Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum 'F'Mejju jirdoppjaw dawk li jinkitbu f'gym... imma huma ħafna li jaqtgħu qalbhom' Sid ta' gym jgħid illi Mejju huwa l-aktar xahar li fih jinkitbu nies f'gym bi preparazzjoni għas-sajf u sid ta' ħanut tas-sbuħija twissi dwar il-konsegwenzi tax-xemx... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-Sajf issa riesaq sew u xhieda ta' dan hija l-arja sħuna li din il- ġimgħa bdiet tolqot lil gżiritna, in-nixfa li issa hija evidenti kważi kullimkien u l-ħsejjes tal-magni mixgħulin tal-arja kkundizzjonata. Iżda mhux dawn biss huma x-xhieda illi s-sajf issa verament qiegħed magħna. Hemm sinjal ieħor! U dan huwa l-ġenn kollettiv biex nirqaqu, nitilfu it mill-piż jew inkella nibnu figura isbaħ qabel nilbsu dawk il-malji u nerħulha lejn il-baħar. Mal-gazzetta ILLUM sid ta' Gym jikkonferma fil-fatt illi Mejju huwa l-aktar xahar li fih jikkarga x-xogħol fil-gym u allura huwa l-aktar xahar li fih eluf jerħulha fuq xi treadmill jew xi rota jew imorru iqandlu l-ħadid! Minkejja dan iżda Carlin Polidano jisħaq ukoll ma' din il-gazzetta illi "ħafna u ħafna - nistma' kważi 80% - ta' dawk li jibdew gym bħal dan iż-żmien, jaqtgħu qalbhom għax ma jkollhomx għajnuna u xi kultant minflok inaqqsu, iżidu fl-ikel." Huwa jgħid illi minkejja li mhuwiex il-każ għal kulħadd ikun hemm min ma jkollux gwida u allura jibqa' jagħmel l-istess tip ta' eżerċizzju u ma jżidx fid-doża u fit-toqol tal- eżerċizzju. Dan apparti, li ħafna ma jkunux programmati fuq x'se jagħmlu meta jmorru l-gym u fl-istess ħin ukoll x'se jieklu. "Ikun hemm min f i l - f a t t j i s p i ċ ċ a j a q b d u aktar ġuħ u jiekol aktar milli kien jiekol qabel. Nappella lin-nies biex ifasslu pjan ma' xi ħadd professjonali. Dan bħal meta ikollok il-ħsara fil-karozza, mhux għand il-mekkanik tmur?" Mistoqsi liema xejriet qed jinnota f 'dak li jirrigwarda ikel huwa qal li hemm dawk li qed isiru dejjem aktar konxji tal- importanza li jieklu ikel li huwa tajjeb għas-saħħa, imbagħad hemm dawk li huma konxji imma xorta ma jiklux ikel tajjeb għas-saħħa u finalment hemm dawk li ma jagħtux każ. Huwa qal ukoll illi apparti Mejju, f 'Jannar ukoll il-gyms jaraw żieda fl-isħubija u dan minħabba illi dan ix-xahar jiġi wara dak li matulu niċċelebraw u naturalment nieklu ħafna iktar minn normal, għall-festi tal- Milied u l-Ewwel tas-sena. Żieda ta' madwar 15% f 'dawk li ssieħbu f 'gym wara l-Covid Intant ma' din il-gazzetta Polidano saħaq ukoll illi wara li tneħħew ir- r e s t r i z z j o n i j i e t t a l - C o v i d - 1 9 kien hemm żieda qawwija fin-numru ta' nies li inkitbu f 'gym. Mistoqsi għaliex huwa saħaq li hemm żewġ raġunijiet: L-ewwelnett li llum hemm aktar għarfien dwar l-importanza li tkun f 'saħħtek u li tagħmel l-eżerċizzju u t-tieni minħabba li jgħid illi r- r e s t r i z z j o n i j i e t wasslu għall- p r o b l e m i psikoloġiċi. Mistoqsi fil-fatt kemm huwa importanti li persuna tagħmel l-eżerċizzju biex issostni s-saħħa mentali tagħha wkoll, huwa qal illi dan huwa importanti ħafna. Fakkar illi fejn qabel ħafna kienu jqandlu u jġorru l-affarijiet u jimxu - illum bil-kumditajiet kollha bħal karozzi, servizzi ta' take-away li jasallek sal-bieb u anke n-natura ta' ċerti impjiegi, ħafna nies saru jqattgħu ħafna iktar ħin bilqiegħda u jiċċaqalqu ħafna inqas. "Il-ġisem suppost jiċċaqlaq u n-nuqqas ta' ċaqlieq u attività fiżika twassal għal stress fiżiku u anke mentali," temm jgħid mal- ILLUM Carlin Polidano. 'L-irġiel saru vanitużi daqs in- nisa, jekk mhux aktar' Intant il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Svetlana Micallef, sid ta' ħanut ta' sbuħija, dwar dak li jfittxu in-nies hekk kif jibda joqrob is-sajf u min ifittex liema s e r v i z z i . M i c a l l e f - simili g ħ a l dak li j i ġ r i fil-gyms - indikat i l l i b ħ a l i s s a l - k l i j e n t i jirdoppjaw b'ħafna nies ifittxu li jagħmlu waxing jew inkella lazer. Illum il- ġurnata ma tantx għadha moda wisq tmur il-baħar b'ħafna suf, allura wieħed jistenna li huma ħafna iktar dawk li jirrikorru għal dawn is-servizzi ta' sbuħija. Micallef qalet illi llum u fl- aħħar seba' snin, kemm ilha fin- negozju, il-klijenti rġiel żdiedu ħafna u għal kull 10 klijenti nisa li jżommu l-appuntamenti b'mod regolari hemm madwar tliet irġiel. Mistoqsija minn din il-gazzetta x'jagħmlu l-aktar l-irġiel hija wieġbet, "is-suf ta' għajnejhom'. "L-irġiel qed isiru vanitużi daqs in-nisa biex ma ngħidlekx aktar," qalet Micallef. Iktar serji iżda huma l-problemi li jġibu magħhom dawn ix-xhur, speċjalment ix-xemx li ġġib magħha ħafna benefiċċji u anke ħafna problemi. "Jiena dejjem nisħaq dwar l-importanza li n-nies jużaw is- sunblock meta jkunu fix-xemx biex jevitaw ukoll problemi ta' tbajja li qabel kont narahom l-aktar fuq persuni ta' 'l fuq minn 40 sena u llum qed narahom fuq nies ta' 30 sena." Dwar in-negozju tas-sbuħija in ġenerali Svetlana Micallef qalet mal-ILLUM li l-pandemija kienet daqqa kbira għas-settur u li din wasslet biex "ix-xogħol naqas tal- biża'." Hija temmet tgħid ukoll iżda li n-negozju reġa' rkupra u li llum - anke minħabba li issa qed isiru tant attivitajiet soċjali u tiġijiet - is- sitwazzjoni hija "qrib ħafna dik li kienet qabel il-pandemija." Carlin Azzopardi Svetlana Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022