Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
19 Robert Aquilina huwa l-President tal-NGO Repubblika opinjoni illum • IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 F 'nofs il-ġimgħa li għaddiet, jiena u sħabi ta' Repubbli- ka erġajna ltqajna quddi- em id-Depot tal-Pulizija. Matul dawn l-aħħar sentejn – kemm ilu Kummissarju Angelo Gafà – tli il-kont ta' kemm-il darba kellna mmorru hemmhekk nindirizzaw il-ġurnalisti jew nipprotestaw. Is-sena l-oħra saħansitra għamilna tlett ijiem u tlett iljieli sħaħ ikkampjati hemmhekk biex infakkru lil Gafà li kien għadu ma ressaq lil ħadd il-Qorti fuq il-korruzzjoni li seħħet mill-2013 sal-lum. F'ħafna minn dawn l-okkażjonijiet kont mistoqsi, kemm mill-ġurnalisti kif ukoll min-nies fit-toroq, jekk aħna rridux lil Gafà jirriżenja. Dejjem weġibt li lil Gafà ridnieh jaħdem u jġib ir-riżultati u mhux idabbar rasu. Kien jaf għal xiex dieħel Meta applika għall-kariga ta' Kummissarju, Gafà kien jaf x'kien mistenni minnu. Sentejn u nofs qabel, f 'pajjiżna kienet inqatlet ġurnalista minħabba l-korruzzjoni. Ftit tax-xhur qabel f 'pajjiżna kellhom jirriżenjaw Prim Ministru, iċ-Chief of Staff tiegħu, l-iktar Ministru b'saħħtu tal-Gvern u d-Deputat Mexxej tal-partit fil-Gvern wara protesti kbar li għamilna fil-belt kapitali. Internazzjonalment, isem pajjiżna kien sar sinonimu mal-maa. Gafà kien jaf li pajjiżna kellu bżonn Kummissarju tal-Pulizija li jkun kapaċi jwettaq tindifa kbira. Gafà kien jaf bil-lista twila ta' każijiet ta' korruzzjoni li, minkejja l-provi li kien hemm dwarhom, il-pulizija ma ħaditx passi konkreti fuqhom. Għaddew sentejn u għadna ma rajna lil ħadd minn dawn imkaxkar il-Qorti. Lanqas każijiet sempliċi bħall-job fantażma mogħti lil Melvyn euma għadhom ma ssolvew taħt Gafà. Lanqas dwar każijiet li dwarhom inkitbu rapporti tal-FIAU u li ilhom fid-dominju pubbliku għal snin twal – bħall- Panama Papers – għadu ħadd ma tlibbes il-manetti minn Gafà. Ma ressaq lil ħadd Meta applika għall-post ta' Kummissarju, Gafà kien jaf li anke isem il-Korp tal-Pulizija kien jinsab fil-qiegħ. Uffiċjali għolja tal-Korp inqabdu li kienu qed jaġevolaw lill- kriminali minflok jinvestigawhom u jipprosekwuhom. Gafà kien jaf li l-Korp kellu bżonn Kummissarju li jieħu passi kontra dawk li żebilħu 'l-uniformi u umiljaw lill-Korp tal-Pulizija. Gafà kien jaf dan kollu anke għaliex il-post ta' Kummissarju kien safa battal propju minħabba l-istraġi li għamel il-predeċessur tiegħu. Iżda x'ġara minn nies bħal Silvio Valletta, Ian Abdilla, Ray Aquilina u Lawrence Cutajar? Anke dwar dawn Gafà għadu m'għamel assolutament xejn minkejja x-xhieda ġuramentata kollha li smajna fil-Qorti. Kontinwità tal-impunità Meta applika għall-post ta' Kummissarju, Gafà kien jaf li kellu biċċa xogħol kbira quddiemu. Aħna, bħall-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, emminna li Gafà daħal għal din il-biċċa xogħol biex iġib ir-riżultati, biex jirranġa dak li kien tkisser, u mhux biex jagħti kontinwità lill-impunità. Għalhekk, ħassejna li kellna nagħtuh iċ-ċans kollu li kellu bżonn biex din il-biċċa xogħol jibda jagħmilha u jibda jġib ir-riżultati. Anzi, għamilna iktar minn hekk. F'laqgħa li kellna wiċċ imb wiċċ miegħu fid-Depot, lil Gafà wegħidnieh li aħna konna lesti nappoġġjawh fil-beraħ jekk hu jwettaq dmiru u jkun leali lejn pajjiżna, lejn il-poplu tagħna u lejn il-ġustizzja. Iżda minn dak kollu li kellu jagħmel Gafà m'għamel xejn. F'sentejn Gafà ma ressaq lill-ebda politiku l-Qorti fuq korruzzjoni, ma ressaq lil ħadd dwar il-korruzzjoni li qatlet lil Daphne Caruana Galizia u ma ressaq lill-ebda eks uffiċjal tal-Korp li nqabad iħawwad mal- kriminali. Taħt Gafà lanqas qed jitressqu dawk li l-inkjesti qed jgħidulu biex imexxi dwarhom. La ressaq lil Karl Cini kif qallu l-Maġistrat tal-inkjesta Egrant u lanqas ressaq lis-sid u d-diretturi tal-bank Pilatus minkejja inkjesta li switilna iktar minn seba' miljun ewro. Aħna qatt ma ppretendejna u ma stennejniex li Gafà se jirnexxielu jsolvi kull każ u jressaq lil kull min għandu jressaq fl-ewwel sentejn tiegħu bħala Kummissarju. Iżda żgur li ħadd b'rasu fuq għonqu ma jista' jaċċetta l-fatt li Gafà għamel propju l-oppost, jiġifieri assolutament XEJN. Skandli ġodda Taħt Gafà mhux biss kompliet l-impunità dwar każijiet qodma, iżda issa bdejna nsiru nafu wkoll b'każijiet ġodda ta' persuni kriminali li qed jitħallew jagħmlu li jridu. Biżżejjed insemmi li taħt Gafà lanqas qed jiġi arrestat min jinħareġ mandat ta' arrest internazzjonali fil-konfront tiegħu. Anzi, lil dan Iosif Galea, ħallewh imur jixxala f 'vaganza mal-Prim Korrott Joseph Muscat. Ir-riut tal-Gvern li jilqa' t-talba tagħna u tal-union tal-pulizija biex issir inkjesta indipendenti dwar dan il-każ tinten seba' pesti. Dan l-aħħar smajna wkoll – f 'xhieda ġuramentata ta' membri tal-Korp tal-Pulizija – li nstabu provi li xi ħadd fil-Korp ixxaħħam biex ma tittiħidx azzjoni fuq ir-reati li kienu qed iwettqu l-istess Iosif Galea u l-allegati kompliċi tiegħu. X'għamel Gafà dwar din l-evidenza li ilu jaf biha mill-inqas 6 xhur? Għal darb'oħra, XEJN. Dwar dawn il-każijiet Gafà lanqas id-diċenza bażika li jagħmel konferenza stampa u jwieġeb għad- domandi leġittimi tal-ġurnalisti ma kellu d-diċenza. Dan minkejja li fl-interview li għamlulu biex isir Kummissarju, huwa kien wiegħed li se jkun qed jinforma lill-pubbliku b'mod regolari. Minflok, sentejn wara, spiċċajna b'Kummissarju jilgħab noli mal- ġurnalisti u jgħaddi minn bibien sekondarji meta jkun hemm xi ħadd qed jistennieh barra b'mikrofonu f 'idu. Korp demoralizzat Il-Kummissarju Gafà qed ifalli anke fit-tmexxija ta' kuljum tal- Korp tal-Pulizija. Titkellem ma' min titkellem fil-Korp, ħlief għall-it tal-qalba, ilkoll jgħidulek li bil-mod kif imexxi Gafà neħħielhom kull sens ta' inizzjattiva u ta' sodisfazzjon professjonali. Kwistjonijiet mal-unions tal- pulizija ħalliehom ikaxkru x-xhur u baqa' ma solvihomx akkost li żied id-dwejjaq, ir-rabja u l-kunflitt bejn il-membri tal-Korp. Gafà saħansitra ġie jaqa' u jqum minn sentenza tal-Ombusdman li tat raġun lill- Eks Supretendent Anastasi, tant li dan kien kostrett jiaħ kawża kostituzzjonali biex jieħu r-raġun li hu tiegħu bi dritt. Is-silenzju ta' Gafà fuq l-iskandlu tal-maħfra li ngħata t-Topo minkejja t-tiri li spara lejn il- pulizija u minkejja li l-Istat ma ħa xejn mingħandu lili turini li hawn għandna Kummissarju li mhu lest jerfa' l-ebda seba' biex jiddefendi lill-pulizija. Bil-maqlub, il-kriminali politiċi u l-kriminali li huma qrib ħafna ta' ċertu politiċi qed isibu kenn ġmielu fin-nuqqas ta' azzjoni ta' Gafà. B'Gafà fit-tmun tal-Korp dawn jistgħu jibqgħu jiġġerrew barra, jsiefru, jixxallaw u jtellgħu r-ritratti fuq Instagram waqt li Gafà jkun qed jedha jara xi partita futbol jew jiġbor xi medalja. Irriżenja Għalhekk, meta nhar l-Erbgħa erġajna morna quddiem id-Depot ħadna magħna streamer bil-kitba 'IRRIŻENJA'. Nhar l-Erbgħa għamilnieha ċara li aħna m'għad għandna ebda fiduċja li Angelo Gafà jista' jkun parti mis-soluzzjoni li għandu bżonn pajjiżna. Fis-sentejn li ilu jmexxi l-Korp, Gafà irrenda lilu nnifsu parti intrinsika mill- problema. Jekk għad baqagħlu nitfa integrità Gafà għandu jibgħat l-ittra ta' riżenja tiegħu illum qabel għada u jħalli f 'idejn xi ħadd li kapaċi jaħdem, irid jaħdem u tassew jaħdem biex f 'pajjiżna ssaltan il- ġustizzja. Li jibqa' hemm u li jibqa' ma jagħmel xejn dwar dak kollu li ktibt dwaru llum u dwar għexieren ta' każijiet oħra li qed jitħallew jakkumulaw it-trab fuq l-ixkafef tad-Depot mhijiex sitwazzjoni li se nibqgħu naċċettaw. Robert Aquilina Irriżenja, Sur Gafà