi kemm il-valur tal-art u anke r-rikolazzjoni u b'hekk il-qbiela tintiret mill-missier għall-ulied. Sintendi issa bħal mas-sid tal-kirjiet qabel l-1995 ħass li l-istess liġi qed tikser id-dritt fundamentali tiegħu biex igawdi l-propjetà tiegħu, l-istess qed jiġri fil-kwistjoni tal- qbiela mal-bdiewa. Dan ifisser li "l-liġi tal-qbiela tipproteġi lill-bidwi daqs kemm il- liġi tal-kera fuq il-kirjiet ta' qabel l-1995 tipproteġi l-inkwilin" Għal Cutajar il-valur agrikolu mhux l-istess bħal dak tas-suq... Mal-ILLUM irrakonta kif waqt il-każ ta' Magro, il-Qorti bagħtet il-perit tekniku li stabilixxa l-valur tal-propjetà fis-suq ħieles, filwaqt li kkalkula wkoll il-valur li jrid jiġi mħallas mill-inkwilin. Dan il-valur jmur lura fis-snin ukoll sabiex jiġi stabbilit kemm kellha tkun il-qbiela matul is-snin li għaddew, skont il-valur tal- proprjetà matul iż-żmien. "Imma fl-aħħar, il-valur li stabilixxa l-perit kien ħafna ogħla, mingħalija madwar €800-€900 fis-sena. Tgħidli, mhux ħafna, imma għal bidwi huwa ħafna," kompla Cutajar. Kien għalhekk li l-Qorti rat li l-kalkoli tal-perit mhumiex viabli, minħabba li skont hi, "wieħed ma jistax jikkalkula l-kirja mingħajr l-ispejjeż li jiġu mas-settur agrikolu filwaqt li l-art inkwistjoni mhix fabbrikabli." "Għandek bidwi li qed jaħdem l-art b'numru ta' spejjeż. Ħaġa żgħira bħal ħitan tas-sejjieħ, li anke bis-sussidju tal-Gvern, huma għoljin biex iddurhom. Apparti li hemm l-ispejjeż biex iżomm l-għelieqi stess, imbagħad tmur il-pitkalija u jibgħatek lura bix- xogħol f 'idejk," tenna Cutajar. Dan huma uħud mill-elementi li skont Cutajar, l-imħallef Mintoff ħa taħt kunsiderazzjoni meta sostna illi l-liġi ma tiksirx id-dritt fundamentali tas-sid. Is-sid reġgħet ma qablitx ma' dan u appellat is-sentenza fil- Qorti Kostituzzjonali kontra l-Istat. Fis-16 ta' Mejju tal-2022 huma dehru fil-Qorti u issa l-kawża ġiet deferita għal Ottubru għas-sentenza. 'Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tiddikjara liġi nulla, hija tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament għal bidla' Fil-każ ta' Pulis, fejn il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat il-liġi tal-qbiela nulla u bla effett, il- Qorti ordnat, kif inhu mitluba minnha, li kopja ta' dik is-sentenza tgħaddi lill-iskrivan tal-Kamra tad- Deputati sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament. Fil-każ li l-kawża ta' Magro li tinqata' f 'Ottubru wkoll tinqata' favur is-sid, il-Qorti trid terġa tinforma lill-Parlament li l-liġi m'għandhiex saħħa quddiem il- kawża preżenti. Hawn Cutajar spjega li f 'Malta, għal kuntrarju ta' pajjiżi oħra, meta sentenza tiġi ddikjarata bla effett, tiġi ddikjarat hekk għal dik il-kawża partikolari biss. Dan minħabba s-separazzjoni tal-poter bejn il-Qorti, li tinterpreta il-liġi, u l-Parlament, li jagħmel il-liġi. "Diment li dik il-liġi l-Parlament ma jbiddilhiex, mela dik il-liġi tibqa' hemm fuq il-kotba u għan-nies kollha tibqa' tapplika, sakemm ma terġax issir kawża oħra u terġa tiġi ddikjarat nulla," qal mal-ILLUM Cutajar. F'dan ir-rigward tajjeb infakkru illi kienet propju l-gazzetta ILLUM illi żvelat kif bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq il-liġi ġdida tal-qbiela. L-opinjoni tal-avukat Errol Cutajar dwar dan kollu, x'inhi? Għal Errol Cutajar, m'hemmx bilanċ biżżejjed. Skont hu, bħal ma ġara fil-kirjiet residenzjali, bħal ma l-emendi ħolqu xi tip ta' bilanċ dwar dak li hu dritt tas-sid u u d-dritt tal- inkwilin, hekk irid isir permezz ta' liġi bejn is-sid u l-bidwi. Cutajar jibża li jekk dak il-bilanċ ma jintlaħaqx, il-konsegwenzi jkunu koroh. L-Avukat tal-Istat Chris Soler L-Avukat Errol Cutajar