Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
Ġunju 1919: pajjiżna (1) 13 storja illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 rappreżentattiva li kellha Malta. Il-membri eletti tal-Kunsill tal-Gvern, u li kienu naqsu li jieħdu posthom fil-Kunsill, issa fetħu l-kanuni fuq il-Gvern. Huma bdew jisħqu mal-poplu li huma kienu wissew ripetutament kontra l-miżuri li kienu ħadu l-awtoritajiet f 'Londra u Malta, u kemm kienu saħqu li Malta kienet fqira wisq biex tidħol għal dawn ix-xogħlijiet kbar kollha f 'daqqa jew biex iġġorr it-taxxi li kienu daħlu. Il-politika tal-Gvern, huma qalu, kienet tidher li se toħloq instabbiltà ekonomika kbira u ġġib lil Malta fi kriżi, imma l-Gvern ma kienx ta' widen u baqa' jonfoq il-flus mingħajr ma jħabbel rasu għall- futur. Huma fakkru li fl-1902 il-poplu kien ġie imwissi kontra s-sens ta' ewforija li kien qed jaħkem lill-gżira u li la darba dawn ix- xogħlijiet jispiċċaw Malta taqa' fi kriżi. Ftit snin ta' prosperità, huma saħqu, kienu se jderru u darrew lill-ħaddiem Malti għal-livell ta' għajxien li għada pitgħada kien se jkun impossibbli għalih li jmantni. Iffaċċjat min din il-kriżi u din il-kritika il- Gvernatur, fl-1906, ħatar sottokumitat 'biex jikkunsidra l-kwistjoni ta' kif seta' jinkiseb bilanċ permanenti bejn id-dħul u n-nefqa tal-Gvern.' Iżda l-alternattivi li sab quddiemu dan il-kumitat kienu tnejn: tnaqqis fin- numru tal-impjegati tal-Gvern jew żieda fit- taxxi eżistenti, inkella l-impożizzjoni ta' taxxi ġodda. Dawn kienu żewġ alternattivi, li kif rajna, żgur ma kinux se jkunu popolari ma' poplu diġà magħfus sew. Il-kumitat ħass li ż-żieda fin-numru ta' nies bla xogħol ma kien ta' vantaġġ għal ħadd. Barraminhekk wieħed ma setax jistenna li nies bla dħul finanzjarju jħallsu t-taxxi. Kieku kellu jkun hekk, żgur li kienu se jaqgħu fuq il-Gvern għall-għajnuna u jkomplu jżidu mal-piżijiet finanzjarji li diġà kienu jeżistu. Għalhekk il-kumitat wasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm triq oħra ħlief li jiżdiedu t-taxxi u b'mhux inqas minn £37,800 fis-sena. Mandankollu, din il-miżura li ma kienet popolari xejn mal-poplu, lanqas laħqet l-għanijiet tagħha u fl-1908 il-Gvern waqqaf kumitat ieħor biex jistudja l-operat tad- Dipartimenti tal-Gvern ħalli tkun tista' titnaqqas in-nefqa f 'dan is-settur. Dan il- kumitat, waqt li sejjaħ għat-trażżin ta' numru żgħir ta' impjiegi maċ-Ċivil, naqas li jgħid kif verament setgħu jkunu implimentati miżuri sostanzjali biex in-nefqa tal-Gvern tonqos b'mod sinifikattiv. Il-kumitat kien tal-fehma li l-kriżi f 'Malta ma kellhiex x'taqsam man- numru ta' impjegati fis-Servizz Ċivili jew mal-livell ta' pagi tagħhom, imma mal-fatt li l-iskwarda navali Ingliża u numru ta' riġmenti kienu telqu minn Malta b'telf għall-ekonomija lokali. F'Londra, is-Segretarju għall-Kolonji, Lord Crewe, ma qabilx ma' din il-konklużjoni u insista kemm fuq it-tnaqqis tal-impjegati kif ukoll fuq riforma tas-Servizz Ċivili. Għalhekk huwa, fl-1908, bagħat Malta lil Robert MacCarthy biex jagħmel riforma fid-Dwana li wara kollox kienet tipprovdi l-akbar dħul għall-Gvern Malti. Bis-saħħa ta' MacCarthy, id-dwana wasslet biex tiffranka mhux inqas minn £14,000 fi żmien sentejn. Crewe ma waqafx hemm u, f 'Diċembru 1909, ordna lill-Gvernatur Sir Leslie Rundle biex iwaqqaf Kumitat tal-Finanzi sabiex jeżamina ix- xogħol tal-kumitati li ġew qabel u jara kif setgħu jiġu implimentati numru sostanzjali ta' tnaqqis fin-numri tas-Servizz Ċivili u fin- nefqa pubblika. Iżda anki dan il-kumitat falla f 'dan il- għan u, bħal dawk ta' qablu, sejjaħ għal żieda fit-taxxa li tlaħħaq 'il fuq minn £43,000 fis-sena. L-Uffiċjali fil-Colonial Office xejn ma kienu kuntenti b'din il-konklużjoni. Wieħed minnhom, waqt li ammetta l-ħtieġa immedjata li jiżdied id-dħul tal-Gvern f 'Malta, wissa li żieda kbira bħal din ma tistax ma żżidx ukoll ir-rabja tan-nies kontra l-Gvern. Wingfield, uffiċjal ieħor fl-istess uffiċju miegħu, ilmenta kontra l-fatt li l-isforzi tagħhom fuq medda ta' erbgħin sena biex jibdlu t-taxxa fuq il-qamħ ma' taxxi oħra, dejjem fallew. Dan kien punt importanti. Il-parti l-kbira tad-dħul tal-Gvern, għal aktar minn seklu, kien jinkiseb mit-taxxa fuq il-qamħ, li wara kollox ma kinitx ħlief taxxa fuq il-ħobża ta' kuljum tal-ħaddiem u l-familja tiegħu. Kien il-ħaddiem li jġorr l-akbar piż tat-taxxi f 'Malta. Imma l-membri eletti dejjem irreżistew l-idea li jiġu imponuti taxxi fuq prodotti oħra jew tidħol xi taxxa fuq il-wirt. Dan il-punt huwa importanti għax wieħed għandu jiakar li l-irvellijiet tas-7 ta' Ġunju 1919 kienu wkoll protesta kontra ż-żieda fil-prezz tal-ħobż. Wieħed irid jiakar ukoll li l-folla rrabjata li inġabret fil-Belt Valletta dakinhar, wieħed mill-miri tagħha kienu id-djar ta' dawk li kienu importaturi tal-qamħ. Għalhekk, wieħed għandu hawn jinduna li kien hemm rabta bejn ir-rabja tal- folla u s-sistema ta' taxxa li kienet tagħfas fuq il-poplu għal aktar minn seklu. Kemm dan kien minnu jidher fil- korrispondenza bejn is-Segretarju għall- Kolonji u l-Gvenatur fejn tal-ewwel esprima id-diżappunt tiegħu bix-xogħol tal-Kumitat tal-Finanzi u fakkar fuq l-impatt ħażin li żieda fit-taxxa sejra jkollha fuq il-ħaddiema f 'sitwazzjoni magħmula agħar minn nuqqas kbir ta' xogħol. Għalhekk, fuq parir ta' Wingfield, huwa informa lill-Gvernatur li kien se jibgħat f 'Malta Kummissjoni Rjali biex tistħarreġ 'in-numri ta' dawk impjegati mas-Servizz Ċivili, kif wkoll l-effiċjenza tiegħu,' kif ukoll il-finanzi tal-gżira u l-possibiltajiet li t-taxxi jiġu imponuti fuq ħwejjeġ oħra minflok kif kienu preżentament u li jinstabu sorsi ġodda ta' dħul għall-Gvern. It-tliet Kummissarji, Francis Mowatt, Russell Rea u Mackenzie Chalmers, ma' dawn l-istruzzjonijiet kellhom ukoll miżjud eżami tas-sistema ġudizzjarja f 'Malta, għax skont Londra, din kienet qed twassal għal ksur ta' drittijiet u telf ta' kummerċ li setgħet tgawdi minnu l-kolonja. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...) Il-Monument tas- Sette Giugno Gerald Strickland