Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 L-estremitajiet fit-temperatura tal-baħar timpatta mhux biss il-bram imma anke l-preżenza ta' speċi aljeni ta' ħut Il-bijologu marittimu, Alan Deidun jitkellem mal-gazzetta ILLUM dwar kif qed tinbidel drastikament it- temperatura tal- baħar u l-impatt li dan se jkollu fuq il- bram, il-ħut u ħlejjaq oħra YENDRICK CIOFFI Il-bijologu marittimu, Alan Deidun spjega mal-gazzetta ILLUM kif din is-sena nnutaw fenomenu interessanti hekk kif il- baħar kesaħ aktar mis-soltu imma f 'temp ta' it jiem it-temperatura għoliet f 'salt. Dan kollu jħalli effett mhux biss fuq il-preżenza tal-bram imma anke ta' speċi oħra ta' ħlejjaq tal-baħar. Hekk kif issa s-sħana bdiet u l-bajjiet bdew jimtlew it it, il- gazzetta ILLUM tkellmet mal- Professur Deidun biex tiem aħjar x'nistgħu nistennew mill-baħar din is-sena. Dawn l-imbierka bram, li fl-aħħar jiem dehru ħafna fil- bajjiet, ħa jagħmlu xi sajf iduru ma saqajna? Deidun beda jitkellem dwar it-temperatura tal-baħar li hija importanti u li tista' tgħid tħoll u torbot kemm u x'tip ta' bram jidher u anke l-preżenza ta' ħlejjaq differenti tal-baħar. Qal li t-tim tiegħu, permezz ta' diversi strumenti u metodi oħra josservaw il-baħar kuljum. Spjega kif din is-sena, il-baħar kesaħ aktar mis-soltu, tant li fit-13 ta' Marzu, it 'il barra minn Għawdex, irrapportaw temperatura ta' 14.6 gradi. It-temperatura kienet ilha ħames snin ma tinżel taħt il-15-il grad. Dan il-fatt jista' jkun li wassal għall-fatt li din is-sena kien hemm staġun tajjeb ħafna tal-klamari. Imma t-temperatura għadha kiesħa? Anke jekk diversi għawwiema qalu li l-baħar għadu kiesaħ, Deidun insista li hekk kif l-arja bdiet tisħon, it-temperatura tal-baħar splodiet 'il fuq. Fl-1 ta' Mejju, it-temperatura tal- baħar kienet għadha ta' 16-il grad. Għal Mejju kienet baxxa għax is- soltu tkun madwar id-19-il grad. Ġara li fi żmien tliet ġimgħat, it-temperatura tal-baħar telgħet b'ħames gradi u bħalissa t-temperatura medja hija ta' 21.5 gradi. "Min hu midħla tal-baħar jaf li l-baħar idum ma jirrispondi, mhux bħall-arja. Il-baħar idum biex jisħon u jdum biex jiksaħ," kompla jispjega. Qal li fl-aħħar snin bdew jiġu nnutati estremitajiet fit- temperatura. Is-sena li għaddiet, pereżempju, it-temperatura tal- baħar f 'Awwissu kienet ta' 30 grad, meta s-soltu din it-temperatura tkun irreġistrata fl-aħħar ta' sajf, jiġifieri lejn l-aħħar ta' Settembru. "Dawn l-estremitajiet għadna ma nafux eżatt kif qed jaffettwaw il- ħlejjaq tal-baħar." Dawn l-estremitajiet kif affettwaw il-preżenza tal-bram? Kien hawn li l-ILLUM staqsiet lil Deidun jekk dawn it-temperaturi affettwawx il-preżenza tal-bram u jekk dan ifissirx li għandna sajf bil- bajjiet mimlija bram. Il-bijologu marittimu beda jispjega kif fejn is-soltu iċ-ċiklu tal-bram, jiġifieri minn bajda għal brama adulta, jdum tliet xhur, peress li l-baħar kesaħ ħafna, dan dam madwar erba' xhur u nofs. Din kienet ir-raġuni għaliex il- bram dam ħafna jidher. Mill-aħħar ta' Jannar sa anke it tal-jiem ilu, kien hemm qtajja kbar tal-bram fil- bajjiet. Madanakollu qal li l-preżenza tal-bram diġà bdiet tonqos u qed jistenna li sa nofs Ġunju, it li xejn ikun hawn. Kompla jispjega li dawn il-gruppi kbar ta' bram (jellyfish bloom) mhumiex sostenibbli l-istess kif mhumiex pereżempju qtajja kbar ta' ġurati. Qal kif meta jkun hemm gruppi kbar ta' bram dawn ma jsibux biżżejjed ikel. Apparti minn hekk, kompla jisħaq Deidun, il-preżenza ta' ħut li jieklu l-bram jibda jiżdied ukoll, għax mhumiex il- ieren biss li jieklu l-bram. "Rajna splużjoni ta' speċi differenti ta' ħut li qabel kienu rari u li jieklu l-bram. Kontinwament qed insibu minn dawn il- ħut u n-nies qed jibagħtulna r-ritratti. Hemm ħuta partikolari li fil-Malti tissejjaħ letterament il- ħuta tal-bram (Imperial blackfish). Għandek ukoll il-Ħuta tat-Torok u li l-Għawdxin isejħulha fallakka," kompla Deidun. Fil-fatt, Deidun insista li dan huwa fenomenu li jidher kull sena u li din is-sena dam it aktar għax il-baħar kesaħ ħafna. Madanakollu, issa li t-temperatura tal-baħar jidher li qed togħla malajr, qed jistenna li dan is-sajf se jkun ikkaraterizzat minn baħar sħun ħafna. Kemm hu inkwetanti li l-baħar jisħon malajr u aktar min-normal? Ġaladarba t-temperatura tal- baħar qed tisħon daqshekk malajr u t-temperatura tiegħu fis-sajf dejjem qed tiżdied, l-ILLUM staqsiet lil Deidun x'effett dan jista' jkollu fuq il-ħut u ħlejjaq oħra tal-baħar. Qal li l-akbar impatt se jkun fuq dawk il-ħlejjaq li huma mwaħħla mal-qiegħ u allura ma jistgħux jiċċaqilqu u jaħarbu mis-sħana, bħal dawk il-ħlejjaq jew il-ħut li jpassu bħalma huma l-ieren, il- lampuki jew it-tonn. Ħut ieħor li ma jpassix, jista' jinżel aktar fil-fond biex jaħrab mis-sħaba. Anke r-rizzi li jiċċaqilqu bilmod, meta t-temperatura tisħon ħafna, jinżlu aktar fil-fond. "Aktar sħana twassal għal iżjed m a r d . Hemm ċertu batterji u viruses li jeżistu fil-baħar ukoll li bis-sħana jiżdiedu," kompla jgħid. "Il-ħlejjaq li huma mwaħħla mal-qiegħ ma jistgħux jaħarabu u dawn l-aktar li se jkunu milquta. Anke l-alka li hija pjanta li tagħmel il-uri u l-frott se tiġi mpattata ħażin għax jikbru aktar parassiti fuqha u jkun hemm inqas ossiġnu." Fakkar li baħar sħun ikollu inqas ossiġnu fih u jkun hemm ħut u ħlejjaq li jkampaw u oħrajn le. "Se jkollok speċi li se jbatu anke f'Malta," kompla jisħaq. Apparti minn hekk, Deidun saħaq li se jkun hemm speċi, l-aktar dawk li għall-Mediterran huma aljeni (li jidħlu minn ibħra oħrajn) u li se jgawdu jekk il- Mediterran ikompli jisħon. "Il-Mediterran qed jisħon ħafna aktar minn ibħra oħrajn u għalhekk qed isir tropikali," kompla jispjega. "Dawn l-ispeċi, li qabel kienu jidħlu u jmutu għax il-baħar ikun kiesaħ wisq, issa qed jitkattru." Uħud minn dawn, kompla Deidun, qed jinqabdu u qed jittieklu anke mill-Maltin, f o s t h o m tip ta' granċ partikolari. Fi kliem Deidun, tajjeb li jinqabdu u jittieklu għax jinżammu taħt kontroll. Tant kemm qed isiru komuni, li ċertu ħut aljeni li ma kellhomx isem bil-Malti, issa qed jingħataw isem mis-sajjieda. Semma pereżempju l-ħuta li tlaqqmet il- Qawsalla Madanakollu hemm speċi oħra li qed jidħlu u huma valenuża, bħall-Puffer Fish. "Hemm ħut li għadhom ma waslux u li qed nibżgħu li dalwaqt jaslu bħal-Lion Fish. Din kull fejn daħlet għamlet ħerba u qerdet ħut ieħor." Fil-fatt il- kampanja 'Spot the Alien Fish' ilha għal dawn l-aħħar tliet snin toffri premju ta' kamera ta' taħt il-baħar għall-ewwel persuna li taqbadha jew toħdilha ritratt fl- ibħra Maltin. Deidun temm jappella biex kulħadd jagħti sehmu, inkluż fil-kampanji tagħhom: 'Spot the Jellyfish,' u 'Spot the Alien Fish.' Fi kliemu, kull rapport, anke jekk ikun allarm falz, jgħinhom ħafna fl-istudji tagħhom biex jimu aħjar "il-misteri u s-sigrieti tal- baħar." Alan Deidun