Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
03 illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 aħbarijiet 'Jien nirrispetta l-indipedenza tal-Avukat Ġenerali' – Il-Ministru għall-Ġustizzja jirreaġixxi dwar it- talba għar-riżenja ta' Victoria Buttigieg L-MPU qed issejjaħ għar-riżenja tal- Avukat Ġenerali wara l-patteġġjament li sar ma' Daren Debono, it-Topo, fil- każ tal-attentat ta' serqa mill-HSBC YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għall-Ġustizzja saħaq mal-gazzetta ILLUM li hu jirrispetta l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li fakkar li dan jaħdem kompletament b'mod awtonomu u indipendenti mill-Ministeru. Il-gazzetta ILLUM talbet ir- reazzjoni tal-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard wara li l-Malta Police Union, talbet għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg minħabba l-każ ta' Daren Debono, magħruf bħala t-Topo u l-każ tal-attentat ta' serqa mill-HSBC. Il-Ministru qal mal-ILLUM li mingħajr ma jidħol f 'ebda każ partikolari, hija l-Qorti li tiddetermina d-deċiżjoni aħħarija meta quddiemha jiġu kwistjonijiet ta' dan it-tip. "Xogħol il-politiku hu li jara li l-istituzzjonijiet, inkluż dan l-uffiċċju, jaħdmu f 'serenità bir-riżorsi kollha meħtieġa u b'fiduċja sħiħa," temm jgħid il-Ministru. Fi stqarrija, aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Malta Police Union talbet għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u akkużatha li falliet milli tipproteġi lill-pulizija u lil dawk li jaħdmu biex iżommu l-pajjiż sigur. Il-Unjin kienet qed tirreaġixxi għad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, meħuda f 'Jannar li għada, biex bħala parti minn patteġġjament titwaqqa' l-akkuża ta' attentat ta' umiċidju li Daren Debono kien qed ikun akkużat biha. Dan wara, biss wara 20 sena, Daren Debono wieġeb ħati għall- involviment tiegħu fl-attentat ta' serqa mill-HSBC fl-2010 u li fiha kienu sparati diversi tiri lejn uffiċjali tal-Pulizija li laħqu marru fuq il-post u sfrattaw is-serqa. Eventwalment huwa ngħata sentenza ta' għaxar snin u sitt xhur ħabs u anke ġie ordnat iħallas multa ta' €18,000. Il-patteġġjament sar bil-għan li Debono jkun jista' jixhed kontra Vince Muscat, il-Koħħu, li wkoll qed jiffaċċja akkużi b'rabta ma' din is-serqa. Eventwalment, fl-14 ta' Jannar li għadda, il-Malta Police Union kienet ressqet ukoll protest ġudizzjarju u li fih uriet "it- tħassib, il-konfużjoni u d-disgust" tagħha għal din id-deċiżjoni. Il-Protest Ġudizzjarju kien qal li din l-azzjoni baxxiet il-moral tal- Pulizija li issa se jaħsbuha darbtejn qabel ipoġġu ħajjithom fil-periklu meta ffaċċjati b'sitwazzjonijiet simili/ L-MPU kienet infurmat lill- Avukat Ġenerali li se żżomm lill- istess Uffiċċju responsabbli għal danni passati u futuri li jistgħu jinqalgħu minħabba dan il-każ. Issa qed tisħaq ukoll li tinsab iddiżapuntata, li kważi sitt xhur wara, l-Avukat Ġenerali baqgħet qatt ma wieġbet għal dan il- Protest. L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u (fiċ-ċirklu) il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard Fuq il-Baħar - Moħħok Hemm... TM tniedi kampanja għall-imġieba prudenti fuq il-baħar Is-sajf Malti jġib miegħu influss qawwi ta' nies li jagħmlu użu mill-kosta biex iqattgħu it tal-ħin ħdejn il-baħar. B'hekk huwa importanti li wieħed igawdi dawn iż-żoni b'mod xieraq u prudenti, mingħajr ma jkun ta' periklu għalih jew għal nies oħra madwaru. Hekk stqarr il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt tnedija ta' kampanja edukattiva li se tkun qed titmexxa minn Transport Malta (TM) bl-isem ta' Fuq il- Baħar, Moħħok Hemm. L-iskop ewlieni ta' din il-kampanja huwa li toħloq għarfien ta' kif wieħed jista' jġib ruħu b'mod xieraq u prudenti fuq il-baħar - b'mod speċjali tul ix-xhur tas-sajf. Il-Ministru Farrugia qal li filwaqt li l-edukazzjoni hija importanti, l-infurzar jassigura li r-regoli qed jiġu segwiti u b'hekk irringrazzja lill-uffiċjali tal-Infurzar Marittimu ta' Transport Malta li jaħdmu qatigħ b'mod speċjali tul ix-xhur tas-sajf biex iżommu l-ibħra Maltin siguri. "Ħafna minn dan ix-xogħol iġib miegħu ħinijiet twal 'il bogħod mill-familja u f 'temp li ma jgħinx biex wieħed jaħdem fuq barra," qal il-Ministru Farrugia. Huwa saħaq ukoll li l-Gvern huwa kommess li jaħdem fuq kull livell biex tiżdied is-sigurtà u rrimarka li l-imġiba kollettiva hija essenzjali kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Fuq liema punti se tiffoka din il-kampanja ? • L-użu tal-life jackets. • L-użu xieraq ta' mollijiet u slipways. • L-Avviżi lill-Baħħara. • Il-fairways. • L-immaniġġjar tal-iskart fuq il- baħar. • Id-daqq ta' mużika fuq il-baħar. • Veloċità eċċessiva. • L-użu xieraq ta' swimmer designated zones. • L-irbit tad-dgħajjes. • It-trasport ta' dgħajsa fuq karru. • L-użu xieraq tal-kill chord. • It-tindif tad-dgħajsa. L-użu tal-life jackets, id-daqq ta' mużika fuq il- baħar u l-veloċità eċċessiva fost it-temi li fuqhom se tiffoka din il-kampanja