Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 editorjal illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M atul is-snin sistemi politiċi kapitalisti vvalenaw il-kelma 'militanza' - inkluż hawnhekk f 'pajjiżna stess - u daħlet l-idea illi l-militanza hija ħażina, tagħmel il-ħsara lill-ġid komuni, hija kontra l-interess nazzjonali u twassal biss biex il-poplu jew sezzjoni minnu jbati. Huwa fl-interess ta' ħafna gvernijiet - inkluż Maltin, kemm dawk nazzjonalisti li kellna u anke dawk laburisti li għandna - illi jmexxu din in-narrattiva, għaliex il-mil- itanza ħafna drabi ġġib bidliet li l-istess Gvern ma tantx ikun irid jew jixtieq jattwa. Imma dan mhu xejn għajr qerq magħmul biex jilloppja lill-poplu f 'apatija u fl-aċċettazzjoni, li ma jista' jsir xejn u ma jista' jinbidel xejn. Biex in-nies jaħsbu li l-vuċi tagħhom mhux se tagħmel wisq differenza u li jekk joħorġu jipprotestaw u jikxfu snienhom kontra l-awtoritajiet se jkunu qed jagħmlu l-ħsara lill-pajjiż jew saħansitra jittradixxu lill-kollegi tagħhom, lill-ġirien tagħhom jew inkella liċ-ċitta- dini tal-istess nazzjonalità. Xejn ma jista' jkun aktar 'l bogħod mill-verità. Hija bil-militanza li l-moviment ambjentali f 'dan il-pajjiż - fl-aħħar snin - kiseb ir-riżultati u waqqaf oxxenitajiet li kienu se jkomplu jieklu u jeqirdu mill-art agrikola u mill-ambjent naturali ta' pajjiżna. Il-protesti li għalihom attendew eluf ta' nies kontra l-proġett taż-Żonqor mhux biss ħallew il-frott darba, iżda darbtejn. L-ewwel darba meta l-Gvern kellu jbiddel il-pjanijiet u jmexxi l-Università Amerikana ta' Malta lejn Bormla - pass li llum ħadd ma jiddubita l-ġid u t-tajjeb li ħalliet - u t-tieni darba issa meta l-PM Robert Abela kellu jwaqqa' pjanijiet għal marina fl-istess lokalità: Wied il-Għajn. Kienu jiġu r-riżultati kieku minflok il-protesti u l-militanza l-għaqdiet ambjentali u r-residenti rrikorrew għall- kumdità tal-midja soċjali u s-silenzju? Le, żgur li le. Nistgħu nsemmu wkoll l-protesti li saru f 'Burmarrad, l-Imrieħel u dawk f 'Pembroke fuq il-proġett tad-db, fejn forsi minkejja li l-proġett se jibqa' għaddej l-oppożizzjoni għalih qajmet kuxjenza u wasslet għal ċerti tibdiliet. F'dawn l-istanzi kollha l-għaqdiet ambjentali għamlu pressjoni, permezz ta' protesti, konferenzi, kitbiet inċiżivi u effettivi fil-midja u ħafna drabi ġabru l-appoġġ ta' ħafna mill-midja indipendenti, bħal-ILLUM. Ir-risposta għas-salvazzjoni tal- wirt ambjentali tagħna, tal-qalba tal-irħula tagħna, tal-bdiewa tagħna u tal-karatteristiċi Maltin, mhix qegħda f 'idejn il-politiċi tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista - minkejja li huma jilleġiżlaw. Dawn urew ħafna drabi, li ħadd minnhom it-tnejn mhu kapaċi jqum u jieqaf għall-iżvilupp fejn dan ikun qed jeqred, ikerrah jew inkella jwassal għal inkonvenzjenzi kbar. Għax l-iżvilupp jarawh bħala voti. Is-soluzzjoni ġejja mit-toroq, pjazez, mill-attivisti u minn nies. Aħna nistgħu nbiddlu, aħna nistgħu nqajmu l-kuxjenza ta' dan il-pajjiż, aħna nistgħu nsalvaw l-isbuħija naturali li għad fadal. Billi nuru lill-politiċi - speċjalment lill-Gvern - li l-poplu qed jinbidel, li l-poplu irid Malta isbaħ, Malta ta' spazji miftuħa, Malta nadifa - metaforikament u litteralment - Malta, Maltija, bil- karatteristiċi kollha li jagħmluha Maltija. U dan jista' jsir b'għodda waħda: Il-militanza. Tħallux minn ibellagħielkom li s-silenzju huwa aħjar, anke jekk ħafna drabi hekk jidher. Kunu l-vuċi, ma' ħafna oħrajn bħall-Moviment Graffitti, li titkellmu għal dak li huwa sew u ġust u għal Malta aħjar, iktar sostenibbli u li tirrispetta ħafna aktar l-ambjent. Hemm ħafna theddid fuq l-ambjent ta' pajjiżna, fosthom kif Wied il-Pwales - wieħed mill-isbaħ widien ta' pajjiżna, b'wieħed mill-isbaħ xenarji, żona ta' importanza agrikola, wkoll jinsab mhedded mill-proġett tal-mina bejn il-gżejjer. Hemm il-kwistjoni tal-indafa, hemm il-kwistjoni taħraq tal-bdiewa u kif dawn qed jitilfu l-art jew inkella jabbandunawha għax ma għadx għandhom l-għajnuna u s-sostenn meħtieġ, hemm il-kwistjoni ta' bini fuq art ODZ, proġett ta' solar farm daqs sitt grawnds tal-futbol fuq art xagħri fl-Imġarr. Ir-rgħiba ġejja minn kullimkien u allura huma gruppi organizzati u militanti, appoġġjati mill-poplu u mill- midja biss li jistgħu verament ikomplu jċaqalqu u jbiddlu l-affarijiet. Protezzjoni tal-ambjent: L-importanza tal-militanza

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022