Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum Tlieta minn nies bi ġrieħi ħfief wara li tisplodi l-Kamra tan- Nar 15 ta' Awwissu fil-Mosta Ilbieraħ wara nofsinhar seħħet splużjoni kbira fil-Kamra tan- Nar 15 ta' Awwissu fil-limiti tal-Mosta. Minkejja l-isplużjoni, fortunatament ħadd ma miet f 'din l-u jidher li lanqas kien hemm inċidenti maġġuri. Kienu tlieta minn nies fil-fatt li ġarrbu ġrieħi ħfief u kellhom jittieħdu l-isptar, minn total ta' 11-il persuna li kienu fil-kamra waqt il-ħin tal-isplużjoni. Nies fil-Mosta li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi l-ewwel seħħet splużjoni kbira li kienet segwita minn diversi splużjonijiet oħrajn żgħar. Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta Il-President ta' Malta George Vella qal li fil- Palazz tal-President, il-Belt Valletta, qiegħed isir xogħol professjonali u rringrazzja lil kull min huwa involut fil-proġett ta' restawr imexxi minn Heritage Malta. "Naħseb li kien xieraq li palazz bħal dan, li huwa ġojjell, wieħed jagħmel minn kollox biex jerġa' jġibu lura għal dak li kien", qal il-President. Akkumpanjat mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-President Vella żar ix-xogħlijiet fost oħrajn fl-Uccelliera, is-sala fejn il-Gran Mastri kienu jżommu l-għasafar eżotiċi u li sa it tas- snin ilu kienet maqsuma f 'ħafna kmamar, li kienu jinkludu anke l-Uffiċċju tal-Ispeaker. Il-Perit responsabbli mill-proġett David Zahra spjega lill-President li f 'din is-sala reġa' tpoġġa s-suffett, impitter minn Niccolò Nasoni bejn l-1723 u l-1725, u li kien tneħħa minn postu fit- Tieni Gwerra Dinjija u qatt ma reġa' twaħħal. Il-President Vella żar ukoll ix-xogħlijiet fl- Armerija oriġinali tal-Palazz li jinsabu fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il- pavimentar u s-suffett wara li tlesta r-restawr tal-iskema tal-ħitan. Il-President stqarr li jinsab impressjonat bl-ammont ta' materjal li nstab u reġa' sab postu fil-Palazz u awgura li dan il-proġett jitgawda mill-poplu. "Kollox sar bl-aħjar interess tal-binja biex nerġgħu nġibu lura l-importanza li kellu dan il-Palazz fl- istorja ta' pajjiżna", żied jgħid il-President Vella.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022