Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-kittieba u awtriċi Daphne Du Maurier (1) L-awtriċi u novellista Dame Daphne Dun Maurier, DBE, kellha diversi xogħlijiet minn tagħha li ġew addattati għal fuq il-liżar il-kbir. Il-famuż direttur ta' ħafna films ta' eċitament u qtigħ-il qalb, Alfred Hitchcock ġab xi wħud minnhom għaċ-cinema. Daphne Dun Maurier, magħrufa wkoll bħala Lady Browning, twieldet nhar it-13 t' Mejju 1907 u mietet ta' kważi 82 sena fid-19 ta' April 1989. Ħafna kritiċi jikklassifikawha bħala kittieba romantika, pero' l-istejjer li kitbet huma mimlija burdati, tensjoni u misterju bi ħjiel ta' atmosfera paranormali. L-aktar volumi tagħha li nbiegħu għall- ewwel il-kritiċi ma ħaduhomx bis-serjeta', imma maż-żmien akkwistaw reputazzjoni qawwija għall-mod kif jiżvolġu fir- rakkont tagħhom. Kotba minn tagħha li saru films jinkludu Rebecca, Jamaica Inn, My Cousin Rachel u stejjer qosra bħal The Birds, Don't Look Now (Not After Midnight). Din l-awtriċi għaddiet ħafna minn ħajjietha f "Cornwall, l-Ingliterra, il-post fejn diversi mill-novelli tagħha huma ambjentati. Hekk kif il-fama tagħha kibret, hi saret aktar iżolata, qisha eremita msakkra ġewwa. Il-ġenituri tagħha kienu Sir Gerald Du Maurier, attur u maniġer tal-palk u l-attriċi tal-palk, Muriel Beaumont. In-nannu tagħha kien George Du Maurier li kien ipinġi l-karikaturi. Daphne Du Maurier twieldet f 'Londra u kienet il-fustanija minn tliet itfal bniet. Ommha kienet in-neputija ta' William Comyns Beaumont, ġurnalista, awtur u għalliem universitarju. Nannuha, George Du Maurier kien ipinġi għall-gazzetta umoristika Punch u kkrea l-karattru ta' Svengali fin-novella Trilby, xogħol li ġie ffilmjat darbtejn. Oħtha l-kbira Angela wkoll saret kittieba u ż-żgħira Jeanne kienet tpitter. Il-konnessjonijiet li kellha l-familja Du Maurier għenuha biex tistabilixxi l-karriera letterarja tagħha u ppubblikat xi wħud mix-xogħolijiet bikrin tagħha fil-Bystander magazine li kien jippartjeni lill-familja t'ommha. L-ewwel novella li kitbet The Loving Spirit ġiet ippubblikata fl-1931. Hi kienet ukoll kuġina tat-tfal ta' Llewellyn Davies li kien l-ispirazzjoni biex l-awtur J. M. Barrie bbaża l-karattru tar-reċta Peter Pan jew The Boy Who Wouldn't Grow Up. Minħabba ċ-ċelebrita' ta' missierha Daphne għamlet konoxxenza ma' diversi atturi prominenti tal-palk. Meta ltaqgħet mal-attriċi tal-films Talulah Bankhead hi sostnietn li din kienet l-isbaħ kreatura li qatt rat. In-novella Rebecca kienet waħda mill- aktar ta' suċċess għaliha. Mill-bidu marret tajjeb u bejn l-1938 u l-1965 inbiegħu mat-3 miljun kopja. Dejjem baqgħet tiġi ppubblikata u ġiet addatta kemm għal fuq il-palk u diversi drabi għaċ-ċinema. Fl- Isati Uniti, Du Maurier rebħet in-Nation al Book Award fejn l-Assoċazzjoni tal- Bejjiegħa tal-Kotba fl-Amerika vvotaw Rebeca bħala l-volum favorit tagħhom. Xogħlijiet oħra sinjifikanti kienu jinkludu The Scapegoat, The Horse On The Strand u The King's General. Dan tal-aħħar hu ambjetat bejn l-Ewwel u t-Tieni Gwerer Civili Ingliżi, miktub mill-lat Rojalista ta' Cornwall, il- post addottiv tagħha. Diversi novelli oħrajn tagħha wkoll ġew addattati għal fuq il-liżar ċinematografiku; fosthom insibu Jamaica Inn, Frenchman's Creek, Hungry Hill u My Cousin Rachel. Il-film ta' Hitchcock The Birds (1963) hu bbażat minn fuq trattament ta' waħda mill-istejjer qosra tagħha, kif ukoll Don't Look Now (1973). Mill-films maħduma fuq xogħlijiet letterarji taghha, Du Maurier kienet dejjem tgerger u tammetti li l-uniċi li għoġbuha kienu Rebecca u Don't Look Now. Kemm hi u kemm id-direttur Hitchcock ma riedux ikollhom x'jaqsmu mal-film Jamaica Inn (1939) minħabba li t-tmiem tiegħu reġa' nbidel biex jakkomodaw ix-xewqa tal- protagonist Charles Laughton. Du Maurier ukoll ħasbet li Olivia De Havilland ma kenitx addattata bħala l-viljakka ta' My Cousin Rachel. Frenchman's Creek mar ħafna aħjar ġo versjoni b'Technicolor lussuż fl-1944. Hi kienet iddispjaċuta wara li għażlet lil Alec Guinness bħala l-protagonist ta' The Scapegoat li ffinanzjat parti minnu. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022